21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 32/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta’ awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 10fc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/485/UE) tal-Anness XXII ta’ mal-Ftehim:

“10fd.

32011 D 0030: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta’ awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 15, 20.1.2011, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/30/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 48.

(2)   ĠU L 15, 20.1.2011, p. 12.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta min-naħa tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunta taż-ŻEE Nru 32/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li tinkorpora d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE fil-Ftehim

“Diversi artikoli tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 jirrigwardaw l-ekwivalenza għall-pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tkun bla ħsara għall-kamp tal-applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.”