|
15.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/13 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/1654 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-7 ta' Settembru 2016
li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn 40 Imħallef mill-25 ta' Diċembru 2015. Il-punt (a) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament jiddetermina t-tul tal-mandat tat-12 Imħallfin addizzjonali sabiex it-tmiem tal-mandati rispettivi tagħhom jikkoinċidi mas-sostituzzjoni parzjali tal-membri tal-Qorti Ġenerali li ser issir fl-1 ta' Settembru 2016 u l-1 ta' Settembru 2019. |
|
(2) |
Huwa fuq dik il-bażi li ġie nominat is-Sur Jan PASSER għall-kariga ta' Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422, jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn 47 Imħallef mill-1 ta' Settembru 2016. Il-punt (b) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament jiddetermina t-tul tal-mandat tas-7 Mħallfin addizzjonali sabiex it-tmiem tal-mandati rispettivi tagħhom jikkoinċidi mas-sostituzzjoni parzjali tal-membri tal-Qorti Ġenerali li ser issir fl-1 ta' Settembru 2019 u l-1 ta' Settembru 2022. |
|
(4) |
Huwa fuq dik il-bażi li ġew nominati s-Sur René BARENTS, is-Sinjura Maria José COSTEIRA, is-Sur Alexander KORNEZOV, is-Sur Ezio PERILLO u s-Sur Jesper SVENNINGSEN għall-karigi ta' Mħallfin addizzjonali fil-Qorti Ġenerali. |
|
(5) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur René BARENTS, is-Sinjura Maria José COSTEIRA, is-Sur Alexander KORNEZOV, is-Sur Jan PASSER, is-Sur Ezio PERILLO u s-Sur Jesper SVENNINGSEN sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(6) |
Jinħtieġ li s-Sur Jan PASSER jinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019. Jinħtieġ ukoll li s-Sinjura Maria José COSTEIRA tinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2022. |
|
(7) |
Minħabba li s-Sur René BARENTS, is-Sur Alexander KORNEZOV, is-Sur Ezio PERILLO u s-Sur Jesper SVENNINGSEN kienu fil-kariga ta' Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sax-xoljiment ta' dak it-Tribunal fil-31 ta' Awwissu 2016, u minħabba li l-kompetenza fl-ewwel istanza dwar kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha tiġi trasferita għall-Qorti Ġenerali mill-1 ta' Settembru 2016 taħt ir-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jinħtieġ li s-Sur Alexander KORNEZOV u s-Sur Ezio PERILLO jinħatru għal mandat li jibda fl-1 ta' Settembru 2016 u li jintemm fil-31 ta' Awwissu 2019, u li s-Sur René BARENTS u s-Sur Jesper SVENNINGSEN jinħatru għal mandat li jibda mill-1 ta' Settembru 2016 u li jintemm fil-31 ta' Awwissu 2022, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Jan PASSER huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 2
Is-Sinjura Maria José COSTEIRA hija b'dan maħtura Mħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2022.
Artikolu 3
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2019:
|
— |
is-Sur Alexander KORNEZOV, |
|
— |
is-Sur Ezio PERILLO. |
Artikolu 4
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022:
|
— |
is-Sur René BARENTS, |
|
— |
is-Sur Jesper SVENNINGSEN. |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2016.
Il-President
P. JAVORČÍK
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza f'tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha. (ĠU L 200, 26.7.2016, p. 137).