Official Journal L 288 , 09/11/1994 P. 0048 - 0050
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 62 P. 0205
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 62 P. 0205
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 1994 li temenda l-Kapitolu 3 ta' l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li jistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li mhumiex suġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fil-każ ta' patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (94/723/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa tal-pubbliku li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li mhumiex suġġetti għall-ħtiġiet imsemmija kif stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u fir-rigward ta' patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/466/KE [2], u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tagħha, Billi, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fit-tħaddim tad-dispożizzjonijiet stabbiliti, il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni tal-ġlud ta' l-annimali u l-ġlud ta' l-annimali tal-fart mhux koperti bid-Direttiva 64/433/KEE jew 72/462/KEE għandhom ikunu emendati; billi l-Kapitolu 3 ta' l-Anness I ta' dik id-Direttiva għandu jkun miktub mill-ġdid kif meħtieġ; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Il-Kapitolu 3 ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 92/118/KEE huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ta' dan. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1994. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Ottubru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [2] ĠU L 190, tas-26.7.1994, p. 26. -------------------------------------------------- L-ANNESS "IL-KAPITOLU 3 Il-ġlud ta' l-annimali tal-fart [1] li mhumiex koperti bid-Direttiva 64/433/KEE jew 72/462/KEE u li ma sarilhomx proċessar ta' l-ikkonzar I. A. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma japplikawx għal: - ġlud ta' l-annimali tal-priża koperti bid-Direttiva 64/433/KEE jew 72/462/KEE, - ġlud ta' l-annimali li għaddew mill-proċess kollu ta' l-ikkonzar, - "wet blue", - "ġlud fis-salmura", - "ġlud fil-ġir" (trattati bil-ġir u fis-salmura ta' pH ta' 12 sa 13 għal mill-anqas tmien sigħat). B. Fl-ambitu ta' l-iskop definit f'A, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu japplikaw għal ġlud friski, imkessħa u ttrattati. Għall-iskop ta' din id-Deċiżjoni, "ġlud ittrattati" tfisser ġlud li ġew: - imnixxfa, jew - imnixxfa fil-melħ jew imxarrba fil-melħ għal mill-anqas 14-il ġurnata qabel ma jintbagħtu, jew - immellħa għal sebat ijiem fil-melħ tal-baħar biż-żieda tal-karbonat tas-soda ta' 2 %, jew - jinxfu għal 42 jum f'temperatura ta' mill-anqas 20 °C, jew - ippreservati bi proċess ieħor apparti milli l-ikkonzar, li għandu jkun stabbilit b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18. II. Kummerċ Intra-Komunitarju A. Il-kummerċ fi ġlud friski jew imkessħa huwa suġġett għall-istess kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali bħal dawk li jgħoddu għal-laħam frisk permezz tad-Direttiva 72/461/KEE. B. Il-kummerċ fi ġlud ittrattati huwa awtorizzat bil-kondizzjoni li kull kunsinna jkollha magħha dokument kummerċjali kif hemm ipprovdut fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 4(2)(a) li jiċċertifika li: - il-ġlud ikunu ġew trattati bi qbil mal-punt I.B, u - il-kunsinna ma tkunx ġiet f'kuntatt ma' xi prodott ieħor ta' l-annimal jew ma' l-annimali ħajjin li jippreżenta periklu li jxerred mard serju li jittieħed. III. Importazzjoni A. Ġlud friski jew imkessħa jistgħu ikunu importati biss minn pajjiżi terzi jew minn parti ta' pajjiż terz li minnhom l-importazzjoni tal-kategoriji kollha tal-laħam frisk ta' l-ispeċi korrispondenti huma awtorizzati permezz tal-leġislazzjoni tal-Komunità. B. L-importazzjoni ta' ġlud friski jew imkessħa għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 18 u għandhom ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 10(2)(ċ). Ċ. L-importazzjoni ta' ġlud ittrattati minn pajjiżi terzi elenkati fil-Parti I ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE [2] hija awtorizzata bil-kondizzjoni li kull kunsinna jkollha magħha ċertifikat ta' mudell li għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, bl-iskop li: (a) jew meta l-ġlud joriġinaw minn annimali li ġejjin minn reġjun ta' pajjiż terz jew minn pajjiż terz li mhumiex suġġetti, permezz tar-regolamenti tal-Komunità, għal restrizzjonijiet bħala riżultat ta' l-iskuppjar ta' mard serju li jittieħed li għalihom l-annimali ta' l-ispeċi kkonċernata jkunu suxxettibbli, ikunu ġew trattati bi qbil mal-punt I.B; jew meta l-ġlud joriġinaw minn reġjuni oħra ta' pajjiż terz jew pajjiżi terzi oħra, ikunu ttrattati kif stabbilit fil-punt I.B, it-tielet u r-raba' inċiż; u (b) il-kunsinna ma tkunx ġiet f'kuntatt ma' xi prodott ieħor ta' l-annimali jew ma' l-annimali ħajjin li jġib ir-riskju li jxerred xi marda serja li tittieħed. D. B'dankollu, fil-każ ta' l-importazzjoni minn xi pajjiż terz ta' ġlud ta' l-annimali li jirgħu ittrattati bi qbil mal-punt I.B, u li inżammu separati għal 21 jum jew li ġarrbu trasport għal 21 jum kontinwi, iċ-ċertifikat li hemm provvediment dwaru fil-punt Ċ għandu jkun mibdul b'dikjarazzjoni li tgħid jew li tikkonferma li dawk il-ħtiġiet ikunu ġew imħarsa, ta' mudell li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18." [1] "Ġlud ta' l-għasafar tal-priża" tfisser il-ġlud li jgħattu l-għasafar tal-priża. [2] ĠU L 146, ta' l-14.06.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/59/KE (ĠU L 27, ta' l-1.2.1994, p. 53). --------------------------------------------------