|
30.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/58 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89, u r-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u (KE) Nru 685/2001”
[COM(2016) 745 final — 2016/0368 (COD)]
(2017/C 209/10)
|
Relatur uniku: |
Jan SIMONS |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 12.12.2016 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 19.12.2016 |
|
Bażi legali |
Artikoli 91 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
15.3.2017 |
|
Adottata fis-sessjoni plenarja |
29.3.2017 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
524 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
228/3/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Wara li kkonsulta l-organizzazzjonijiet rilevanti tal-partijiet interessati, il-KESE jikkonkludi li jista’ jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1101/89 (skema ta’ skrappjar temporanju għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni), ir-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 (it-tqassim ta’ permessi għal vetturi li jġorru tagħbijiet tqal u li jivvjaġġaw fl-Isvizzera) u r-Regolament (KE) Nru 685/2001 (l-awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq fil-Bulgarija u għar-Rumanija qabel l-adeżjoni tagħhom mal-UE). |
2. Sfond
|
2.1. |
Fil-kuntest tal-programm REFIT u l-impenn għal leġislazzjoni aħjar sabiex jiġi garantit qafas leġislattiv li huwa idoneu u ta’ kwalità għolja, kif imsemmi fil-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tipproponi li jitħassru tliet Regolamenti minħabba li m’għadhomx jintużaw. |
|
2.1.1. |
L-ewwel wieħed huwa relatat ma’ skema ta’ skrappjar temporanju għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-1989, fejn l-istrumenti xierqa għall-ġestjoni tal-kapaċità f’dan ir-Regolament ġew garantiti għaxar snin wara fir-Regolament (KE) Nru 718/1999, madankollu, ma tħassar ir-Regolament tal-1989. |
|
2.1.2. |
Il-proposta hija relatata wkoll ma’ żewġ regolamenti dwar it-trasport bit-triq. |
|
2.1.2.1. |
L-ewwel wieħed, adottat fl-2000, huwa relatat mad-distribuzzjoni fost l-Istati Membri tal-kwoti Żvizzeri għall-vetturi ta’ merkanzija tqila; skont ftehim bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, dawn il-vetturi ta’ merkanzija tqila ilhom mill-1 ta’ Jannar 2005 eżentati minn kwalunkwe sistema ta’ kwota jew ta’ awtorizzazzjoni. |
|
2.1.2.2. |
Ir-Regolament l-ieħor jikkonċerna d-distribuzzjoni fost l-Istati Membri ta’ dak iż-żmien ta’ awtorizzazzjonijiet li jagħtu aċċess għas-suq tat-trasport tal-merkanzija fil-Bulgarija u fir-Rumanija, qabel ma daħlu fl-UE fl-2007. Bl-adeżjoni taż-żewġ pajjiżi mal-UE fl-2007, is-sistema ta’ awtorizzazzjoni m’għadhiex tapplika. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE minn dejjem appoġġja l-fehma li l-qafas leġislattiv għandu jkun idoneu u ta’ kwalità għolja, iżda għandu jkun ukoll trasparenti, ċar u faċli biex jintuża mill-Istati Membri u l-partijiet interessati, f’dan il-każ fis-setturi tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. |
|
3.2. |
Minħabba r-raġunijiet differenti għat-tneħħija tar-Regolamenti inkwistjoni, il-KESE jqis li huwa loġiku li jitneħħew it-tliet r-Regolamenti li issa m’għadhomx jintużaw. |
|
3.3. |
Il-KESE huwa madankollu sorpriż li l-Kummissjoni ma qisitx li huwa “applikabbli” li jiġu kkonsultati l-partijiet interessati u li ssir valutazzjoni tal-impatt. Fil-fatt hemm effett saħansitra pożittiv, kif imsemmi fil-punt 3.1 hawn fuq, iżda konsultazzjoni, anke jekk purament għal skopijiet ta’ prekawzjoni, mhux ser tkun ta’ ħsara. |
|
3.4. |
Il-KESE għalhekk sema’ lir-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti. Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għall-proposta tal-Kummissjoni li jitħasru t-tliet Regolamenti. |
Brussell, id-29 ta’ Marzu 2017.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS