SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla Estiża)
9 ta’ Novembru 2022 ( *1 )
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 FA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet – Limitazzjoni u kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Żamma ta’ seduta ta’ smigħ ġdida fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żmien raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva – Ċirkustanzi attenwanti – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa”
Fil-Kawża T‑667/19,
Ferriere Nord SpA, stabbilita f’Osoppo (l-Italja), irrappreżentata minn W. Viscardini, G. Donà u B. Comparini, avukati,
rikorrenti,
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn P. Rossi, G. Conte u C. Sjödin, bħala aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat,
konvenuta,
sostnuta minn
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn O. Segnana u E. Ambrosini, bħala aġenti,
intervenjent,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal‑4 ta’ Lulju 2019 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Każ AT.37956 – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit) u, b’mod sussidjarju, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti,
IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla Estiża),
komposta, waqt id-deliberazzjonijiet, minn S. Gervasoni, President, L. Madise, P. Nihoul (Relatur), R. Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin,
Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑4 ta’ Ġunju 2021,
tagħti l-preżenti
Sentenza ( 1 )
I. Il‑fatti li wasslu għall‑kawża
|
1 |
Ir-rikorrenti, Ferriere Nord SpA, hija kumpannija rregolata mid-dritt Taljan li ilha minn April 1992 attiva fis-settur tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit. |
A. L‑ewwel deċiżjoni tal‑Kummissjoni (2002)
|
2 |
Minn Ottubru sa Diċembru 2000, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej wettqet, konformement mal-Artikolu 47 FA, verifiki f’impriżi Taljani li jipproduċu vireg li jirrinfurzaw il-konkrit, fosthom ir-rikorrenti, u f’assoċjazzjoni ta’ impriżi, il-Federazione Imprese Siderurgiche Italiane (il-Federazzjoni tal-Impriżi tal-Azzar Taljani, iktar ’il quddiem il-“Federacciai”). Hija bagħtitilhom ukoll talbiet għal informazzjoni, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
3 |
Fis‑26 ta’ Marzu 2002, il-Kummissjoni fetħet proċedura skont l-Artikolu 65 FA u fformulat oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 36 FA (iktar ’il quddiem id-“dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet”) li ġew innotifikati b’mod partikolari lir-rikorrenti. Din tal-aħħar wieġbet għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil‑31 ta’ Mejju 2002. |
|
4 |
Fit‑13 ta’ Ġunju 2002 inżammet seduta għas-smigħ tal-partijiet fil-proċedura amministrattiva. |
|
5 |
Fit‑12 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni indirizzat, lill-istess destinatarji, oġġezzjonijiet addizzjonali (iktar ’il quddiem id-“dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali”), abbażi tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 tas‑6 ta’ Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3). Fiha hija spjegat il-pożizzjoni tagħha dwar it-tkomplija tal-proċedura wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fit‑23 ta’ Lulju 2002. Ir-rikorrenti wieġbet għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali fl‑20 ta’ Settembru 2002. |
|
6 |
Fit‑30 ta’ Settembru 2002 inżammet seduta ġdida għas-smigħ tal-partijiet fil-proċedura amministrattiva, fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri. Din is-seduta ta’ smigħ kienet tikkonċerna s-suġġett tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali, jiġifieri l-konsegwenzi legali tal-iskadenza tat-Trattat KEFA fuq it-tkomplija tal-proċedura. |
|
7 |
Fi tmiem il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2002) 5087 final tas‑17 ta’ Diċembru 2002 dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (COMP/37.956 – Vireg li jirrinfurzaw il-konkrit) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni tal‑2002”), indirizzata lill-Federacciai u lil tmien impriżi, fosthom ir-rikorrenti. F’din id-deċiżjoni hija kkonstatat li dawn tal-aħħar kienu, bejn Diċembru 1989 u Lulju 2000, implimentaw akkordju uniku, kumpless u kontinwu fis-suq Taljan tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit fi strixxi jew f’rombli (iktar ’il quddiem il-“vireg li jirrinfurzaw il-konkrit”) li kellu bħala għan jew bħala effett l-iffissar tal-prezzijiet u l-limitazzjoni jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ, bi ksur tal-Artikolu 65(1) FA. |
|
8 |
Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur, il-Kummissjoni rrilevat li din kienet testendi mill‑1 ta’ April 1993 sal‑4 ta’ Lulju 2000. Hija għalhekk imponiet fuq ir-rikorrenti multa fl-ammont ta’ EUR 3.57 miljuni. Dan l-ammont kien jinkludi tnaqqis ta’ 20 % tal-multa favur ir-rikorrenti, b’applikazzjoni tal-paragrafu 1 tal-punt D tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU 1996, C 207, p. 4, iktar ’il quddiem l-“Avviż dwar il-kooperazzjoni”), li jipprevedi l-possibbiltà li l-impriżi li jikkooperaw billi jipprovdu lill-Kummissjoni, qabel ma tintbagħat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, informazzjoni, dokumenti jew provi oħra li jikkontribwixxu sabiex tiġi kkonfermata l-eżistenza tal-ksur imwettaq jibbenefikaw minn tnaqqis tal-multa li kien ikollhom iħallsu. |
|
9 |
Fl‑10 ta’ Marzu 2003, ir-rikorrenti ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-Deċiżjoni tal‑2002. Il-Qorti Ġenerali annullat l-imsemmija deċiżjoni fir-rigward tar-rikorrenti (sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2007, Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni, T‑94/03, mhux ippubblikata, EU:T:2007:320) u tal-impriżi destinatarji l-oħra, għar-raġuni li l-bażi legali użata, jiġifieri l-Artikolu 65(4) u (5) FA, ma kinitx għadha fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Minħabba f’hekk, il-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza, abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex tikkonstata u tissanzjona ksur tal-Artikolu 65(1) FA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA. Il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx l-aspetti l-oħra ta’ din id-deċiżjoni. |
|
10 |
Id-Deċiżjoni tal‑2002 saret definittiva fir-rigward tal-Federacciai, li ma ppreżentatx rikors quddiem il-Qorti Ġenerali. |
B. It‑tieni deċiżjoni tal‑Kummissjoni (2009)
|
11 |
Permezz ta’ ittra tat‑30 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti u lill-impriżi kkonċernati l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ġdida filwaqt li tikkoreġi l-bażi legali użata. Barra minn hekk, hija ppreċiżat li l-imsemmija kienet ser tkun ibbażata fuq il-provi prodotti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali. Fuq stedina tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti ppreżentat osservazzjonijiet bil-miktub fl‑1 ta’ Awwissu 2008. |
|
12 |
Permezz ta’ faks mibgħuta fl‑24 ta’ Lulju u fil‑25 ta’ Settembru 2008, u mbagħad fit‑13 ta’ Marzu, fit‑30 ta’ Ġunju u fis‑27 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni talbet lir-rikorrenti informazzjoni dwar l-istruttura tal-azzjonisti tagħha u dwar is-sitwazzjoni patrimonjali tal-impriża. Ir-rikorrenti wieġbet għal dawn it-talbiet għal informazzjoni, rispettivament, permezz ta’ ittri elettroniċi tal‑1 ta’ Awwissu u tal‑1 ta’ Ottubru 2008, u mbagħad tat‑18 ta’ Marzu, tal‑1 ta’ Lulju u tat‑8 ta’ Settembru 2009. |
|
13 |
Fit‑30 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2009) 7492 final dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), indirizzata lill-istess impriżi bħad-Deċiżjoni tal‑2002, fosthom ir-rikorrenti. Din id-deċiżjoni kienet ġiet adottata abbażi tar-regoli proċedurali tat-Trattat KE u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205). Hija kienet ibbażata fuq l-elementi msemmija fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali u kienet tirriproduċi, essenzjalment, il-kontenut u l-konklużjonijiet tad-Deċiżjoni tal‑2002. B’mod partikolari, l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, ta’ EUR 3.57 miljuni, baqa’ l-istess. |
|
14 |
Fit‑8 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni emendatorja, li kienet tinkludi, fl-anness tagħha, it-tabelli li juru l-varjazzjonijiet fil-prezz li kienu tħallew barra mid-deċiżjoni tagħha tat‑30 ta’ Settembru 2009 u li kienet tikkoreġi r-riferimenti nnumerati għall-imsemmija tabelli fi tmien noti ta’ qiegħ il-paġna. |
|
15 |
Fid‑19 ta’ Frar 2010, ir-rikorrenti ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑30 ta’ Settembru 2009, kif emendata (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni tal‑2009”). Fid‑9 ta’ Diċembru 2014, il-Qorti Ġenerali naqqset l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti għal EUR 3.42144 miljuni, għar-raġuni li din tal-aħħar ma kinitx ipparteċipat, matul perijodu ta’ tliet snin, fil-parti tal-akkordju dwar il-limitazzjoni jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ, u ċaħdet il-kumplament tar-rikors (sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2014, Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni, T‑90/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1035). Il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal‑2009 fir-rigward ta’ destinatarju ieħor tagħha, naqqset l-ammont tal-multa imposta fuq destinatarju ieħor tagħha u ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati l-oħra. |
|
16 |
Fl‑20 ta’ Frar 2015, ir-rikorrenti ppreżentat appell mis-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2014, Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni (T‑90/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1035). Permezz ta’ sentenza tal‑21 ta’ Settembru 2017, Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni (C‑88/15 P, EU:C:2017:716), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat l-imsemmija sentenza tal-Qorti Ġenerali kif ukoll id-Deċiżjoni tal‑2009 fir-rigward, b’mod partikolari, tar-rikorrenti. |
|
17 |
Fis-sentenza tal‑21 ta’ Settembru 2017, Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni (C‑88/15 P, EU:C:2017:716), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta deċiżjoni tkun adottata abbażi tar-Regolament Nru 1/2003, il-proċedura li twassal għal din id-deċiżjoni għandha tkun konformi mar-regoli proċedurali previsti f’dan ir-regolament kif ukoll fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas‑7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċedura mill-Kummissjoni skond l-[Artikoli 101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), anki jekk din il-proċedura tkun bdiet qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. |
|
18 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, f’dan il-każ, is-seduta ta’ smigħ tat‑13 ta’ Ġunju 2002, l-unika seduta ta’ smigħ li kienet tikkonċerna l-mertu tal-proċedura, ma setgħetx titqies li kienet konformi mar-rekwiżiti proċedurali relatati mal-adozzjoni ta’ deċiżjoni abbażi tar-Regolament Nru 1/2003, fl-assenza tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri. |
|
19 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal‑2009, li torganizza seduta ta’ smigħ ġdida minħabba li l-impriżi kien diġà kellhom il-possibbiltà li jinstemgħu oralment matul is-seduti ta’ smigħ li nżammu fit‑13 ta’ Ġunju u fit‑30 ta’ Settembru 2002. |
|
20 |
Fis-sentenza tagħha tal‑21 ta’ Settembru 2017, Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni (C‑88/15 P, EU:C:2017:716), il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret l-importanza taż-żamma, fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, ta’ seduta ta’ smigħ li għaliha jkunu mistiedna l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, peress li l-ommissjoni tagħha tikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. |
|
21 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, peress li dan id-dritt previst speċifikament fir-Regolament Nru 773/2004 ma kienx ġie rrispettat, ma kienx meħtieġ li l-impriża li d-dritt tagħha nkiser b’dan il-mod turi li dan il-ksur seta’ kellu influwenza, għad-detriment tagħha, fuq l-iżvolġiment tal-proċedura u l-kontenut tad-deċiżjoni kontenzjuża. |
|
22 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ukoll sentenzi oħra tal-Qorti Ġenerali adottati fid‑9 ta’ Diċembru 2014 dwar il-legalità tad-Deċiżjoni tal‑2009, kif ukoll din id-deċiżjoni, fir-rigward ta’ erba’ impriżi oħra, għall-istess raġunijiet. Għall-kuntrarju, id-Deċiżjoni tal‑2009 saret definittiva għall-impriżi destinatarji li ma ppreżentawx appell mill-imsemmija sentenzi. |
C. It‑tielet deċiżjoni tal‑Kummissjoni (2019)
|
23 |
Permezz ta’ ittra tal‑15 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti bl-intenzjoni tagħha li tkompli l-proċedura amministrattiva u li torganizza, f’dan il-kuntest, seduta ġdida għas-smigħ tal-partijiet fl-imsemmija proċedura fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri. |
|
24 |
Permezz ta’ ittra tal‑1 ta’ Frar 2018, ir-rikorrenti ppreżentat osservazzjonijiet li fihom ikkontestat is-setgħa tal-Kummissjoni li tkompli l-proċedura amministrattiva u b’hekk stiednet lil din tal-aħħar sabiex ma tkomplix din il-proċedura. |
|
25 |
Fit‑23 ta’ April 2018, il-Kummissjoni żammet seduta ta’ smigħ ġdida dwar il-mertu tal-proċedura, li fiha pparteċipaw, fil-preżenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-uffiċjal tas-seduta, ir-rikorrenti kif ukoll tliet impriżi oħra destinatarji tad-Deċiżjoni tal‑2009. |
|
26 |
Permezz ta’ ittri tad‑19 ta’ Novembru 2018 kif ukoll tas‑17 ta’ Jannar u tas‑6 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni bagħtet tliet talbiet għal informazzjoni lir-rikorrenti dwar l-istruttura tal-azzjonisti tagħha u dwar is-sitwazzjoni patrimonjali tagħha. Ir-rikorrenti wieġbet għal dawn it-talbiet għal informazzjoni, rispettivament, permezz ta’ ittri tal‑10 ta’ Diċembru 2018 kif ukoll tal‑31 ta’ Jannar u tad‑9 ta’ Mejju 2019. |
|
27 |
Fil‑21 ta’ Ġunju 2019, ir-rikorrenti pparteċipat f’laqgħa mad-dipartimenti tal-Kummissjoni, li matulha dawn tal-aħħar indikaw li kienu ddeċidew li jipproponu lill-Kulleġġ tal-Kummissarji l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida ta’ sanzjoni, iżda li, fid-dawl taż-żmien oġġettivament estiż li kien għadda, huma kienu ser jipproponu l-applikazzjoni ta’ ċirkustanza attenwanti straordinarja. |
|
28 |
Fl‑4 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2019) 4969 final, dwar proċediment skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (Każ AT.37956 – Vireg li jirrinforzaw il-konkrit) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), indirizzata lil ħames impriżi li fir-rigward tagħhom id-Deċiżjoni tal‑2009 kienet ġiet annullata, jiġifieri, minbarra r-rikorrenti, Alfa Acciai SpA, Feralpi Holding SpA (li qabel kienet Feralpi Siderurgica SpA et Federalpi Siderurgica SRL), Partecipazioni Industriali SpA (li qabel kienet Riva Acciaio SpA u sussegwentement Riva Fire SpA, iktar ’il quddiem “Riva”), kif ukoll Valsabbia Investimenti SpA u Ferriera Valsabbia SpA. |
|
29 |
Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat l-istess ksur bħal dak li kien is-suġġett tad-Deċiżjoni tal‑2009, filwaqt li naqqset il-multi imposti fuq l-impriżi destinatarji b’50 % minħabba t-tul tal-proċedura. Barra minn hekk, ir-rikorrenti bbenefikat minn tnaqqis addizzjonali ta’ 6 % tal-multa minħabba li ma kinitx ipparteċipat fil-parti tal-akkordju dwar il-limitazzjoni jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ matul perijodu partikolari. Permezz tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, hija għalhekk imponiet fuq ir-rikorrenti multa fl-ammont ta’ EUR 2.237 miljuni. |
|
30 |
Fit‑8 ta’ Lulju 2019, kopja inkompleta tad-deċiżjoni kkontestata, li kienet tinkludi biss il-paġni bil-fard, ġiet innotifikata lir-rikorrenti, fatt li din tal-aħħar indikat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tad‑9 ta’ Lulju 2019. |
|
31 |
Verżjoni sħiħa tad-deċiżjoni kkontestata ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit‑18 ta’ Lulju 2019. |
II. Il‑proċedura u t‑talbiet tal‑partijiet
|
32 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑30 ta’ Settembru 2019, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors. |
|
33 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab li jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑11 ta’ Frar 2020, il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali aċċetta dan l-intervent. Il-Kunsill ippreżenta n-nota ta’ intervent u r-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar din in-nota fit-terminu mogħti. Il‑Kummissjoni ma ppreżentatx osservazzjonijiet dwar din in-nota ta’ intervent. |
|
34 |
Fuq proposta tar-Raba’ Awla, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, li tibgħat il-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż. |
|
35 |
Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet u talbithom jipproduċu numru ta’ dokumenti. Il-partijiet wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet u għal dawn it-talbiet għall-produzzjoni ta’ dokumenti fit-terminu mogħti. |
|
36 |
It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub u għall-mistoqsijiet orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal‑4 ta’ Ġunju 2021. Matul is-seduta, wara mistoqsija mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti aċċettat li l-motivi mqajma fir-rikors insostenn ta’ dan ir-rikors jingħataw numri ġodda għall-finijiet tat-tfassil tas-sentenza, u dan tniżżel fil-proċess verbal tas-seduta. |
|
37 |
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
|
38 |
Il‑Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
|
39 |
Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
III. Fid‑dritt
|
40 |
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tqajjem disa’ motivi, li jistgħu jinqasmu f’żewġ gruppi. |
|
41 |
Fl-ewwel grupp, tqajmu sitt motivi b’mod prinċipali li huma intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata:
|
|
42 |
Fit-tieni grupp, tqajmu b’mod sussidjarju l-aħħar tliet motivi li huma intiżi għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata u għal tnaqqis korrispondenti tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti:
|
A. Fuq it‑talbiet għal annullament
[omissis]
1. Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ir-rifjut illegali tal-Kummissjoni li tivverifika, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-kompatibbiltà ta’ din id-deċiżjoni mal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli tal-proċedura
[omissis]
a) Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq żball ta’ liġi
|
199 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 41 tal-Karta billi rrifjutat li tevalwa, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-kompatibbiltà tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni mal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli. |
|
200 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif tindika r-rikorrenti, il-Kummissjoni hija obbligata tosserva l-prinċipju ta’ żmien raġonevoli rrikonoxxut fl-Artikolu 41 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 179, u tal‑5 ta’ Ġunju 2012, Imperial Chemical Industries vs Il‑Kummissjoni, T‑214/06, EU:T:2012:275, punt 285). |
|
201 |
Għalhekk, il-mogħdija taż-żmien għandha tittieħed inkunsiderazzjoni meta, filwaqt li tagħmel użu mill-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilha mid-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni tevalwa jekk, b’applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, għandhomx jinbdew proċeduri u jekk għandhiex tiġi adottata deċiżjoni. |
|
202 |
Mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-mogħdija taż-żmien meta tevalwa jekk għandhomx jinbdew tali proċeduri u jekk għandhiex tiġi adottata deċiżjoni ta’ sanzjoni ma ġiex miksur mill-Kummissjoni. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata tindika li din l-istituzzjoni eżaminat, qabel ma tat deċiżjoni, jekk, f’dan il-każ, il-proċedura setgħetx titkompla u jekk din setgħetx twassal għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, li timponi multa. [omissis] |
|
213 |
B’hekk, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni vverifikat, qabel ma adottat din id-deċiżjoni, jekk il-prinċipju ta’ żmien raġonevoli kienx ġie osservat, billi analizzat it-tul tal-proċedura amministrattiva, inklużi l-fażijiet amministrattivi u l-interruzzjonijiet dovuti għall-istħarriġ ġudizzjarju, il-kawżi li jistgħu jispjegaw it-tul tal-proċedura u l-konsegwenzi li jistgħu jinstiltu minn dan. |
|
214 |
Din il-konklużjoni hija kkontestata mir-rikorrenti, li tgħid li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, irrifjutat li tagħti deċiżjoni dwar it-tul irraġonevoli tal-proċedura minħabba li din l-evalwazzjoni kellha tiġi rriżervata lill-qorti tal-Unjoni mingħajr ma hija tista’ tagħti deċiżjoni dwar dan. |
|
215 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tal-Unjoni tista’ tiġi adita bi kwistjonijiet dwar it-tul tal-proċeduri. Fil-kontenzjuż dwar ir-responsabbiltà, hija għandha tikkundanna lill-istituzzjonijiet, lill-korpi jew lill-organi tal-Unjoni meta dawn tal-aħħar ikunu kkawżaw dannu minħabba ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli (sentenzi tas‑26 ta’ Novembru 2013, Kendrion vs Il‑Kummissjoni, C‑50/12 P, EU:C:2013:771, punt 94, u tal‑11 ta’ Lulju 2019, Italmobiliare et vs Il‑Kummissjoni, T‑523/15, mhux ippubblikata, EU:T:2019:499, punt 159). Fil-kontenzjuż dwar l-annullament, it-tul ta’ proċedura jista’ jkollu bħala konsegwenza l-annullament ta’ deċiżjoni kkontestata jekk jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet b’mod kumulattiv, fejn l-ewwel kundizzjoni hija li dan it-tul ikun jidher li huwa irraġonevoli u t-tieni waħda hija li l-fatt li jkun għadda iktar minn żmien raġonevoli jkun ostakola l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża (sentenzi tal‑21 ta’ Settembru 2006, Technische Unie vs Il‑Kummissjoni, C‑113/04 P, EU:C:2006:593, punti 47 u 48; tat‑8 ta’ Mejju 2014, Bolloré vs Il‑Kummissjoni, C‑414/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2014:301, punti 84 u 85; u tad‑9 ta’ Ġunju 2016, PROAS vs Il‑Kummissjoni, C‑616/13 P, EU:C:2016:415, punti 74 sa 76). |
|
216 |
Kif tindika r-rikorrenti, il-kompetenza hekk fdata lill-qorti tal-Unjoni ma tistax teħles lill-Kummissjoni mill-evalwazzjoni li hija għandha twettaq fil-mument li tiddetermina l-passi li għandhom jittieħdu wara sentenza ta’ annullament skont l-Artikolu 266 TFUE. |
|
217 |
Kif ġie indikat, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni, meta twettaq tali evalwazzjoni, l-elementi kollha tal-każ, b’mod partikolari l-opportunità li tadotta deċiżjoni ġdida, l-opportunità li timponi sanzjoni u l-opportunità, jekk ikun il-każ, li tnaqqas is-sanzjoni prevista jekk ikun jidher, b’mod partikolari, li, mingħajr ma jikkostitwixxi fih innifsu nuqqas illegali, it-tul tal-proċedura, sa fejn din tkun inkludiet fażijiet amministrattivi iżda wkoll, jekk ikun il-każ, interruzzjonijiet dovuti għall-istħarriġ ġudizzjarju, seta’ kellu effett fuq l-elementi meħuda inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, u b’mod partikolari fuq in-natura eventwalment dissważiva tagħha meta tiġi imposta ħafna żmien wara l-fatti li jikkostitwixxu l-ksur. |
|
218 |
Din l-evalwazzjoni, li tirrigwarda b’mod partikolari t-tul globali tal-proċedura, inklużi l-fażijiet ġudizzjarji, saret prinċipalment fil-premessa 528 tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
219 |
Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni vverifikat, fid-deċiżjoni kkontestata, jekk it-tul tal-proċedura setax jostakola t-tkomplija tal-proċedura filwaqt li rrikonoxxiet li tali evalwazzjoni kienet suġġetta għall-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni fil-kontenzjuż dwar il-legalità u, jekk ikun il-każ, dwar ir-responsabbiltà. [omissis] |
|
223 |
Għaldaqstant, l-ilment għandu jiġi miċħud. [omissis] |
2. Fuq it‑tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal‑prinċipju ta’ żmien raġonevoli tal‑proċedura
|
229 |
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li ġiet adottata fi tmiem proċedura li kienet qabżet żmien raġonevoli. Fil-fehma tagħha, it-tul eċċessiv tal-proċedura għandu bħala konsegwenza li l-Kummissjoni ma kellhiex iktar setgħa ta’ sanzjoni u li l-imsemmija deċiżjoni hija, għalhekk, illegali wkoll minħabba eċċess ta’ poter. Ir-rikorrent essenzjalment tressaq tliet ilment li jikkonċernaw, rispettivament, it-tul tal-fażijiet amministrattivi, it-tul globali tal-proċedura u l-effett, fuq id-drittijiet tad-difiża, tat-tul tal-proċedura, ilmenti li huma kollha kkontestati mill-Kummissjoni. |
|
230 |
Qabel ma jiġu eżaminati dawn l-ilmenti, għandu jitfakkar li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, it-tul ta’ proċedura jista’ jkollu bħala konsegwenza l-annullament ta’ deċiżjoni kkontestata jekk jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet b’mod kumulattiv, fejn l-ewwel kundizzjoni hija li dan it-tul ikun jidher li huwa irraġonevoli u t-tieni waħda hija li l-fatt li jkun għadda iktar minn żmien raġonevoli jkun ostakola l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża (ara l-punt 215 iktar ’il fuq). |
|
231 |
Minn dan jirriżulta li deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tistax tiġi annullata għas-sempliċi raġuni li jkun inqabeż żmien raġonevoli jekk id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma jkunux ġew affettwati minn dan il-qbiż. Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti li s-sempliċi qbiż ta’ żmien raġonevoli kellu jwassal lill-Kummissjoni sabiex tirrinunzja milli tadotta d-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi miċħud sa mill-bidu. [omissis] |
a) Fuq l‑ewwel ilment, dwar it‑tul tal‑fażijiet amministrattivi
|
233 |
Ir-rikorrenti ssostni li, peress li kien mifrux fuq iktar minn sitt snin, it-tul tal-fażijiet amministrattivi jmur kontra l-prinċipju ta’ żmien raġonevoli. Hija tikkritika, b’mod partikolari, id-dewmien li bih il-Kummissjoni rreaġixxiet għall-annullamenti deċiżi suċċessivament mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
234 |
Ir-rikorrenti ssostni, barra minn hekk, li l-fażijiet amministrattivi tal-proċedura huma vvizzjati b’diversi żbalji ta’ ġestjoni mwettqa mill-Kummissjoni, li kkontribwixxew sabiex tawlu b’mod inġustifikat iż-żmien tal-proċedura. |
|
235 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li d-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-istituzzjonijiet jittrattaw fi żmien raġonevoli l-każijiet fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi mmexxija minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2012, Imperial Chemical Industries vs Il‑Kummissjoni, T‑214/06, EU:T:2012:275, punt 284). |
|
236 |
Fil-fatt, l-obbligu li jiġi osservat żmien raġonevoli fit-tmexxija tal-proċeduri amministrattivi jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt irrikonoxxut, b’mod partikolari, fl-Artikolu 41(1) tal-Karta (sentenzi tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 167; tal‑11 ta’ April 2006, Angeletti vs Il‑Kummissjoni, T‑394/03, EU:T:2006:111, punt 162; u tas‑7 ta’ Ġunju 2013, L-Italja vs Il‑Kummissjoni, T‑267/07, EU:T:2013:305, punt 61). |
|
237 |
F’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta li matul it-trattament tal-każ kien hemm erba’ fażijiet suċċessivi quddiem il-Kummissjoni, li damu total ta’ sitt snin u xahar:
|
|
238 |
Skont il-ġurisprudenza, in-natura raġonevoli taż-żmien għandha tiġi evalwata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ u, b’mod partikolari, l-interess tat-tilwima għall-parti kkonċernata, il-kumplessità tal-każ kif ukoll l-aġir tar-rikorrent u dak tal-awtoritajiet kompetenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punti 187 u 188). |
|
239 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-interess tat-tilwima għall-parti kkonċernata, għandu jitfakkar li, fil-każ ta’ tilwima dwar ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, ir-rekwiżit fundamentali ta’ ċertezza legali li minnha għandhom jibbenefikaw l-operaturi ekonomiċi kif ukoll l-għan li jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern huma ta’ interess kunsiderevoli mhux biss għar-rikorrent stess u għall-kompetituri tiegħu iżda wkoll għal terzi, u dan minħabba n-numru kbir ta’ persuni kkonċernati u ta’ interessi finanzjarji inkwistjoni (ara s-sentenza tal‑1 ta’ Frar 2017, Aalberts Industries vs L-Unjoni Ewropea, T‑725/14, EU:T:2017:47, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
240 |
F’dan il-każ, fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti kienet kisret l-Artikolu 65(1) FA billi pparteċipat, mill‑1 ta’ April 1993 sal‑4 ta’ Lulju 2000, fi ftehim kontinwu jew fi prattiki miftiehma li jikkonċernaw il-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit, li kellhom bħala għan jew bħala effett l-iffissar tal-prezzijiet u l-limitazzjoni jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ fis-suq intern. |
|
241 |
Abbażi ta’ din il-konstatazzjoni, il-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti multa ta’ EUR 2.237 miljuni. |
|
242 |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-interess tal-każ kien importanti għar-rikorrenti. |
|
243 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kumplessità tal-każ, għandu jiġi rrilevat li l-iżbalji mwettqa mill-Kummissjoni jikkonċernaw il-konsegwenzi li kellhom jinstiltu, għall-proċedura, mill-iskadenza tat-Trattat KEFA. |
|
244 |
Issa, għandu jitfakkar li l-kwistjonijiet marbuta mar-regoli applikabbli għall-fatti tal-każ, kemm għal dak li jirrigwarda l-mertu kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-proċedura, minħabba l-iskadenza tat-Trattat KEFA, kienu jippreżentaw, kif indikat il-Kummissjoni, ċerta kumplessità. |
|
245 |
Barra minn hekk, l-akkordju kien ikopri perijodu relattivament twil (10 snin u 7 xhur), kien jikkonċerna numru sinjifikattiv ta’ atturi (8 impriżi, li jinkludu total ta’ 11-il kumpannija u assoċjazzjoni professjonali) u kien jimplika volum kbir ta’ dokumenti pprovduti jew miksuba matul l-ispezzjonijiet (madwar 20000 paġna). |
|
246 |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-każ għandu jitqies li kien kumpless. |
|
247 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-aġir tal-partijiet, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni wettqet attività kontinwa minħabba t-talbiet abbundanti li kienu jaslulha mill-partijiet fil-proċedura amministrattiva. |
|
248 |
Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tittratta, fil-kuntest tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, diversi ittri, fl-istess ħin li hija kellha tipprepara s-seduta ta’ smigħ tat‑23 ta’ April 2018 u teżamina proposta ta’ soluzzjoni għat-tilwima ppreżentata minn ċerti partijiet fil-proċedura amministrattiva fl‑4 ta’ Diċembru 2018. |
|
249 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żewġ żbalji ta’ ġestjoni li estendew b’mod inġustifikat it-tul tal-proċedura:
|
|
250 |
Għalkemm ir-rikorrenti ma tispeċifikax id-dewmien addizzjonali li kkawżaw dawn iż-żewġ żbalji mwettqa mill-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq, mill-punti 13 u 14 iktar ’il fuq jirriżulta li t-tieni wieħed f’kull każ wassal għal dewmien fil-proċedura ta’ xahrejn u ġimgħa biss. |
|
251 |
B’hekk, ir-rikorrenti ma pprovdietx elementi li jippermettu li jiġi konkluż li l-iżbalji invokati kellhom impatt kbir fuq it-tul tal-proċedura. |
|
252 |
Minn dawn l-elementi kkunsidrati flimkien jirriżulta li t-tul tal-fażijiet amministrattivi tal-proċedura ma jidhirx li huwa irraġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ u, b’mod partikolari, tal-kumplessità tiegħu, f’kuntest fejn il-Kummissjoni ma tista’ tiġi kkritikata dwar ebda perijodu ta’ inattività mhux spjegata matul l-istadji li kkaratterizzaw l-imsemmija fażijiet amministrattivi. |
|
253 |
Għaldaqstant, l-ilment għandu jiġi miċħud. |
b) Fuq it‑tieni lment, dwar it‑tul globali tal‑proċedura
|
254 |
Ir-rikorrenti tikkontesta t-tul globali li kien meħtieġ għat-trattament tal-fajl, sa mill-ewwel atti ta’ investigazzjoni sal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fehma tagħha, il-fatt li, fil-mument ta’ din l-adozzjoni, dan it-tul kien jammonta għal kważi 19-il sena u kien jikkonċerna aġir li ċerti elementi tiegħu kienu seħħew iktar minn 30 sena ilu jfisser li dan it-tul imur kontra l-prinċipju ta’ żmien raġonevoli. |
|
255 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-obbligu li jiġi osservat żmien raġonevoli japplika għal kull stadju li jagħmel parti minn proċedura kif ukoll għal din il-proċedura fl-intier tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punti 230 u 231, u l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott fil-kawża Solvay vs Il‑Kummissjoni, C‑109/10 P, EU:C:2011:256, punt 239). |
|
256 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-perijodu li matulu żvolġiet il-proċedura amministrattiva kollha kien eċċezzjonalment twil, fatt li barra minn hekk wassal lill-Kummissjoni sabiex tnaqqas il-multa finalment imposta fuq ir-rikorrenti (ara l-punt 212 iktar ’il fuq). |
|
257 |
Madankollu, it-tul globali tal-proċedura amministrattiva jista’ jiġi spjegat, f’dan il-każ, mill-kumplessità tal-fajl, filwaqt li, fir-rigward ta’ ċerti aspetti, dan it-tul huwa dovut għal elementi relatati mal-każ fih innifsu, filwaqt li, fir-rigward ta’ aspetti oħra, l-istess tul huwa marbut mal-kuntest li fih jaqa’ l-fajl, jiġifieri l-iskadenza tat-Trattat KEFA (ara l-punti 243 sa 246 iktar ’il fuq). |
|
258 |
Huwa minnu li twettqu żbalji mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-konsegwenzi li kellhom jinstiltu mill-iskadenza tat-Trattat KEFA u li dawn l-iżbalji taw lok għal annullamenti deċiżi mill-Qorti Ġenerali u sussegwentement mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
259 |
Madankollu, dawn l-iżbalji kif ukoll l-impatt li seta’ kellhom fuq it-tul tal-proċedura amministrattiva għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-kumplessità tal-kwistjonijiet imqajma. |
|
260 |
Barra minn hekk, it-tul globali tal-proċedura amministrattiva huwa parzjalment imputabbli għall-interruzzjonijiet dovuti għall-istħarriġ ġudizzjarju u għalhekk huwa marbut man-numru ta’ rikorsi ppreżentati quddiem il-qorti tal-Unjoni fuq aspetti differenti tal-każ. |
|
261 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-possibbiltà għall-impriżi, f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti, li jaraw il-każijiet tagħhom eżaminati iktar minn darba mill-awtoritajiet amministrattivi u, jekk ikun il-każ, mill-qrati tal-Unjoni hija inerenti għas-sistema implimentata prevista mill-awturi tat-Trattati għall-kontroll tal-aġir u tal-operazzjonijiet fil-qasam tal-kompetizzjoni. |
|
262 |
B’hekk, l-obbligu għall-awtorità amministrattiva li twettaq diversi formalitajiet u passi qabel ma tkun tista’ tadotta deċiżjoni finali fil-qasam tal-kompetizzjoni u l-possibbiltà li dawn il-formalitajiet jew dawn il-passi jistgħu jagħtu lok għal rikors ma jistgħux jintużaw minn impriża bħala argumenti fi tmiem il-proċess sabiex issostni li jkun inqabeż żmien raġonevoli (ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawżi Feralpi et vs Il‑Kummissjoni, C‑85/15 P, C‑86/15 P u C‑87/15 P, C‑88/15 P u C‑89/15 P, EU:C:2016:940, punt 70). |
|
263 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li, evalwat fl-intier tiegħu, it-tul tal-proċedura amministrattiva kien eċċessiv u, għalhekk, li dan it-tul seta’ jostakola l-adozzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ deċiżjoni ġdida li timponi multa. |
|
264 |
Għaldaqstant, l-ilment għandu jiġi miċħud. |
c) Fuq it‑tielet ilment, dwar l‑effett, fuq id‑drittijiet tad‑difiża, tat‑tul tal‑proċedura
|
265 |
Ir-rikorrenti ssostni li t-tul tal-proċedura amministrattiva affettwa d-drittijiet tad-difiża tagħha. Fil-fehma tagħha, minħabba dan it-tul, is-seduta ta’ smigħ tat‑23 ta’ April 2018 ma ppermettietx lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jisimgħu lill-atturi kollha li l-opinjonijiet tagħhom seta’ jkollhom influwenza fuq il-kapaċità tagħha li tiddefendi ruħha. Barra minn hekk, li kieku s-seduta ta’ smigħ inżammet skont il-leġiżlazzjoni applikabbli qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal‑2002 jew anki tad-Deċiżjoni tal‑2009, il-Qorti Ġenerali ma kinitx tiddeċiedi dwar il-materjalità tal-aġir inkriminat u, għaldaqstant, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri kienu jkunu eżenti minn kull influwenza jew minn kull preġudizzju. |
|
266 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif ġie indikat fil-punt 230 iktar ’il fuq, għandhom jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet sabiex il-qorti tiddeċiedi l-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni abbażi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli. Peress li l-ewwel waħda (tul irraġonevoli tal-proċedura) ma hijiex issodisfatta, ma huwiex neċessarju, bħala prinċipju, li jiġi vverifikat, bi tweġiba għat-tielet ilment, jekk it-tul tal-proċedura amministrattiva ostakolax l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża. Madankollu, dan l-eżami għandu jsir, għal finijiet ta’ kompletezza, sabiex tingħata tweġiba sħiħa għall-preokkupazzjonijiet espressi mir-rikorrenti. |
|
267 |
Minn naħa, għandu jiġi kkonstatat li, matul il-proċedura kkunsidrata fl-intier tagħha, ir-rikorrenti kellha, minn tal-inqas seba’ darbiet, l-opportunità li tesprimi l-perspettiva tagħha u li tressaq l-argumenti tagħha (ara l-punti 3 sa 6, 11, 24 u 25 iktar ’il fuq). |
|
268 |
B’mod partikolari, ir-rikorrenti setgħet tesprimi l-opinjoni tagħha, matul it-tielet fażi amministrattiva, fl-osservazzjonijiet tagħha tal‑1 ta’ Frar 2018 u waqt is-seduta ta’ smigħ tat‑23 ta’ April 2018 (ara l-punti 24 u 25 iktar ’il fuq). |
|
269 |
Min-naħa l-oħra, l-eżami tal-ewwel motiv ippermetta li jiġi stabbilit li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma kinux ġew affettwati la mill-fatt li l-atturi kollha li pparteċipaw fis-seduti ta’ smigħ preċedenti ma kinux preżenti waqt is-seduta ta’ smigħ tat‑23 ta’ April 2018, la mill-fatt li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri kienu jafu, fil-mument li esprimew l-opinjoni tagħhom fi ħdan il-kumitat konsultattiv, li żewġ deċiżjonijiet, li waħda minnhom kienet ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali, kienu ġew adottati preċedentement fil-konfront tal-impriżi kkonċernati, u lanqas mill-fatt li l-Kummissjoni kienet diġà tat deċiżjoni, f’żewġ okkażjonijiet, dwar il-fatti tal-każ u li, dwar dan il-punt, il-pożizzjoni tagħha kienet ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali (ara l-punti 59 sa 162 iktar ’il fuq). |
|
270 |
Minn dawn l-elementi jirriżulta li, anki jekk jitqies li t-tul tal-proċedura amministrattiva jista’ jitqies li jmur kontra l-prinċipju ta’ żmien raġonevoli, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jinkiseb annullament tad-deċiżjoni kkontestata ma humiex issodisfatti, peress li r-rikorrenti ma rnexxielha tistabbilixxi ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża li jirriżulta mill-imsemmi tul. |
|
271 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li ebda wieħed mir-rekwiżiti meħtieġa sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ tiddeċiedi l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata abbażi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli ma ġie ssodisfatt. |
|
272 |
Għaldaqstant, l-ilment għandu jiġi miċħud u, miegħu, it-tielet motiv ikkunsidrat kollu kemm hu. |
3. Fuq ir‑raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal‑obbligu ta’ motivazzjoni, fuq eċċess ta’ poter u fuq ksur tal‑prinċipju ta’ proporzjonalità
[omissis]
a) Fuq l‑ewwel ilment, dwar l‑assenza ta’ spjegazzjoni suffiċjenti dwar ir‑raġunijiet li wasslu lill‑Kummissjoni tadotta deċiżjoni ġdida li timponi multa
|
274 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma spjegatx biżżejjed ir-raġunijiet li setgħu wassluha sabiex tkompli l-proċedura, u b’hekk eżerċitat b’mod arbitrarju s-setgħa diskrezzjonali li hija għandha f’dan il-qasam. Hija ssostni wkoll, f’dan il-kuntest, li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata żammet effett dissważiv importanti, mingħajr ma spjegat għalfejn l-effett dissważiv kellu jopera għall-preżent u għall-futur u mingħajr ma spjegat, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet għaliex l-effett dissważiv kien, kif iddikjarat hija stess, “partikolarment mixtieq f’suq bħalma huwa s-suq Taljan tal-vireg li jirrinfurzaw il-konkrit”. |
|
275 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni għandha, permezz tal-Artikolu 105(1) TFUE, il-missjoni li tiżgura l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. |
|
276 |
B’hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddefinixxi u timplimenta, skont il-ġurisprudenza, il-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Ottubru 2013 Vivendi vs Il‑Kummissjoni, T‑432/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:538, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
277 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, kif joħroġ mir-Regolament Nru 1/2003, li jgħid li, jekk tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur, hija “tista’”, minn naħa, tobbliga lill-impriżi kkonċernati jtemmu dan il-ksur (Artikolu 7(1)) u, min-naħa l-oħra, timponi multi fuq l-impriżi li jkunu wettqu dan il-ksur (Artikolu 23(2)). |
|
278 |
Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni b’hekk ingħatat, indipendentement mill-mod segwit sabiex il-fajl jitressaq quddiemha, jiġifieri b’mod partikolari fil-kuntest ta’ lment jew fuq inizjattiva tagħha stess, is-setgħa li tiddeċiedi jekk aġir għandux ikun is-suġġett ta’ proċeduri, ta’ deċiżjoni u ta’ multa, skont il-prijoritajiet li hija tiddefinixxi fil-kuntest tal-politika tagħha dwar il-kompetizzjoni. |
|
279 |
Madankollu, l-eżistenza ta’ din is-setgħa ma teżentax lill-Kummissjoni mill-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Marzu 2020, LL-Carpenter vs Il‑Kummissjoni, T‑531/18, mhux ippubblikata, EU:T:2020:91, punt 90 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
280 |
F’kuntest fejn, bħal f’dan il-każ, minn naħa, deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni ġiet annullata darbtejn u fejn, min-naħa l-oħra, iż-żmien li għadda bejn l-ewwel atti ta’ investigazzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kien eċċezzjonalment twil, hija din l-istituzzjoni, skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-tul tal-proċedura u l-konsegwenzi li dan it-tul seta’ kellu fuq id-deċiżjoni tagħha li tmexxi proċeduri kontra l-impriżi kkonċernati, evalwazzjoni din li għandha għalhekk tidher fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni. |
|
281 |
Issa, dan kien dak li fil-fatt għamlet il-Kummissjoni meta indikat fid-dettall, minn naħa, fil-premessi 526 sa 529 tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, fil-premessi 536 sa 573 ta’ din id-deċiżjoni, ir-raġunijiet għaliex hija kkunsidrat li kellha tiġi adottata deċiżjoni ġdida li tistabbilixxi l-eżistenza tal-ksur u li timponi multa fuq l-impriżi kkonċernati. |
|
282 |
B’hekk, il-Kummissjoni, qabelxejn, indikat li t-tul tal-proċedura ma kien iwassal, fil-fehma tagħha, għal ebda ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli (premessi 528 u 555 tad-deċiżjoni kkontestata) u li d-drittijiet tad-difiża tal-impriżi ma kinux ġew miksura peress li, minn naħa, dawn tal-aħħar setgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar it-tkomplija tal-proċedura u peress li, min-naħa l-oħra, huma kienu ppreżentaw ukoll l-argumenti tagħhom matul is-seduta ta’ smigħ tat‑23 ta’ April 2018. F’dan ir-rigward, hija ppreċiżat li r-rikorrenti ma kienet ipprovdiet ebda element konkret insostenn tal-allegazzjoni tagħha li hija ma kinitx f’pożizzjoni li teżerċita b’mod sħiħ id-drittijiet tad-difiża tagħha (premessi 556 u 557 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
283 |
Madankollu, il-Kummissjoni ammettiet li wettqet żbalji proċedurali u rrikonoxxiet li dawn l-iżbalji setgħu kkontribwixxew sabiex itawlu t-tul tal-proċedura. |
|
284 |
Huwa għalhekk li l-Kummissjoni wettqet ibbilanċjar, fid-deċiżjoni kkontestata, tal-interess ġenerali li tiġi żgurata applikazzjoni effettiva tar-regoli fil-qasam tal-kompetizzjoni u tax-xewqa li ttaffi l-konsegwenzi possibbli tal-iżbalji proċedurali mwettqa (premessa 559 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
285 |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrilevat li l-impriżi inkwistjoni kienu pparteċipaw, matul ħdax-il sena, fi ksur ikkunsidrat bħala waħda mill-iktar restrizzjonijiet serji fil-qasam tal-kompetizzjoni. Hija indikat li, f’tali kuntest, in-nuqqas ta’ adozzjoni mill-ġdid ta’ deċiżjoni li tikkonstata l-parteċipazzjoni tal-impriżi fl-imsemmi ksur kien ser imur kontra l-interess ġenerali li tiġi żgurata applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u kien ser imur lil hinn mill-interess li jittaffew il-konsegwenzi ta’ eventwali ksur tad-drittijiet fundamentali mġarrab mill-impriżi destinatarji (premessi 560 u 561 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
286 |
Wara dan l-ibbilanċjar, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li, peress li kien twettaq ksur, kien biss billi tadotta d-deċiżjoni kkontestata li hija setgħet tiżgura ruħha li l-awturi tal-ksur ma jgawdux minn impunità u jkunu effettivament dissważi milli jadottaw aġir simili fil-futur (premessi 563 sa 569 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
287 |
Fi tmiem l-analiżi, il-Kummissjoni ppreċiżat li, sabiex jittaffew il-konsegwenzi negattivi li setgħu ġew ikkawżati mit-tul tal-proċedura, li kien intiż sabiex jiġu rrimedjati d-difetti proċedurali li seħħew matul l-investigazzjoni u li ma setgħux jiġu attribwiti lill-impriżi inkwistjoni, hija kienet iddeċidiet li tnaqqas b’50 % l-ammont tal-multi imposti (premessi 570 sa 573 tad-deċiżjoni kkontestata). |
|
288 |
B’hekk jidher li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni pprovdiet motivazzjoni ddettaljata li turi, b’mod ċar u inekwivoku, ir-raġunament li hija kienet segwiet sabiex tiġġustifika l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida minkejja ż-żewġ annullamenti li seħħew fil-passat. [omissis] |
|
296 |
Minn dawn l-elementi jista’ jiġi konkluż li l-motivazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament li hija segwiet sabiex tiġġustifika l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li timponi multa u li l-ilment għandu, għaldaqstant, jiġi miċħud. [omissis] |
b) Fuq il‑ħames motiv, dwar ksur tal‑prinċipju ta’ proporzjonalità
|
316 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-aġir inkwistjoni fit-tilwima ma jistgħux jitqiesu li huma proporzjonati fid-dawl taż-żmien li għadda u tal-fatt li issa d-dannu allegatament ikkawżat lill-kompetizzjoni naqas jew ma għadux jeżisti. |
|
317 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ proporzjonalità, li huwa wieħed mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq, bil-kundizzjoni li, meta jkun hemm għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintuża l-miżura l-inqas oneruża u bil-kundizzjoni li l-inkonvenjenti kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet mixtieqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et, C‑331/88, EU:C:1990:391, punt 13, u tal‑14 ta’ Lulju 2005, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, C‑180/00, EU:C:2005:451, punt 103). |
|
318 |
F’dan il-każ, sabiex tingħata deċiżjoni dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-Kummissjoni, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi segwenti. |
|
319 |
L-ewwel, meta att jiġi annullat, kif kien il-każ tad-Deċiżjoni tal‑2009, l-istituzzjoni li minnha jkun ħareġ dan l-att tista’ tkompli bil-proċedura amministrattiva mill-istadju li fih tkun seħħet l-illegalità (ara l-punti 53 u 54 iktar ’il fuq). |
|
320 |
It-tieni, it-tul ta’ proċedura, fih innifsu, ma jivvizzjax b’illegalità konstatazzjoni ta’ ksur magħmula mill-Kummissjoni jew l-ammont tal-multa imposta. Tali kontestazzjoni tista’ sseħħ biss jekk, minn naħa, it-tul tal-proċedura jikser il-prinċipju ta’ żmien raġonevoli u jekk, min-naħa l-oħra, il-qbiż ta’ żmien raġonevoli jostakola l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża (ara l-punt 230 iktar ’il fuq). Issa, f’dan il-każ, mill-analiżi tal-ewwel u tat-tielet motiv jirriżulta li r-rikorrenti ma tistax tinvoka tali ksur. |
|
321 |
It-tielet, ir-raġunijiet segwenti, invokati mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata minkejja ż-żmien li għadda, jidhru rilevanti u fondati:
|
|
322 |
Ir-raba’, il-Kummissjoni żgurat il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tat-tul tal-proċedura, għall-impriżi kkonċernati, billi tathom tnaqqis ta’ 50 % tal-ammont tal-multa. |
|
323 |
Għaldaqstant, l-ilment għandu jiġi miċħud u, miegħu, ir-raba’ motiv ikkunsidrat kollu kemm hu. |
4. Fuq il‑ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal‑prinċipju ta’ ne bis in idem
|
324 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-prinċipju ta’ ne bis in idem jipprekludi l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
325 |
Il‑Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti. |
|
326 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti tammetti li ma kinitx is-suġġett ta’ akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet, iżda biss ta’ akkumulazzjoni ta’ proċeduri, filwaqt li ssostni li tali akkumulazzjoni hija wkoll ipprojbita mill-prinċipju ta’ ne bis in idem. |
|
327 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-prinċipju ta’ ne bis in idem huwa espress:
|
|
328 |
Il-prinċipju ta’ ne bis in idem, li huwa korollarju tal-awtorità ta’ res judicata, jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-ekwità billi jiżgura li, meta tkun ġiet suġġetta għal proċedura u jekk ikun il-każ ikkundannata, il-persuna kkonċernata jkollha ċ-ċertezza li ma hijiex ser terġa’ tkun suġġetta għal proċedura ġdida fir-rigward tal-istess ksur (sentenza tat‑3 ta’ April 2019, Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie, C‑617/17, EU:C:2019:283, punt 33). |
|
329 |
Fil-qasam tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ ne bis in idem jipprojbixxi, bħala prinċipju, li impriża terġa’ tiġi kkundannata jew terġa’ tkun suġġetta għal proċedura minħabba aġir antikompetittiv li fir-rigward tiegħu hija kienet ġiet issanzjonata jew li fir-rigward tiegħu ġiet iddikjarata li ma kinitx responsabbli permezz ta’ deċiżjoni preċedenti li ma tkunx għadha tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 59, u tal‑1 ta’ Lulju 2009, ThyssenKrupp Stainless vs Il‑Kummissjoni, T‑24/07, EU:T:2009:236, punt 178). |
|
330 |
L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ne bis in idem teħtieġ b’mod partikolari li tkun ingħatat deċiżjoni dwar il-materjalità tal-ksur jew li l-legalità tal-evalwazzjoni magħmula dwarha tkun ġiet mistħarrġa (sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 60). |
|
331 |
Jekk dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfatt, il-prinċipju ta’ ne bis in idem jipprojbixxi evalwazzjoni ġdida fil-mertu tal-materjalità tal-ksur meta din l-evalwazzjoni ġdida jkollha bħala konsegwenza:
|
|
332 |
Għall-kuntrarju, il-prinċipju ta’ ne bis in idem ma jipprekludix it-tkomplija tal-proċeduri li jkollhom bħala suġġett l-istess aġir antikompetittiv meta l-ewwel deċiżjoni tkun ġiet annullata għal raġunijiet formali mingħajr ma tkun ingħatat deċiżjoni fuq il-mertu tal-fatti invokati, peress li f’dan il-każ id-deċiżjoni ta’ annullament ma tgħoddx bħala “ħelsien” fis-sens mogħti lil din il-kelma fil-materji kriminali (sentenzi tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:T:2002:582, punt 62, u tal‑1 ta’ Lulju 2009, ThyssenKrupp Stainless vs Il‑Kummissjoni, T‑24/07, EU:T:2009:236, punt 190). |
|
333 |
F’tali każ, is-sanzjonijiet imposti mid-deċiżjoni l-ġdida ma għandhomx jiżdiedu, fil-fatt, ma’ dawk mogħtija bid-deċiżjoni annullata, iżda jissostitwixxuhom (sentenzi tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 62, u tal‑1 ta’ Lulju 2009, ThyssenKrupp Stainless vs Il‑Kummissjoni, T‑24/07, EU:T:2009:236, punt 190). |
|
334 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, sal-lum, l-ebda deċiżjoni ma ddeċidiet b’mod definittiv fuq il-mertu tal-każ fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur li bih hija akkużata. Id-Deċiżjoni tal‑2002 ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali minħabba l-bażi legali użata mill-Kummissjoni u d-Deċiżjoni tal‑2009 ġiet annullata minħabba ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, mingħajr ma ġiet adottata, fl-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet, pożizzjoni definittiva fuq il-motivi fuq il-mertu invokati mir-rikorrenti, dwar il-parteċipazzjoni tagħha fil-fatti li hija akkużata bihom. Is-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2014, Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni (T‑90/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1035) hija l-unika waħda li ddeċidiet fuq tali motivi, iżda din ġiet kompletament annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ssanzjonat lir-rikorrenti darbtejn jew mexxiet proċeduri kontriha darbtejn għall-istess fatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 63). |
|
335 |
Fir-rigward tas-sanzjoni imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata, din tissostitwixxi dik mogħtija fid-Deċiżjoni tal‑2009, li, min-naħa tagħha, kienet issostitwixxiet is-sanzjoni imposta fid-Deċiżjoni tal‑2002. L-ammonti mħallsa mir-rikorrenti abbażi tal-multa imposta fid-Deċiżjoni tal‑2002, imbagħad f’dik tal‑2009, ġew irrimborsati lilha wara l-annullament ta’ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet. |
|
336 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-prinċipju ta’ ne bis in idem ġie miksur. [omissis] |
|
342 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-prinċipju ta’ ne bis in idem ma kienx jostakola l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud. |
5. Fuq is‑sitt motiv, ibbażat fuq l‑illegalità tas‑sistema ta’ preskrizzjoni stabbilita fl‑Artikolu 25 tar‑Regolament Nru 1/2003
|
343 |
Ir-rikorrenti titlob li ma jiġix applikat it-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 minħabba li dan it-terminu jikser, fil-fehma tagħha, minn naħa, il-prinċipju ta’ żmien raġonevoli u, min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
344 |
Il-motiv huwa kkontestat fir-rigward tal-ammissibbiltà u tal-mertu. |
|
345 |
Fir-rigward tal-ammissibbiltà, il-Kummissjoni, sostnuta mill-Kunsill, issostni li l-eċċezzjoni ta’ illegalità ma hijiex issostanzjata suffiċjentement u hija ppreżentata b’mod konfuż. |
|
346 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ir-rikorrenti speċifikat l-ilmenti li hija kienet qiegħda tinvoka kontra l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, filwaqt li indikat, minn naħa, il-bażi legali tagħhom, jiġifieri ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, min-naħa l-oħra, l-argument żviluppat insostenn ta’ din il-pożizzjoni, li huwa, essenzjalment, li l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa vvizzjat b’illegalità sa fejn jippermetti lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ sanzjoni bi ksur ta’ dawn il-prinċipji. |
|
347 |
Barra minn hekk, mill-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom jirriżulta li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu f’pożizzjoni li jifhmu l-kontestazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti. |
|
348 |
Għaldaqstant, dan il-motiv huwa ammissibbli. |
|
349 |
Fir-rigward tal-mertu, ir-rikorrenti tressaq żewġ argumenti. |
|
350 |
Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-leġiżlatur tal-Unjoni kiser il-prinċipju ta’ żmien raġonevoli għaliex ma inkludiex, fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, l-idea li, wara li jkun għadda żmien raġonevoli, il-Kummissjoni għandha tkun prekluża, indipendentement mit-terminu ta’ ħames jew għaxar snin u indipendentement mis-sospensjonijiet li jista’ jkun hemm fil-każ ta’ proċedura ġudizzjarja, milli tadotta deċiżjoni li tikkonstata ksur u, fi kwalunkwe każ, milli timponi multa. |
|
351 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-qasam tal-kompetizzjoni, it-terminu ta’ preskrizzjoni huwa rregolat mill-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 bil-mod segwenti:
|
|
352 |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli, dan iż-żmien ma huwiex iffissat jew iddeterminat minn qabel b’mod astratt fir-rigward tal-proċeduri kollha li jistgħu jkunu kkonċernati, iżda għandu jiġi evalwat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ, b’mod partikolari l-interess tat-tilwima, il-kumplessità tal-każ, l-aġir tar-rikorrent u dak tal-awtoritajiet kompetenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punti 187 u 188). |
|
353 |
Ir-rikorrenti tikkritika lil-leġiżlatur tal-Unjoni li ma pprevediex, fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, terminu massimu li lil hinn minnu kull intervent tal-Kummissjoni jkun eskluż anki jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni kien is-suġġett ta’ sospensjonijiet. |
|
354 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, bil-mod kif huwa mfassal, l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta minn konċiljazzjoni mwettqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilu, bejn żewġ għanijiet li jistgħu jeħtieġu miżuri li jmorru fid-direzzjoni opposta, jiġifieri, minn naħa, il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali billi jiġi evitat li sitwazzjonijiet ikkonsolidata bil-mogħdija taż-żmien ikunu jistgħu jiġu kkontestati b’mod indefinit kif ukoll, min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit li tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt billi jitmexxew proċeduri kontra, billi jiġi kkonstatat u billi jiġi ssanzjonat ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2005, Sumitomo Chemical u Sumika Fine Chemicals vs Il‑Kummissjoni, T‑22/02 u T‑23/02, EU:T:2005:349, punt 82). |
|
355 |
Issa, ir-rikorrenti ma stabbilixxietx, f’dan il-każ, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien qabeż, fil-konċiljazzjoni li huwa għamel bejn dawn l-għanijiet distinti, il-marġni li għandu jiġi rrikonoxxut lilu f’dan il-kuntest. Fil-fatt, is-setgħa li jsiru verifiki u li jiġu imposti sanzjonijiet hija rregolata permezz ta’ limiti stretti. Huwa minnu li t-terminu ta’ preskrizzjoni huwa sospiż fil-każ ta’ rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni. Madankollu, din il-possibbiltà teħtieġ, sabiex tiġi implimentata, pass li għandu jitwettaq mill-impriżi stess. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi kkritikat bil-fatt li, wara l-preżentata ta’ diversi rikorsi, fejn kull wieħed minn dawn tal-aħħar ikun ġie ppreżentat mill-impriżi kkonċernati, id-deċiżjoni li tingħata fi tmiem il-proċedura tiġi adottata wara ċertu żmien. |
|
356 |
Il-konċiljazzjoni hekk imwettqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni tidher iktar u iktar xierqa meta jitqies li l-individwi li jilmentaw dwar proċedura ta’ tul irraġonevoli jistgħu jikkontestaw dan it-tul billi jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni adottata fi tmiem din il-proċedura, liema annullament huwa rriżervat għas-sitwazzjonijiet fejn il-qbiż ta’ żmien raġonevoli jkun ostakola l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża, jew, meta l-qbiż ta’ żmien raġonevoli ma jagħtix lok għal ksur tad-drittijiet tad-difiża, billi jippreżentaw rikors għad-danni quddiem il-qorti tal-Unjoni (ara l-punt 215 iktar ’il fuq). |
|
357 |
Għaldaqstant, l-argument għandu jiġi miċħud. |
|
358 |
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li jippermetti li impriżi jitħallew fl-inċertezza matul perijodu eċċessiv billi jippermetti lill-Kummissjoni li tmexxi proċeduri kontrihom fi tmiem terminu, jekk ikun il-każ, sospiż jew interrott. |
|
359 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif indikat fil-punt 317 iktar ’il fuq, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq, bil-kundizzjoni li, meta jkun hemm għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintuża l-miżura l-inqas oneruża u bil-kundizzjoni li l-inkonvenjenti kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet mixtieqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et, C‑331/88, EU:C:1990:391, punt 13, u tal‑14 ta’ Lulju 2005, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, C‑180/00, EU:C:2005:451, punt 103). |
|
360 |
Issa, kif ġie indikat fil-punt 351 iktar ’il fuq, it-terminu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ ħames snin. |
|
361 |
Dan huwa interrott minn kull azzjoni tal-Kummissjoni li hija intiża għall-investigazzjoni jew għall-prosekuzzjoni tal-ksur, filwaqt li l-preskrizzjoni tagħlaq wara mhux iktar tard minn għaxar snin. Bl-istabbiliment ta’ tali terminu ġie impost limitu strett fuq l-azzjoni tal-Kummissjoni fiż-żmien. |
|
362 |
Barra minn hekk, kif ġie indikat ukoll fil-punt 351 iktar ’il fuq, it-terminu ta’ preskrizzjoni huwa pprorogat bil-perijodu li matulu l-preskrizzjoni tkun sospiża matul il-proċeduri ta’ rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Skont il-ġurisprudenza, din is-sospensjoni tevita li l-prosekuzzjoni ta’ ksur tiġi ostakolata bit-tressiq ta’ proċeduri li l-Kummissjoni ma jkollhiex kontroll fuq l-iżvolġiment tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 144). |
|
363 |
B’hekk, l-Artikolu 25(6) tar-Regolament Nru 1/2003 jikkonċerna każijiet li fihom in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ma jkunx il-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ diliġenza min-naħa tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il‑Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, EU:C:2002:582, punt 144). |
|
364 |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 huwiex ivvizzjat bl-illegalità allegata mir-rikorrenti, għandu jiġi rrilevat li l-preskrizzjoni, billi tipprekludi li sitwazzjonijiet ikkonsolidati bil-mogħdija taż-żmien jiġu kkontestati b’mod indefinit, hija intiża li ssaħħaħ iċ-ċertezza legali, iżda tista’ tippermetti wkoll il-konsolidazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li kienu, minn tal-inqas inizjalment, kuntrarji għal-liġi (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2005, Sumitomo Chemical u Sumika Fine Chemicals vs Il‑Kummissjoni, T‑22/02 u T‑23/02, EU:T:2005:349, punt 82). |
|
365 |
Sabiex tiġi kkompletata l-analiżi, għandu jitfakkar li l-individwi li jilmentaw dwar proċedura ta’ tul irraġonevoli jistgħu jikkontestaw dan it-tul billi jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni adottata fi tmiem din il-proċedura, liema annullament huwa rriżervat għas-sitwazzjonijiet fejn il-qbiż ta’ żmien raġonevoli jkun ostakola l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża, jew, meta l-qbiż ta’ żmien raġonevoli ma jagħtix lok għal ksur tad-drittijiet tad-difiża, billi jippreżentaw rikors għad-danni quddiem il-qorti tal-Unjoni. |
|
366 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li, meta evalwa l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fil-kuntest tas-sistema ta’ preskrizzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa sistema li tinkludi miżuri li ma humiex neċessarji jew anki utli, jew miżuri li jistgħu jiġu ssostitwiti b’miżuri oħra daqstant effikaċi sabiex jiġu protetti l-impriżi li jistgħu jkunu kkonċernati, mingħajr ma tiġi ostakolata, sa punt tali li ma jkunx jista’ jiġi aċċettat, l-effettività tal-investigazzjonijiet jew tal-proċeduri. |
|
367 |
Għaldaqstant, is-sitt motiv għandu jiġi miċħud u, għaldaqstant, għandu jiġi miċħud ukoll l-ewwel kap tat-talbiet intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. |
B. Fuq it‑talbiet, imressqa b’mod sussidjarju, għat‑tnaqqis tal‑ammont tal‑multa imposta
[omissis]
1. Fuq it‑tmien motiv, ibbażat l‑illegalità taż‑żieda tal‑ammont tal‑multa minħabba r‑reċidiva
[omissis]
a) Fuq l‑ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tad‑drittijiet tad‑difiża fit‑teħid inkunsiderazzjoni tar‑reċidiva
|
535 |
Ir-rikorrenti ssostni li hija illegali ż-żieda ta’ 50 % tal-ammont bażiku tal-multa, li l-Kummissjoni applikat minħabba r-reċidiva, peress li hija ma ngħatatx l-opportunità tippreżenta osservazzjonijiet fuq dan il-punt matul il-proċedura amministrattiva, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha. |
|
536 |
B’mod iktar preċiż, il-Kummissjoni ma indikatx l-intenzjoni tagħha li tikkunsidra din iċ-ċirkustanza aggravanti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li kienet tinkludi biss:
|
|
537 |
Ir-rikorrenti ssostni li ebda indikazzjoni addizzjonali ma ġiet ipprovduta sussegwentement, filwaqt li l-Kummissjoni kellha diversi okkażjonijiet sabiex tinforma dwar dan il-punt lill-impriżi kkonċernati, inkluż lir-rikorrenti, b’mod partikolari fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali, fl-ittra tal‑15 ta’ Diċembru 2017 li tħabbar it-tkomplija tal-proċedura, fit-talbiet għal informazzjoni li segwew, fis-seduta ta’ smigħ tat‑23 ta’ April 2018 kif ukoll fil-laqgħa tal‑21 ta’ Ġunju 2019, imsemmija fil-punt 27 iktar ’il fuq, li nżammet mad-dipartimenti tal-Kummissjoni. |
|
538 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni tattribwixxi lil persuna ġuridika ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni u tkun qiegħda tikkonsidra li tinvoka kontriha, f’dan il-kuntest, ir-reċidiva bħala ċirkustanza aggravanti, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li hija tibgħat lil din il-persuna għandha tinkludi l-elementi kollha li jippermettu lil din tal-aħħar tiżgura d-difiża tagħha, b’mod partikolari dawk li jistgħu jiġġustifikaw li l-kundizzjonijiet tar-reċidiva jkunu ssodisfatti fil-każ ineżami (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Marzu 2015, Il‑Kummissjoni et vs Versalis et, C‑93/13 P u C‑123/13 P, EU:C:2015:150, punt 96). |
|
539 |
F’dan is-sens, il-Kummissjoni impenjat ruħha, fil-punt 84 tal-Avviż tagħha dwar l-aħjar prattiċi għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE (ĠU 2011, C 308, p. 6), li ssemmi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, “b’mod preċiż biżżejjed”, l-elementi li jistgħu jikkostitwixxu ċirkustanzi aggravanti. |
|
540 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-reċidiva għandha tiġi analizzata fis-sens li tikkostitwixxi ċirkustanza li jista’ jkollha din in-natura aggravanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑11 ta’ Marzu 1999, Thyssen Stahl vs Il‑Kummissjoni, T‑141/94, EU:T:1999:48, punt 618, u tal‑11 ta’ Marzu 1999, Unimétal vs Il‑Kummissjoni, T‑145/94, EU:T:1999:49, punt 585). |
|
541 |
L-obbligu deskritt fil-punti 538 sa 540 iktar ’il fuq jirriżulta mill-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża, obbligu li huwa s-suġġett ta’ prinċipju ġenerali li jipprovdi li, f’kull proċedura li tista’ twassal għal sanzjonijiet, b’mod partikolari għal multi jew għal pagamenti ta’ penalità, l-impriżi u l-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati għandhom jingħataw l-opportunità, sa mill-proċedura amministrattiva, li jippreżentaw b’mod utli l-pożizzjoni tagħhom dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti, tal-ilmenti u taċ-ċirkustanzi allegati kontrihom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Marzu 2002, LR AF 1998 vs Il‑Kummissjoni, T‑23/99, EU:T:2002:75, punt 189 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
542 |
Meta tistħarreġ jekk il-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża ġiex osservat, il-qorti tal-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża sabiex tiżgura li l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur jew ċirkustanza partikolari kienet prevedibbli biżżejjed, f’għajnejn l-impriża kkonċernata, sabiex ikun jista’ jitqies li din tal-aħħar kienet tqiegħdet f’pożizzjoni li tifformula l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-punt ikkunsidrat. |
|
543 |
F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, tas‑26 ta’ Marzu 2002, indikat, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna bin-numru 2, li r-rikorrenti kienet preċedentement ikkonċernata minn deċiżjoni li tistabbilixxi li hija kienet wettqet ksur serju tar-regoli tal-kompetizzjoni u li imponiet fuqha, abbażi ta’ dan, sanzjoni partikolari. |
|
544 |
Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet tindika li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni timponi multa fuq l-impriżi destinatarji, fosthom ir-rikorrenti, billi tieħu inkunsiderazzjoni diversi elementi. |
|
545 |
B’hekk, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indikat, fil-premessa 314, li, sabiex tiddetermina l-ammont tal-multi, il-Kummissjoni kienet ser tikkunsidra ċ-ċirkustanzi tal-każ u, b’mod partikolari, il-gravità u t-tul tal-ksur, filwaqt li fakkret li ftehim jew prattika miftiehma bħalma huwa kartell ta’ prezzijiet u ta’ tqassim tas-swieq kienu jikkostitwixxu ksur gravi ħafna tad-dritt tal-Unjoni. |
|
546 |
Fil-premessa 314 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni ħabbret ukoll l-intenzjoni tagħha li l-ammont tal-multa li kienet ser tiġi imposta fuq kull impriża jirrifletti ċ-ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti li jistgħu jiġu kkunsidrati fir-rigward tagħha, peress li dan l-ammont għandu jiġi ffissat f’livell li jiżgura effett dissważiv suffiċjenti. |
|
547 |
Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti, fl-ittra tagħha tal‑15 ta’ Diċembru 2017 li tħabbar it-tkomplija tal-proċedura amministrattiva, li, fid-deċiżjoni li hija kienet ser tieħu fi tmiem il-proċedura, hija kienet ser tibbaża ruħha fuq l-oġġezzjonijiet li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li kienet tat lok għall-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet tal‑2002 u tal‑2009. |
|
548 |
Issa, ir-reċidiva kienet ġiet ikkunsidrata, f’dawn id-deċiżjonijiet, għall-kalkolu tal-ammont tal-multa tar-rikorrenti, abbażi taċ-ċirkustanzi aggravanti. |
|
549 |
Sa fejn huwa neċessarju, għandu jingħad ukoll li, fl-ittra tal‑15 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni insistiet fuq il-fatt li, matul is-seduta ta’ smigħ, l-impriżi kkonċernati setgħu jiddiskutu fid-dettall u mingħajr limiti l-aspetti kollha tal-każ ineżami, u b’hekk ħalliet miftuħa l-possibbiltà għar-rikorrenti, bħala impriża kkonċernata, li tindika, jekk ikun il-każ, kif hija kienet tqis li r-reċidiva ma setgħetx tiġi kkunsidrata kontriha bħala ċirkustanzi aggravanti. |
|
550 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi rrilevat, wara eżami li jirrigwarda ċ-ċirkustanzi kollha tal-proċess, li, f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet kienu ssodisfatti, minn naħa, sabiex tkun suffiċjentement prevedibbli l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni, minħabba r-reċidiva, id-deċiżjoni ta’ sanzjoni preċedentement indirizzata lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, sabiex din tal-aħħar ikollha l-opportunità tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar dan il-punt. |
|
551 |
Għaldaqstant, l-ilment għandu jiġi miċħud. |
b) Fuq it‑tieni lment, dwar iż‑żmien li għadda bejn iż‑żewġ każijiet ta’ ksur meħuda inkunsiderazzjoni
|
552 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-perijodu ta’ żmien utli għall-evalwazzjoni tar-reċidiva, jiġifieri ż-żmien li għadda bejn il-konstatazzjoni tal-ewwel ksur u l-mument li fih l-impriża kkonċernata bdiet l-aġir illegali l-ġdid, kien, f’dan il-każ, ta’ disa’ snin, peress li l-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju kienet tmur lura għall‑1998, u mhux għall‑1993 kif ikkunsidrat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata. Issa, tali perijodu ta’ żmien huwa eċċessiv sabiex tinżamm ir-reċidiva. |
|
553 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minn perspettiva ta’ dissważjoni, ir-reċidiva hija ċirkustanza li tiġġustifika, skont il-ġurisprudenza, żieda kunsiderevoli tal-ammont bażiku tal-multa. Fil-fatt, din tikkostitwixxi l-prova li s-sanzjoni imposta qabel ma kinitx dissważiva biżżejjed (ara s-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2008, BPB vs Il‑Kummissjoni, T‑53/03, EU:T:2008:254, punt 398 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
554 |
Fir-rigward taż-żmien li għadda bejn iż-żewġ każijiet ta’ ksur, la r-Regolament Nru 1/2003 u lanqas il-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skond l-artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171, iktar ’il quddiem il-“Linji gwida tal‑1998”) ma jipprevedu perijodu ta’ żmien massimu għat-teħid inkunsiderazzjoni tar-reċidiva u ġie deċiż li l-assenza ta’ tali perijodu ma tmurx kontra, fiha nnifisha, il-prinċipju ta’ ċertezza legali (sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 2010, Lafarge vs Il‑Kummissjoni, C‑413/08 P, EU:C:2010:346, punti 66 u 67). |
|
555 |
Madankollu, għalkemm ebda terminu ta’ preskrizzjoni ma jipprekludi l-konstatazzjoni ta’ stat ta’ reċidiva, xorta jibqa’ l-fatt li, sabiex tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-Kummissjoni ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni deċiżjoni jew deċiżjonijiet preċedenti li jissanzjonaw impriża mingħajr limitazzjoni ratione temporis (sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 2010, Lafarge vs Il‑Kummissjoni, C‑413/08 P, EU:C:2010:346, punt 70). |
|
556 |
B’hekk, il-qorti tal-Unjoni għandha tivverifika jekk, fid-dawl tal-fatti ineżami, iż-żieda tal-ammont tal-multa minħabba r-reċidiva hijiex iġġustifikata, b’mod partikolari sa fejn ir-reċidiva tiżvela t-tendenza tal-impriża kkonċernata li ma timxix mar-regoli tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari fid-dawl taż-żmien qasir li jkun għadda bejn il-ksur preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni u l-ksur inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 2010, Lafarge vs Il‑Kummissjoni, C‑413/08 P, EU:C:2010:346, punt 70). |
|
557 |
F’dan il-każ, fid-dawl taċ-ċaħda tas-seba’ motiv, li fih ir-rikorrenti kkontestat il-provi miġbura mill-Kummissjoni sabiex turi li hija kienet ipparteċipat fil-ksur mill‑1 ta’ April 1993, il-perijodu ta’ żmien bejn iż-żewġ każijiet ta’ ksur kien ta’ tliet snin u tmien xhur, u mhux ta’ disa’ snin, kif hija tallega. |
|
558 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza, perijodu ta’ żmien ta’ ftit inqas minn għaxar snin li jissepara żewġ każijiet ta’ ksur jista’ jitqies li huwa relattivament qasir u għalhekk jixhed it-tendenza ta’ impriża li ma tislitx il-konsegwenzi xierqa minn konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni magħmula fir-rigward tagħha (sentenza tat‑8 ta’ Frar 2007, Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni, C‑3/06 P, EU:C:2007:88, punt 40). |
|
559 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni setgħet ġustament tqis li żieda fl-ammont bażiku tal-multa minħabba r-reċidiva kienet iġġustifikata f’dan il-każ, fid-dawl tat-tendenza tar-rikorrenti li tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, kif jixhed il-ftit żmien li għadda bejn iż-żewġ każijiet ta’ ksur inkwistjoni, jiġifieri tliet snin u tmien xhur. [omissis] |
|
564 |
Għaldaqstant, l-ilment għandu jiġi miċħud. |
c) Fuq it‑tielet ilment, dwar iż‑żmien li għadda bejn il‑każijiet ta’ ksur ikkunsidrati u l‑adozzjoni tad‑deċiżjoni kkontestata
|
565 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, fl-eżami tal-ilment preċedenti, il-Qorti Ġenerali kellha tevalwa ż-żmien li għadda bejn iż-żewġ każijiet ta’ ksur li ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni minħabba r-reċidiva. |
|
566 |
Fit-tielet ilment, ir-rikorrenti tistieden lill-qorti tal-Unjoni tevalwa, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, perijodu ta’ żmien ieħor, jiġifieri dak li għadda bejn, minn naħa, il-każijiet ta’ ksur ikkunsidrati għat-teħid inkunsiderazzjoni tar-reċidiva u, min-naħa l-oħra, l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li fiha hija żiedet l-ammont bażiku tal-multa minħabba r-reċidiva. |
|
567 |
Skont ir-rikorrenti, peress li dan il-perijodu ta’ żmien huwa eċċessivament twil, ir-reċidiva ma tistax tipproduċi effett dissważiv u għalhekk ma tistax tissodisfa l-għan tagħha, b’tali mod li l-Kummissjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tieħu inkunsiderazzjoni, f’dan il-każ, ir-reċidiva. |
|
568 |
Insostenn tal-pożizzjoni tagħha, ir-rikorrenti tenfasizza ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ ineżami fejn, minħabba l-annullament tad-Deċiżjonijiet tal‑2002 u tal‑2009, il-Kummissjoni, minħabba r-reċidiva, ħadet inkunsiderazzjoni aġir li beda fl‑1985, jiġifieri 34 sena qabel, u li ġie kkonstatat fl‑1989, jiġifieri 30 sena qabel, għall-ewwel ksur, sabiex tissanzjona aġir li ntemm fl‑2000, jiġifieri 19-il sena qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
569 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-atti tal-istituzzjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq, bil-kundizzjoni li, meta jkun hemm għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintuża l-miżura l-inqas oneruża u bil-kundizzjoni li l-inkonvenjenti kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet mixtieqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et, C‑331/88, EU:C:1990:391, punt 13, u tal‑14 ta’ Lulju 2005, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, C‑180/00, EU:C:2005:451, punt 103). |
|
570 |
F’dak li jirrigwarda r-reċidiva, il-ġurisprudenza teħtieġ li l-Kummissjoni, sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa, tiżgura n-natura dissważiva tal-azzjoni tagħha. Issa, mezz sabiex jiġi ggarantit dan l-effett dissważiv huwa li tiġi applikata r-reċidiva billi jiżdied l-ammont tal-multa. B’hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tar-reċidiva huwa intiż li jinkoraġġixxi lill-impriżi li jkollhom manifestament it-tendenza li ma jimxux mar-regoli tal-kompetizzjoni sabiex jibdlu l-aġir tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2011, Shell Petroleum et vs Il‑Kummissjoni, T‑38/07, EU:T:2011:355, punt 98 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
571 |
Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 553 iktar ’il fuq, ir-reċidiva hija ċirkustanza li tiġġustifika żieda kunsiderevoli tal-ammont bażiku tal-multa peress li tikkostitwixxi l-prova li s-sanzjoni imposta preċedentement ma kinitx dissważiva biżżejjed. |
|
572 |
Kif ġie indikat fil-punt 555 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta minn eventwali terminu ta’ preskrizzjoni sabiex tikkonstata r-reċidiva. Madankollu, hija ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni deċiżjoni jew deċiżjonijiet preċedenti li jissanzjonaw impriża mingħajr limitazzjoni ratione temporis. |
|
573 |
Il-konstatazzjoni u l-evalwazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tar-reċidiva jagħmlu parti mis-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni u din tista’, f’kull każ, meta tiffissa rata ta’ żieda fir-rigward tar-reċidiva, tieħu inkunsiderazzjoni l-indizji li jkunu tali li jikkonfermaw it-tendenza ta’ impriża li ma timxix mar-regoli tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2011, Shell Petroleum et vs Il‑Kummissjoni, T‑38/07, EU:T:2011:355, punt 98). |
|
574 |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li kkunsidrat, f’dan il-każ, ir-reċidiva fir-rigward tal-perijodu ta’ żmien li għadda bejn l-ewwel każ jew każijiet ta’ ksur ikkonstatati u dak issanzjonat fid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, huwa dan l-element li huwa xhieda tat-tendenza tal-impriża li ma timxix mar-regoli tal-kompetizzjoni u li jiġġustifika, għalhekk, ir-rieda li l-aġir ta’ din l-impriża jiġi ggwidat lejn l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑25 ta’ Ottubru 2005, Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni, T‑38/02, EU:T:2005:367, punt 354, u tat‑13 ta’ Diċembru 2012, Versalis u Eni vs Il‑Kummissjoni, T‑103/08, mhux ippubblikata, EU:T:2012:686, punt 266). |
|
575 |
Issa, kif ġie indikat fil-punt 557 iktar ’il fuq, il-perijodu ta’ żmien rilevanti kien qasir, peress li kien ta’ tliet snin u tmien xhur. Peress li t-tendenza tar-rikorrenti li ma timxix mar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni kienet stabbilita, il-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata b’mod validu talli tat lid-deċiżjoni kkontestata effett dissważiv, u dan minkejja l-fatt li l-investigazzjoni damet ċertu żmien minħabba l-inċertezzi ġudizzjarji li ltaqgħat magħhom. |
|
576 |
Ir-rikorrenti ssostni madankollu li, minħabba l-anzjanità tal-każijiet ta’ ksur, id-deċiżjoni kkontestata ma setax ikollha iktar effett dissważiv meta ġiet adottata. Barra minn hekk, hija ssostni li hija naqset milli twettaq kull ksur b’effett mis-sena 2000. |
|
577 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif ġie indikat fil-punti 298 sa 300 iktar ’il fuq, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li t-theddida ta’ sanzjoni li kienet qiegħda taffaċċja r-rikorrenti matul l-investigazzjoni kollha u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni f’żewġ okkażjonijiet seta’ kellhom ċertu effett dissważiv, dan ma jipprekludix li tkun is-sanzjoni, jiġifieri l-fatt li titħallas il-multa imposta mill-Kummissjoni, kif miżjuda minħabba r-reċidiva, li tiddiswadi effettivament impriża milli terġa’ tkun ħatja ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. |
|
578 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta, permezz tat-teħid inkunsiderazzjoni tar-reċidiva, żgurat li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata tkun suffiċjentement dissważiva. |
|
579 |
Għar-raġunijiet kollha esposti, l-ilment għandu jiġi miċħud. [omissis] |
2. Konklużjoni fuq it‑talba għat‑tnaqqis tal‑multa
|
645 |
Peress li d-deċiżjoni kkontestata ma hija vvizzjata b’ebda illegalità jew irregolarità (ara l-punti 530, 606 u 643 iktar ’il fuq), it-talbiet għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa ma jistgħux jintlaqgħu sa fejn huma intiżi li jitolbu lill-Qorti Ġenerali tislet il-konsegwenzi tal-imsemmija illegalitajiet jew irregolaritajiet fuq l-ammont tal-multa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, Orange Polska vs Il‑Kummissjoni, T‑486/11, EU:T:2015:1002, punt 226). |
|
646 |
Madankollu, meta teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha prevista fl-Artikolu 261 TFUE u fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, il-qorti tal-Unjoni hija awtorizzata, lil hinn minn sempliċi stħarriġ tal-legalità, li jippermetti biss li r-rikors għal annullament jiġi miċħud jew li l-att ikkontestat jiġi annullat (kompletament jew parzjalment), tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha sabiex, jekk ikun il-każ, tibdel l-ammont tas-sanzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑3 ta’ Settembru 2009, Prym u Prym Consumer vs Il‑Kummissjoni, C‑534/07 P, EU:C:2009:505, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑10 ta’ Novembru 2021, Google u Alphabet vs Il‑Kummissjoni (Google Shopping), T‑612/17, taħt appell, EU:T:2021:763, punt 605). |
|
647 |
Fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-qorti tal-Unjoni tista’ tħassar, tnaqqas jew anki żżid il-multa imposta (ara s-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Siemens et vs Il‑Kummissjoni, C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:866, punt 334 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
648 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tal-Unjoni tista’ wkoll, jekk ikun il-każ, tagħmel evalwazzjonijiet differenti minn dawk magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa imposta (ara s-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2016, Galp Energía España et vs Il‑Kummissjoni, C‑603/13 P, EU:C:2016:38, punt 75). |
|
649 |
B’hekk, għandu jiġi eżaminat, fid-dawl tal-elementi kollha fil-proċess, b’mod partikolari dawk imressqa mir-rikorrenti, jekk hemmx lok li l-Qorti Ġenerali, bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tibdel l-ammont tal-multa stabbilit mill-Kummissjoni għar-raġuni li dan tal-aħħar ma huwiex xieraq (sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, Orange Polska vs Il‑Kummissjoni, T‑486/11, EU:T:2015:1002, punt 227). |
|
650 |
Issa, filwaqt li tikkontesta l-proporzjonalità tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti indikat li, fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, kien imissha għalqet il-proċedura jew, minn tal-inqas, kemm-il darba kellha l-intenzjoni tadotta deċiżjoni, ma kienx imissha imponiet multa fuqha. |
|
651 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, mingħajr ma kkonstatat ksur ta’ żmien raġonevoli u lanqas ksur tad-drittijiet tad-difiża, tat lir-rikorrenti tnaqqis tal-ammont tal-multa, li hija ġġustifikat bil-mod segwenti:
|
|
652 |
Minn dan jirriżulta li, sabiex tat it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, il-Kummissjoni bbażat ruħha, essenzjalment, fuq l-elementi segwenti:
|
|
653 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni, fil-premessi ċċitati fil-punt 651 iktar ’il fuq, tuża diversi drabi termini li jagħtu l-impressjoni li, bl-għoti tat-tnaqqis tal-ammont tal-multa inkwistjoni, hija kellha l-intenzjoni li “ttaffi” jew “tirrimedja” l-“effetti dannużi”, jiġifieri dannu li seta’ ġie kkawżat minn “żbalji” imputabbli lilha. |
|
654 |
Għalkemm tali termini huma ġeneralment assoċjati ma’ proċeduri ta’ natura kumpensatorja, mid-deċiżjoni kkontestata ma jirriżultax li, bl-għoti tat-tnaqqis tal-ammont tal-multa inkwistjoni, l-intenzjoni tal-Kummissjoni kienet li tagħti kumpens għal dannu kkawżat minn aġir illegali. Il-Kummissjoni mkien fl-imsemmija deċiżjoni ma tirrikonoxxi li hija adottat aġir illegali, pereżempju billi qabżet żmien raġonevoli tal-proċedura jew billi kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. F’diversi siltiet ta’ din id-deċiżjoni, hija għall-kuntrarju tirreferi għall-ġurisprudenza li tipprovdi li r-rimedju, fil-każ ta’ lment dwar it-tul tal-proċedura, għandu jinstab fil-kuntest ta’ rikors għad-danni (premessi 568 u 578). |
|
655 |
Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn id-diversi elementi, li t-tnaqqis tal-ammont tal-multa inkwistjoni mogħti mill-Kummissjoni ma kienx intiż sabiex din tal-aħħar tirrimedja aġir illegali, iżda sempliċement sabiex tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa mogħtija lilha fir-rigward tal-impożizzjoni tas-sanzjonijiet b’mod partikolari bis-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2009, Archer Daniels Midland vs Il‑Kummissjoni (C‑510/06 P, EU:C:2009:166, punt 82) (ara l-punt 651 iktar ’il fuq). |
|
656 |
Fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali tqis li, f’dan il-każ, il-multa ma tistax titneħħa, minħabba, b’mod partikolari, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni għall-ksur partikolarment serju u ta’ tul sinjifikattivament twil ikkonstatat fil-konfront tar-rikorrenti. |
|
657 |
Madankollu, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-multa ma ġietx imposta fuq ir-rikorrenti fi ftit snin wara t-twettiq tal-aħħar aġir antikompetittiv ikkonstatat mill-Kummissjoni, iżda ġiet imposta kważi 20 snin wara. |
|
658 |
F’dan ir-rigward, f’dan il-każ, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-multa, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, fost iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, in-natura dissważiva tagħha. |
|
659 |
Fil-fatt, it-teħid inkunsiderazzjoni tan-natura dissważiva huwa intiż li jiġi żgurat li l-ammont tal-multa jinkoraġġixxi, b’mod suffiċjenti, lill-impriża kkonċernata u, b’mod ġenerali, lill-operaturi ekonomiċi kollha, josservaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (ara s-sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 2010, Lafarge vs Il‑Kummissjoni, C‑413/08 P, EU:C:2010:346, punt 102). |
|
660 |
F’dan il-każ, l-għan ta’ dissważjoni diġà ġie implimentat fir-rigward tar-rikorrenti, fi kwalunkwe każ parzjalment, minn naħa, permezz tas-sanzjoni li ġiet imposta fuqha fid-Deċiżjoni tal‑2002, imbagħad f’dik tal‑2009, kif ukoll, min-naħa l-oħra, mill-perspettiva li din is-sanzjoni tista’ tinżamm fi tmiem il-proċedura, jekk l-azzjonijiet ġudizzjarji mressqa mir-rikorrenti kontra dawn id-deċiżjonijiet jiġu miċħuda jew jekk, fil-każ li jiġu annullati l-imsemmija deċiżjonijiet, tiġi adottata deċiżjoni ġdida li timponi mill-ġdid sanzjoni (ara l-punt 299 iktar ’il fuq). |
|
661 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa, li, fid-dawl taż-żmien li għadda bejn l-aħħar aġir antikompetittiv u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-iffissar tal-ammont tal-multa f’livell inqas mill-ammont bażiku ta’ EUR 2.975 miljuni ddeterminat mill-Kummissjoni, fl-imsemmija deċiżjoni, b’applikazzjoni tal-Linji ta’ gwida tal‑1998, li jistgħu jservu ta’ gwida għall-qrati tal-Unjoni meta jeżerċitaw l-imsemmija ġurisdizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 80), jirriżulta li huwa suffiċjenti, f’dan il-każ, sabiex jipproduċi l-effett dissważiv mixtieq. |
|
662 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, tnaqqis ta’ 50 % tal-ammont tal-multa minħabba ż-żmien li għadda bejn l-aħħar aġir antikompetittiv u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata huwa xieraq. |
|
663 |
Bħala konklużjoni:
[omissis] |
|
Għal dawn ir-raġunijiet, IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla Estiża) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Gervasoni Madise Nihoul Frendo Martín y Pérez de Nanclares Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid‑9 ta’ Novembru 2022. Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.
( 1 ) Qegħdin jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-pubblikazzjoni tagħhom tqieset li hija utli mill-Qorti Ġenerali.