30.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 306/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11134 — NOVOFLEET / SHAREHOLDERS OF ANDAMUR / ROAD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 306/03)

1.   

Fit-23 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Novofleet Verwaltungsgesellschaft mbH (“Novofleet”, il-Ġermanja), li tappartjeni għal DKV Mobility Group (il-Ġermanja),

—

Fondalmanzora Investment, S.L.U. (“Fondalmanzora”, Spanja),

—

1994 Andamur, S.L.U. (“1994 Andamur”, Spanja),

—

Participaciones Almanzora, S.L.U. (“Almanzora”, Spanja),

—

Miras y Cazorla, S.L.U. (“Miras”, Spanja),

—

Road Solution Pro, S.L. (“Road”, Spanja).

Novofleet u Fondalmanzora, 1994 Andamur, Almanzora u Miras (flimkien “Azzjonisti ta’ Andamur”) se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Road kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Novofleet, parti minn DKV Mobility Group, hija attiva fil-bejgħ ta’ kards tal-fuel għal kards tal-iċċarġjar tal-fuel konvenzjonali u tal-elettriku għall-vetturi elettriċi. DKV Mobility Group joffri wkoll il-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ ħlas ta’ pedaġġ, soluzzjonijiet ta’ mobilità jiġifieri, parkeġġ, servizz ta’ kiri, tiswija tal-vettura, u soluzzjonijiet diġitali innovattivi, fost l-oħrajn) u l-forniment ta’ servizzi ta’ rifużjoni tat-taxxa tal-VAT u taxxi oħra,

—

L-azzjonisti ta’ Andamur jikkontrollaw bi sħab lil GP Límite Andamur, S.L., negozju tal-familja Spanjol attiv fil-forniment ta’ servizzi integrati relatati mat-trasport. Huma veikoli ta’ investiment b’attività esklużiva relatata mal-akkwiżizzjoni, azzjoniżmu, l-amministrazzjoni, id-disponiment u l-bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonisti jew interessi azzjonisti f’kumpaniji oħra.

—

Road hija kumpanija inkorporata fl-2022 u tikkonsisti fl-unitajiet tan-negozju li ġejjin: (i) il-ħruġ ta’ kards ta’ riforniment tal-fuel mingħajr flus kontanti u mingħajr kards ta’ kreditu bankarju li jistgħu jintużaw minn klijenti professjonali; (ii) is-servizzi ta’ kiri u ġestjoni ta’ apparat għall-ħlas ta’ pedaġġ; u (iii) il-forniment tal-VAT u servizzi oħra ta’ rifużjoni tat-taxxa relatati mal-fuel relatati ma’ ċerti attivitajiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11134 — NOVOFLEET / SHAREHOLDERS OF ANDAMUR / ROAD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.