|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/216 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011
(2013/572/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0070/2013), |
|
1. |
Jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 388, 15.12.2012, p. 80.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0070/2013), |
|
A. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari, |
|
B. |
billi l-baġit ġenerali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 62,2 miljun, |
|
C. |
billi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ investigazzjoni interna rigward l-Aġenzija; |
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
1. |
Jinnota mill-kontijiet annwali finali li s-sussidju tal-Kummissjoni lill-Aġenzija għall-2011 kien jammonta għal EUR 35 445 155,69, meta mqabbel ma’ EUR 34 674 450,58 għall-2010, u li d-dħul totali kien ta’ EUR 44 447 489,45 (EUR 45 550 051,50 fl-2010); huwa sodisfatt li 132 mill-134 kariga disponibbli kienu ġew okkupati u jinnota li sal-aħħar tal-2011 in-numru ta’ aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati li kienu impjegati kien ta’ 82; |
|
2. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija għamlet ħlas lil organizzazzjoni ambjentali internazzjonali li jammonta għal EUR 6 061 b’rabta mal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Aġenzija fi spedizzjonijiet organizzati minn dik l-organizzazzjoni fi Frar u f’Mejju 2011; jinnota li ma seħħitx proċedura ta’ akkwist u li ma kien seħħ l-ebda kuntratt għal dawk l-ispedizzjonijiet; jinnota li l-Aġenzija ħallset l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, li kienu jammontaw għal EUR 11 625; jinnota s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija kien membru tal-kunsill ta’ direzzjoni tal-organizzazzjoni ambjentali internazzjonali sa April 2011 u li dan setgħa jikkostitwixxi kunflitt ta’ interess; |
|
3. |
Jirrikonoxxi li d-Direttur Eżekuttiv irriżenja mill-kunsill ta’ direzzjoni tal-organizzazzjoni l-oħra meta, f’April 2011, ġie infurmat dwar possibilità ta’ identifikazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess mill-Qorti tal-Awdituri; |
Akkwist pubbliku
|
4. |
Irċieva kjarifka ulterjori dwar ir-relazzjoni kuntrattwali tal-Aġenzija ma’ Ace&Ace, kumpanija ta’ produzzjoni tal-vidjo Daniża li tinsab f’Kopenħagen; jinnota li fl-2011, l-Aġenzija tat lil Ace&Ace kuntratt ta’ produzzjoni tal-vidjo (EEA/COM/10/001 – lott 5) b’limitu baġitarju ta’ EUR 1 000 000 b’segwitu għal proċedura miftuħa ta’ offerti; jenfasizza li l-kriterji ta’ għoti kienu ferm differenti minn dawk użati għas-sejħa għall-offerti preċedenti għall-produzzjoni tal-vidjo (EEA/CCA/07/001 – lott 1) u inkludew kriterji iktar stretti, bħall-“aċċess għal servizzi ta’ editjar fil-viċinanza tal-EEA”; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv (6) li 16-il kumpanija li kienu jinsabu fil-viċinanzi tal-Aġenzija applikaw għal din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u li 15 minnhom kienu jissodisfaw il-kriterji kollha; irċieva mill-Aġenzija lista li tinkludi l-ismijiet u l-indirizzi tal-applikanti kollha għas-sejħa għall-offerti EEA/COM/10/001; |
|
5. |
Jinnota li wara sejħa miftuħa għall-offerti, ingħata kuntratt qafas fl-2007 lil N1 Creative, kumpanija bbażata f’Londra; li sottokuntrattat ċerti servizzi lil Ace&Ace; jirrimarka li, bejn l-2007 u l-2008, diġà kienu ġew konklużi żewġ kuntratti bejn l-Aġenzija u Ace&Ace, għal valur totali ta’ EUR 101 000, mingħajr ma kienet saret proċedura ta’ akkwist pubbliku; iżda konformement mar-regoli ta’ implimetnazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (drittijiet esklużivi); josserva d-dettalji dwar in-numru u t-tip ta’ proġetti li seħħew taħt dan il-kuntratt minn N1 Creative, min-naħa waħda, u minn Ace&Ace min-naħa l-oħra kif waslu mill-awtorità ta’ kwittanza; |
|
6. |
Ġie infurmat mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija (7) li l-OLAF bħalissa qed jinvestiga dwar dawn il-kuntratti għall-produzzjoni tal-vidjo; |
Trasparenza
|
7. |
Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija tejbet it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tul is-snin; jinnota madankollu li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri xorta waħda sab konfużjoni bejn il-kriterji ta’ eliġibilità u l-kriterji ta’ għażla fir-rigward tas-snin rilevanti ta’ esperjenza professjonali meħtieġa; jinnota, barraminnhekk, li ma kienx hemm provi li l-kontenut tat-testijiet bil-miktub u l-punteġġi minimi tagħhom, kienu determinati qabel ġew eżaminati l-applikazzjonijiet; |
|
8. |
Jinnota li l-Aġenzija bdiet proċess ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; |
Prestazzjoni
|
9. |
Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha teżerċita r-rwol superviżorju tagħha billi tipparteċipa fil-Bord tat-Tmexxija u l-Bureau tal-Aġenzija, fil-limiti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 401/2009 u bir-rispett dovut għall-awtonomija legali tal-Aġenzija; jenfasizza li l-Parlament irid jinżamm infurmat regolarment; |
|
10. |
Jilqa’ l-fatt li l-attivitajiet tal-persunal u tal-amministrazzjoni tal-Aġenzija, il-proċessi ta’ kontroll tal-kwalità, il-prodotti u s-servizzi, u s-servizzi amministrattivi u tal-bini huma miġbura flimkien fil-qasam strateġiku “L-Istrateġija tal-EEA għall-2009-2013”; |
Kunflitt ta’ interess
|
11. |
Jirrikonoxxi li l-Bord Amministrattiv u l-amministrazzjoni tal-Aġenzija saħħew il-politika dwar il-kunflitt ta’ interess tal-Aġenzija sabiex jiġu evitati problemi fil-ġejjieni; jinnota l-introduzzjoni ta’ approvazzjoni ex ante mill-Bord Amministrattiv biex id-Direttur Eżekuttiv jaċċetta sħubija fuq bordijiet esterni u korpi konsultattivi; |
|
12. |
Jinnota l-introduzzjoni ta’ formola li għandha tiġi ffirmata mill-konsulenti u l-kuntratturi dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, fejn jirrikonoxxu li se jevitaw kwalunkwe mġiba jew azzjoni li tista’ tipperikola l-indipendenza tagħhom jew tirrifletti b’mod negattiv fuq il-pożizzjoni u x-xogħol tagħhom jew l-immaġini tal-Unjoni; |
|
13. |
Jilqa’ l-proċeduri ġodda, kif approvati mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fil-65 laqgħa tiegħu fit-12 ta’ Diċembru 2012, b’mod partikolari:
Jieħu nota tal-informazzjoni mibgħuta mill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija hawn fuq, kif ukoll dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; |
|
14. |
Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 388, 15.12.2012, p. 80.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Ara t-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fis-smigħ dwar il-kwittanza għall-2011 tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE, organizzat mill-Kumitat tal-għall-Kontroll tal-Baġit fl-24 ta’ Jannar 2013.
(7) Ibid.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).