Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 13(1), (2) u (6), 14(1)(ċ) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 taʼ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Nuqqas taʼ notifika lill-Kummissjoni tal-kopji tal-pjanijiet taʼ mmaniġġjar.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Peress illi, sat-22 taʼ Diċembru 2009, ma fasslitx il-pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu totalment fit-territorju nazzjonali tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali, u peress illi ma bagħtitx lill-Kummissjoni Ewropea, sat-22 taʼ Marzu 2010, kopja taʼ dawn il-pjanijiet, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13(1) sa (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 taʼ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u barra minn hekk, peress illi ma neditx, sa mhux iktar tard mit-22 taʼ Diċembru 2008, il-proċedura taʼ informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva.

2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.