31987D0149



Official Journal L 062 , 05/03/1987 P. 0022 - 0022
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0395
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0395


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta’ Novembru 1986

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-Forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar preferenzi Mediterranji, ċitru u għaġin [1]

(87/149/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummisjoni,

Billi għandha tinstab soluzzjoni għat-tilwima kummerċjali bejn il-Komunità u l-Istati Uniti dwar iċ-ċitru u l-għaġin,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar preferenzi Mediterranji, ċitru u għaġin huma b’hekk approvati f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’hekk awtorizzat sabiex jagħżel il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

Magħmulha fi Brussel, it-3 ta’ Novembru ta’ l-1986

Għall-Kunsill

Il-President

A. Clark

[1] Kif ikkoreġuta fl-24 ta’ Frar ta’ l-1987

--------------------------------------------------