02012R0377 — MT — 09.03.2017 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 119 4.5.2012, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 458/2012 tal-31 ta' Mejju 2012 |
L 142 |
11 |
1.6.2012 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 559/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 |
L 167 |
1 |
19.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/403 tas-7 ta' Marzu 2017 |
L 63 |
15 |
9.3.2017 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 377/2012
tat-3 ta’ Mejju 2012
dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) ‘fondi’ tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull tip, li jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:
(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money orders u strumenti oħra ta’ ħlas;
(ii) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;
(iii) titoli negozjati kemm pubblikament kif ukoll privatament u dokumenti dwar dejn, inklużi titoli ta’ fondi u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw sigurtajiet, bonds, noti, mandati, obbligazzjonijiet u kuntratti ta’ derivati;
(iv) imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur li joħroġ minnhom jew li hu ġenerat minnhom;
(v) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, titoli eżegwibbli jew impenji finanzjarji oħra;
(vi) ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;
(vii) dokumenti li jixhdu xi mgħax f’fondi jew riżorsi finanzjarji;
(b) ‘iffriżar ta’ fondi’ tfisser il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, bidla, użu, aċċess jew traffikar ta’ fondi li jistgħu b’xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f’bidla oħra li tagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż il-ġestjoni tal-portafolli;
(c) ‘riżorsi ekonomiċi’ tfisser assi ta’ kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi;
(d) ‘iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi’ tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom;
(e) ‘territorju tal-Unjoni’ tfisser it-territorji li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li, skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/237/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħal jew (i) li ħadu sehem jew ipprovdew sostenn għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw jew (ii) li assoċjaw ruħhom ma’ tali persuni, entitajiet jew korpi, kif elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. Il-parteċipazzjoni, b’intenzjoni u apposta, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b’mod dirett jew indirett, li jevitaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi pprojbit.
Artikolu 3
1. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ persuni, entitajiet u korpi elenkati.
2. L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi ikkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, informazzjoni bħal din tista’ tinkludi ismijiet fosthom psewdonomi, data u post tat-twelid, nazzjonalità, numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward ta’ persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi, informazzjoni bħal din tista’ tinkludi ismijiet, post u data ta’ reġistrazzjoni, numru tar-reġistrazzjoni u post tan-negozju.
Artikolu 4
1. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
(a) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness I u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;
(b) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-forniment ta’ servizzi legali;
(c) maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ miżati jew il-ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew
(d) neċessarji għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru nnotifika bir-raġunijiet li jikkonsidra li għalihom awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.
2. L-Istat Membru relevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 5
1. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-websajts fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ikunu ġew inklużi fl-Anness I jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;
(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jridu jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b’din il-garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
(c) il-garanzija jew sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll
(d) ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
2. L-Istat Membru relevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 6
1. L-Artikolu 2(2) m’għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta’:
(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ġew inklużi fl-Anness I,
sakemm tali imgħax, dħul u ħlas ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).
2. L-Artikolu 2(2) m’għandux iwaqqaf lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, sakemm kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b’din it-transazzjoni.
Artikolu 7
1. L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li wieħed jagħmel fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, magħmula bi skop tajjeb u bil-konvinzjoni li tali azzjoni hi konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma bħala riżultat ta’ negliġenza.
2. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru din il-projbizzjoni.
Artikolu 8
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
(a) immedjatament ifornu kull informazzjoni li tiffaċilita konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew qegħdin, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti, lill-Kummissjoni; u
(b) jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti f’kull verifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.
2. Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew irċevuta.
Artikolu 9
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 10
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 11
1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissottometti persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), għandu jemenda l-Anness I kif adegwat.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu mressqa osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jgħarraf lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat skont il-każ.
4. Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.
Artikolu 12
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti f’dawn ir-regoli.
Artikolu 13
Fejn dan ir-Regolament jipprevedi rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.
Artikolu 14
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
(b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;
(c) għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;
(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;
(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, b’mod sħiħ jew parzjalment, fl-Unjoni.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi imsemmija fl-Artikoli 2(1) u 2(2)
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet għall-inklużjoni |
Data tan-nomina |
|
1. |
António INJAI (magħruf ukoll bħala “António INDJAI”) |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau d.t.t.: 20.1.1955 p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau Ġenituri: Wasna Injai (isem il-missier) u Quiritche Cofte (isem l-omm) Deżinjazzjoni: a) Logutenent Ġeneral b) Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati Passaport: Passaport Diplomatiku AAID00435 Data tal-ħruġ: 18.2.2010 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 18.2.2013 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782445 |
António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol bil-ħtif illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u dak li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet u hedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Wara l-kolp ta' stat, l-ewwel komunikazzjoni mill-“Kmand Militari” inħareġ mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai. |
3.5.2012 |
|
2. |
Mamadu TURE (magħruf ukoll bħala “N'Krumah”) |
Nazzjonalità — Guinea-Bissau d.t.t. 26.4.1947 Deżinjazzjoni: a) Maġġur Ġeneral b) Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Passaport Diplomatiku Nru DA0002186 Data tal-ħruġ: 30.3.2007 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 26.8.2013 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782456 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
|
3. |
Estêvão NA MENA |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau d.t.t. 7.3.1956 Deżinjazzjoni: Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782449 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
|
4. |
Ibraima CAMARÁ (magħruf ukoll bħala “Papa Camará”) |
Nazzjonalità — Guinea-Bissau d.t.t. 11.5.1964 Ġenituri: Suareba Camará (isem il-missier) u Sale Queita (isem l-omm) Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġenerali b) Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Passaport Diplomatiku Nru AAID00437 Data tal-Ħruġ: 18.2.2010 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 18.2.2013 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5781782 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
|
5. |
Daba NAUALNA (magħruf bħala “Daba Na Walna”) |
Nazzjonalità — Guinea-Bissau d.t.t. 6.6.1966 Ġenituri: Samba Naualna (Isem il-missier) u In-Uasne Nanfafe (Isem l-omm) Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kelliem tal-“Kmand Militari” Passaport nru SA 0000417 Data tal-ħruġ: 29.10.2003 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 10.3.2013 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.05.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782452 |
Kelliem tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
|
6. |
Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ |
Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Armata |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
|
7. |
Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Kap tal-Gwardja Presidenzjali |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
|
8. |
Kurunell Tomás DJASSI |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 18 ta' Settembru 1968 Kariga uffiċjali: Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali Passaport: AAIS00820 Data tal-ħruġ: 24.11.2010 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 27.04.2012 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai. |
1.6.2012 |
|
9. |
Cranha DANFÁ |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau D.t.t.: 5.3.1957 Deżinjazzjoni: a) Kurunell b) Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati Passaport: AAIN29392 Data tal-ħruġ: 29.9.2011 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 29.9.2016 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782442 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai. |
1.6.2012 |
|
10. |
Kurunell Celestino de CARVALHO |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 14.06.1955 Ġenituri: Domingos de Carvalho u Josefa Cabral Kariga uffiċjali: President tal-Istitut tad-Difiża Nazzjonali Passaport: Passaport diplomatiku DA0002166 Data tal-ħruġ: 19.02.2007 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 15.04.2013 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ex-kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-“Kmand Militari”. |
1.6.2012 |
|
11. |
Sanha CLUSSÉ |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau D.t.t.: 28.9.1965 Ġenituri: Clusse Mutcha (Isem il-missier) u Dalu Imbungue (Isem l-omm) Deżinjazzjoni: a) Kaptan (Forza Navali) b) Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali Passaport: SA 0000515 Data tal-ħruġ: 8.12.2003 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 29.8.2013 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782435 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Qrib ħafna ta' António Injai. Sanha Clussé integra d-delegazzjoni tal- “Kmand Militari” li ltaqgħet mal-ECOWAS f'Abidjan fis-26 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
|
12. |
Júlio NHATE |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau D.t.t.: 28.9.1965 Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782454 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Alleat leali ta' António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta' April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari. |
1.6.2012 |
|
13. |
Tchipa NA BIDON |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau D.t.t.: 28.5.1954 Ġenituri: “Nabidom” Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Intelligence Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564 Data tal-ħruġ: 30.11.2005 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 15.5.2011 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782446 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
|
14. |
Tcham NA MAN (magħruf ukoll bħala Namam) |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau D.t.t.: 27.2.1953 Ġenituri: Biute Naman (Isem il-missier) u Ndjade Na Noa (Isem l-omm) Deżinjazzjoni: a) Logutenent Kurunell b) Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati Passaport: SA0002264 Data tal-ħruġ: 24.7.2006 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 23.7.2009 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782448 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ukoll membru tal-Kmand Militari Għoli (l-ogħla ġerarkija tal-Forzi Armati tal-Guinea-Bissau). |
1.6.2012 |
|
15. |
Maġġur Samuel FERNANDES |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Data tat-Twelid: 22 ta' Jannar 1965 Ġenituri: José Fernandes u Segunda Iamite Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Gwardja Nazzjonali Passaport: AAIS00048 Data tal-ħruġ: 24.03.2009 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 24.03.2012 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
|
16. |
Idrissa DJALÓ (magħruf ukoll bħala: Idriça Djaló) |
Nazzjonalità: Guinea-Bissau D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954 Deżinjazzjoni: a) Maġġur b) Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati c) Kurunell d) Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati (sussegwentement) Passaport: AAISO40158 Data tal-ħruġ: 12.10.2012 Post tal-ħruġ: Guinea-Bissau Data tal-iskadenza: 2.10.2015 Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18.07.2012 (skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2048 (2012)) Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5782443 |
Punt ta' Kuntatt għall-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari. |
18.7.2012 |
|
17. |
Kmandant (Forza Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf bħala Nan Tchongo |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 8 ta' April 1961 Ġenituri: Cunha Nan Tchongo u Bucha Natcham Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Navali Passaport: Passaport diplomatiku DA0001565 Data tal-ħruġ: 01.12.2005 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 30.11.2008 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
|
18. |
Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 28 ta' Mejju 1962 Ġenituri: Luis Agostinho Cordeiro u Domingas Soares Kariga uffiċjali: Kap tal-Loġistika tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati Passaport: SA0000883 Data tal-ħruġ: 14.04.2004 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 15.04.2013 |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
|
19. |
Kaptan Paulo SUNSAI |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kmandant Militari tar-Reġjun tat-Tramuntana |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
|
20. |
Logutenent Lassana CAMARÁ |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Kap tas-Servizzi Finanzjarji tal-Forzi Armati |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Responsabbli għall-frodi tal-fondi pubbliċi li jappartjenu għad-Dwana, id-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u d-Direttorat Ġenerali tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni Dawn il-fondi jiffinanzjaw il-“Kmand Militari”. |
1.6.2012 |
|
21. |
Logutenent Julio NA MAN |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati |
Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operazzjonali tal-kolp tat-12 ta' April, taħt ordnijiet minn António Injai. Ħa wkoll sehem, f'isem il-“Kmand Militari”, f'laqgħat ma' partiti politiċi. |
1.6.2012 |
ANNESS II
Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 4(1), 5(1) u 8(1), u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
A. Awtoritajiet kompetenti għal kull Stat Membru:
BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519
REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
GREĊJA
http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
PAJJIŻI L-BAXXI
http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
POLONJA
http://www.msz.gov.pl
PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
B. Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjonijiet oħra magħha:
European Commission
Foreign Policy Instruments Service
Unit FPIS.2
CHAR 12/106
B-1049 Bruxelles/Brussel
Belġju
E-Mail: relex-sanctions@ec.europa.eu
Tel. (32 2) 295 55 85
Fax (32 2) 299 08 73