31998R1076



Official Journal L 154 , 28/05/1998 P. 0014 - 0016


Ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru. 1076/98

tas-27 ta’ Mejju 1998

li jemenda l-Anness II ta’ Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru. 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel u ta’ oriġini mill-annimali

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment tal-limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel ( [1]), kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru. 1000/98 ( [2]) u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan,

Billi, bi qbil ma Regolament (EEC) Nru. 2377/90, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-amministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi il-limiti ta’ residwu massimu suppost ikunu stabbiliti biss wara eżami fil-Komunità għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkunċernata għall-konsumatur jew affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impass ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel.

Billi, fl-istabbiliment tal-limiti ta’ residwu massimu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali f’liema residwi jistgħu ikunu preżenti, l-livelli jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti ottenuti mill-annimal ittrattat (tessut speċifiku) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-kontroll ta’ residwi (limitu tar-residwu);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif previst f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, il-limiti ta’ residwu massimi suppost is-soltu jkunu stabbiliti għat-tessuti speċifiċi ta’ fwied jew kliewi; billi, iżda, l-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiċċaqalqu fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti ta’ residwi massimi suppost għalhekk ikunu dejjem stabbiliti għat-tessuti ta’ muskolu u xaħam;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, il-limiti ta’ residwi massimi jridu jkunu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi praziquantel, prokaina, tartru butorfanol u 2-aminoethanol suppost ikunu imdaħħla f’L-Anness II għar-Regolament (EEC) Nru. 2377/90;

Billi perjodu ta’ 60 ġurnata suppost ikun permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe bidla li tista’ tkun neċessarja għall awtorizzazzjonijiet biex tqiegħed l-prodotti mediċinali veterinarji konċernati fuq is suq li ġew mogħtija bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/EEC ( [3]), kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/EEC ( [4]) biex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (EEC) Nru. 2377/90 huwa hawnhekk emendat kif imfassal fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fis-sittin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Mejju 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 142, ta’ l-14.5.1998, p. 18.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness II għal Regolament (EEC) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi:

2. Komposti Organiċi

"Sustanzi Farmakoloġikament Attivi | Speċi ta'Annimali | Dispożizzjonijiet Oħra |

ċ2-Aminoethanol | L-ispeċi lijipproduċu l-ikel | |

Butorphanol tartrate | Ekwini | Għall-amministrazzjoni fil-vina biss |

Praziquantel | Ekwini | |

Prokain | L-ispeċi lijipproduċu l-ikel" | |

--------------------------------------------------