|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6786 |
20.11.2024 |
Dikjarazzjoni politika konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
(C/2024/6786)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li dan ir-Regolament jikkonferixxi kompiti addizzjonali fuq l-ENISA li jirriżultaw f'ammont ta' xogħol addizzjonali u jkunu jeħtieġu riżorsi addizzjonali kemm f'termini ta' għarfien espert kif ukoll ta' għadd. Fid-dawl ta' dan, sabiex l-ENISA tkun tista' twettaq b'mod effettiv il-kompiti skont dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li tista' tkun meħtieġa żieda fir-riżorsi tagħha, b'mod partikolari r-riżorsi umani tagħha bl-għarfien espert adegwat. Tali żieda tista' tiġi prevista fil-proċedura annwali relatata mat-tabella tal-persunal tal-ENISA. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, li hija responsabbli biex fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni ddaħħal l-istimi li tqis meħtieġa għat-tabella tal-persunal tal-ENISA, fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, għandha tivvaluta l-istimi għat-tabella tal-persunal tal-ENISA mdaħħla għall-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament b'kunsiderazzjoni tar-riżorsi meħtieġa, b'mod partikolari r-riżorsi umani, biex l-ENISA tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod adegwat skont dan ir-Regolament.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6786/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)