2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/40


P9_TA(2022)0005

Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – Jorg Kristijan Petrovič

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra proposta ta' Jorg Kristijan Petrovič għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0408/2021 – 2021/0805(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2022/C 336/09)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0408/2021),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0005/2022),

A.

billi, bl-ittra tal-5 ta' Novembru 2021, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Jorg Kristijan Petrovič għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-10 ta' Jannar 2022, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Jorg Kristijan Petrovič għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.