|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5529 |
22.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12623 – ARDIAN / TECHNOLOGY & STRATEGY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5529)
1.
Fit-12 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ardian Expansion Fund IV B S.L.P u Ardian Expansion Fund IV EIF Parallel S.L.P (“Ardian”, Franza), ikkontrollati minn Ardian Holding SAS (Franza), |
|
— |
Technology & Strategy SAS (“T&S”, Franza), ikkontrollata minn Ardian u Cosinhuss SARL (Franza). |
Ardian se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ T&S kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt, b’mod partikolari permezz ta’ emenda għall-ftehim tal-azzjonisti.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Ardian hija kumpanija Franċiża ta’ ekwità privata li, permezz tas-sussidjarji tagħha, timmaniġġja u tagħti pariri lil diversi fondi ta’ investiment b’ishma diretti jew indiretti f’ħafna kumpaniji operattivi madwar id-dinja, |
|
— |
T&S huwa grupp ta’ konsulenza Ewropew li jispeċjalizza fl-inġinerija, l-IT, is-soluzzjonijiet diġitali u l-ġestjoni tal-proġetti, attiv prinċipalment fil-Belġju, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvizzera u f’pajjiżi Ewropej oħra. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12623 — ARDIAN / TECHNOLOGY & STRATEGY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5529/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)