25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/72


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10818 — TOTALENERGIES / GIP / CLEARWAY ENERGY GROUP / SUNPOWER GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 283/08)

1.   

Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TotalEnergies SE (“TotalEnergies”, Franza),

—

Global Infrastructure Management, LLC (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Clearway Energy Group, LLC (“CEG”, l-Istati Uniti tal-Amerka) u s-sussidjarji tiegħu (flimkien, “Clearway Energy Group”),

—

SunPower Corporation (“SPWR”, l-Istati Uniti tal-Amerka) u s-sussidjarji tagħha (“SunPower Group”).

TotalEnergies u GIP jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Clearway Energy Group u SunPower Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

TotalEnergies: kumpanija tal-enerġija kkwotata fil-Borża u involuta fuq skala globali fl-industrija taż-żejt u l-gass. TotalEnergies hija wkoll attiva globalment fl-enerġija rinnovabbli, fis-setturi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fin-negozji tan-newtralità tal-karbonju,

—

GIP: maniġer ta’ fondi tal-infrastruttura indipendenti globali ffukata primarjament fuq l-investiment fit-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura diġitali u s-setturi tal-iskart/tal-ilma,

—

Clearway Energy Group: investitur fl-infrastruttura tal-enerġija li jiffoka fuq investimenti fl-Istati Uniti tal-Amerka,

—

SunPower Group: fornitur tat-teknoloġija solari u tas-servizzi tal-enerġija fl-Istati Uniti tal-Amerka u l-Kanada.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:

M.10818 — TOTALENERGIES / GIP / CLEARWAY ENERGY GROUP / SUNPOWER GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.