|
29.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1343
tal-25 ta’ Settembru 2020
li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Bulgarija biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Awwissu 2020, il-Bulgarija talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Bulgarija biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, il-Bulgarija kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 2,8 % u 25,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf tal-2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Bulgarija huwa previst li jonqos b’7,1 % fl-2020. |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Bulgarija. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fil-Bulgarija fir-rigward ta’ żewġ miżuri ta’ sussidju tal-pagi, kif stabbiliti fil-premessi (4) u (5). |
|
(4) |
Speċifikament, “id-Digriet Nru 55 tat-30 ta’ Marzu 2020 tal-Kunsill tal-Ministri” (2), imsemmi fit-talba tal-Bulgarija tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċa miżura li tipprovdi sussidji tal-pagi lill-impriżi li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, naqqsu jew waqqfu, volontarjament jew bil-liġi, l-attività tagħhom. Huwa meħtieġ li waqt il-parteċipazzjoni fil-miżura u għal perijodu ekwivalenti wara li tispiċċa l-impjieg tal-impjegati jiġi ppreservat. Is-sussidju tal-pagi ta’ kull xahar lill-impriżi eliġibbli jammonta għal 60 % tas-salarju gross ta’ kull xahar (inkluż il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur) tal-impjegati li jkunu qed jibbenefikaw. |
|
(5) |
Barra minn hekk, “id-Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri” (3), imsemmi fit-talba tal-Bulgarija tas-7 ta’ Awwissu 2020, introduċa miżura li tipprovdi sussidji tal-pagi lill-impriżi li, minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, sofrew tnaqqis fid-dħul ta’ mill-inqas 20 %. Huwa meħtieġ li waqt il-parteċipazzjoni fil-miżura u għal perijodu ekwivalenti wara li tispiċċa l-impjieg tal-impjegati jiġi ppreservat. Is-sussidju tal-pagi ta’ kull xahar lill-impriżi eliġibbli jammonta għal 60 % tas-salarju gross ta’ kull xahar (inkluż il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegatur) tal-impjegati li jkunu qed jibbenefikaw. |
|
(6) |
Il-Bulgarija tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Bulgarija pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 511 000 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li l-miżuri ġodda jkopru jew huma maħsuba li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Bulgarija. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bulgarija u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tas-7 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Bulgarija tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(9) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-Bulgarija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Bulgarija implimentat dik in-nefqa. |
|
(11) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Bulgarija, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Bulgarija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.
Artikolu 2
1. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Bulgarija self li jammonta għal massimu ta’ EUR 511 000 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.
2. Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.
3. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Bulgarija f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.
4. L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.
5. Il-Bulgarija għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.
Artikolu 3
Il-Bulgarija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
sussidji tal-pagi lill-impriżi, kif previst fid-“Digriet Nru 55 tat-30 ta’ Marzu 2020 tal-Kunsill tal-Ministri”; |
|
(b) |
sussidji tal-pagi lill-impriżi, kif previst fid-“Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri”. |
Artikolu 4
Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Digriet Nru 55 tat-30 ta’ Marzu 2020 tal-Kunsill tal-Ministri, emendat bid-Digriet Nru 71 tas-16 ta’ April 2020 u bid-Digriet Nru 106 tat-28 ta’ Mejju 2020 (il-Ġurnal Uffiċjali Nru 31 tal-1 ta’ April 2020)
(3) Id-Digriet Nru 151 tat-3 ta’ Lulju 2020 tal-Kunsill tal-Ministri (Ġurnal Uffiċjali Nru 60 tas-7 ta’ Lulju 2020)