|
15.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9994 — Alcentra/Brait/New Look Retail Holdings)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 343/16)
1.
Fit-8 ta’ Ottubru 2020 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Alcentra Limited (“Alcentra”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Brait Societas Europaea (“Brait”, Malta), |
|
— |
New Look Retail Holdings Limited (“New Look”, Jersey). |
Alcentra u Brait jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ New Look.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Alcentra: ditta globali tal-ġestjoni tal-assi ffukata fuq kreditu korporattiv ta’ grad ta’ subinvestiment, |
|
— |
Brait: kumpanija azzjonarja ta’ investiment pubbliku ffukata fuq l-investiment f’negozji mhux ikkwotati fil-Borża li joperaw fis-settur wiesa’ tal-konsumatur, |
|
— |
New Look: bejjiegħ bl-imnut tal-moda bi preżenza online u katina ta’ ħwienet li jinsabu primarjament fir-Renju Unit u fl-Irlanda. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9994 — Alcentra/Brait/New Look Retail Holdings
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).