31989D0162



Official Journal L 061 , 04/03/1989 P. 0048 - 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0157
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0157


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-10 ta’ Frar 1989

li tissupplimenta l-Annessi mad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità

(89/162/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment Artikolu 5(2) miġjub fih,

Billi sitwazzjoni epidemjoloġika rigward ċertu mard mhux kopert mid-Direttiva 82/894/KEE tista’ tippreżenta theddida addizzjonali għal merħliet tal-Komunità;

Billi, għalhekk, dak il-mard addizzjonali jrid jiżdied mal-lista ta’ dawk li jistgħu jiġu mgħarrfa;

Billi aktar fatti magħrufa (data) se jenħtieġu wkoll, li jikkonċernaw speċi affettwati b’dak il-mard u li mhumiex provduti diġà;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 82/894/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. dak li ġej huwa miżjud ma’ Anness I:

"Il-Marda taż-Żwiemel Afrikana

Stomatite Vesikulari

Peste des Petits Ruminants

Id-deni tar-Rift Valley

Il-Marda tal-Boċoċ fil-Ġilda

Ġidri tan-Nagħaġ u l-Mogħoż (Capripox)

Infectious Haematopoietic Necrosis";

2. dan li ġej huwa miżjud fl-aħħar tal-linji 7, 8 u 9 f’ paragrafu 1 ta’ Anness II:"(f) equidae (ġ) ħut (ħ) speċi selvaġġ."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Frar 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 378, 31.12.1982, p 58.

[2] ĠU Nru L 362, 31.12.1985, p 8.

--------------------------------------------------