|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/903 |
14.5.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2025/903
tat-13 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Mejju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/904 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/904 tintroduċi kriterju ġdid għall-elenkar biex jiġu inklużi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li pparteċipaw fi jew li ffaċilitaw it-trasferimenti tas-sjieda, tal-kontroll jew tal-benefiċċju ekonomiku tal-interessi kummerċjali ta’ negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/904 tistabbilixxi wkoll l-oneru tal-provi meħtieġ biex il-Kunsill iżomm l-inklużjoni ta’ negozjanti ewlenin fil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija neċessarja. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (UE) Nru 269/2014, l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(2) |
jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1b. Negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja elenkati fl-Anness I skont il-paragrafu 1, il-punt (g), li jistqarru li ttrasferew is-sjieda, il-kontroll jew il-benefiċċju ekonomiku tal-interessi kummerċjali tagħhom fl-24 ta’ Frar 2022 jew wara għandhom ikomplu jitqiesu bħala negozjanti ewlenin u jinżammu fil-lista stabbilita fl-Anness I, sakemm ma jkunx hemm informazzjoni suffiċjenti, reċenti u affidabbli li turi li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (g).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/904 tat-13 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2025/904, 14.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/904/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/903/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)