<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-480/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0480</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:480">EU:C:2018:480</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180621">21.6.2018</DATE> – Kawża C-480/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Fidelity Funds <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni tad-dividendi mħallsa lill-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)</KEYWORD><KEYWORD>Dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS mhux residenti</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru lil UCITS residenti</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Koerenza tas-sistema fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑480/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160831">31 ta’ Awwissu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20160905">5 ta’ Settembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fidelity Funds,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fidelity Investment Funds,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fidelity Institutional Funds</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Skatteministeriet,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">NN (L) SICAV,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, E. Levits (Relatur), A. Borg Barthet, M. Berger, u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20171005">5 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Fidelity Funds, Fidelity Investment Funds u Fidelity Institutional Funds, minn P. Farmer, barrister, u J. Skaadstrup Andersen, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għal NN (L) SICAV, minn E. Vistisen, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Thorning u J. Nymann‑Lindegren, bħala aġenti, assistiti minn S. Horsbøl Jensen, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, B. Koopman u J. Langer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u R. Lyal, bħala aġenti, assistiti minn H. Peytz, avocat,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 56 TFUE u 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, Fidelity Funds, Fidelity Investment Funds u Fidelity Institutional Funds, u, min-naħa l-oħra, l-iSkatteministeriet (il-Ministeru għat-Taxxa, id-Danimarka) dwar talbiet għal rimbors ta’ taxxi f’ras il-għajn miżmuma fuq id-dividendi mħallsa lilhom minn kumpanniji residenti fid-Danimarka bejn is-sena 2000 u s-sena 2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139), kellha l-għan, skont ir-raba’ premessa tagħha, li tistabbilixxi regoli bażiċi komuni għall-awtorizzazzjoni, is-sorveljanza, l-istruttura u l-attivitajiet tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) li jinsabu fl-Istati Membri u għall-informazzjoni li huma għandhom jippubblikaw. Id-Direttiva 85/611 ġiet emendata diversi drabi qabel ma tħassret, b’effett mill-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, bid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 302, p. 32</REF.DOC.OJ>), li fasslitha mill-ġdid.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(5)(a) tal-lov om indkomstbeskatning af aktieselskaber m.v. (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji) jipprevedi li l-UCITS li huma fiskalment residenti fid-Danimarka huma suġġetti għat-taxxa fid-Danimarka, filwaqt li l-Artikolu 1(6) ta’ din il-liġi jirrigwarda t-tassazzjoni tal-fondi li<?PAGE NO="3"?> jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 C tal-lov om påligningen af indkomstskatk til staten (il-Liġi dwar il-Bażi tal‑Kontribuzzjonijiet, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ligningslov<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u li huma residenti fid-Danimarka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(c) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji jipprovdi li l-UCITS u l-fondi l-oħra ta’ investiment li ma għandhomx ir-residenza fiskali tagħhom fid-Danimarka huma suġġetti għat-taxxa fuq id-dividendi ddistribwiti lilhom minn kumpanniji residenti fid-Danimarka, filwaqt li dan l-obbligu fiskali limitat jirrigwarda biss dħul li joriġina mid-Danimarka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65(1) tal-kildeskatteloven (il-Liġi dwar it-Taxxa f’Ras il-Għajn), kull deċiżjoni ta’ distribuzzjoni ta’ dividendi minn kumpannija residenti fid-Danimarka għandha tipprevedi li għandha tinżamm taxxa f’ras il-għajn ta’ ċertu perċentwali tat-total iddistribwit, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja. Ir-rata tat-taxxa f’ras il-għajn kienet stabbilita għal 25 % għas-sensa 2000 iżda żdiedet għal 28 % bejn is-sena 2001 u s-sena 2009,</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni Daniża, ir-rata tat-taxxa f’ras il-għajn għandha titnaqqas għal 15 % meta l-awtoritajiet tal-Istat ta’ residenza tal-UCITS ikkonċernata huma obbligati jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet Daniżi abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja, ta’ xi konvenzjoni internazzjonali oħra jew ta’ ftehim amministrattiv ta’ assistenza fil-qasam fiskali. Għall-persuni taxxabbli residenti fl-Unjoni Ewropea, it-tassazzjoni finali ma għandhiex, fil-prattika, taqbeż il-15 %, skont din id-dispożizzjoni. It-tassazzjoni tista’, barra minn hekk, titnaqqas iktar abbażi tal-ftehimiet fiskali konklużi bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Istat ta’ residenza tal-UCITS ikkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar it-Taxxa f’Ras il-Għajn hija applikabbli għall-UCITS stabbiliti fid-Danimarka, li huma għalhekk, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, suġġetti għal din il-leġiżlazzjoni dwar it-tassazzjoni tad-dividendi. Madankollu, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 65(8) ta’ din il-liġi jirriżulta li l-Ministru għat-Taxxa jista’ jadotta regoli li jipprevedu li d-distribuzzjonijiet ta’ dividendi lil fondi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 C tal-ligningslov (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>fondi tal-Artikolu 16 C<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) huma eżentati minn taxxa f’ras il-għajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Waqt l-adozzjoni tad-Digriet dwar it-Taxxa f’Ras il-Għajn, il-Ministru għat-Taxxa għamel użu minn din il-possibbiltà sabiex jeżenta l-fondi tal-Artikolu 16 C minn kull taxxa f’ras il-għajn. Fil-fatt, skont l-Artikolu 38 tad-Digriet dwar it-Taxxa f’Ras il-Għajn, kull UCITS tista’ tinħareġ ċertifikat ta’ eżenzjoni u tibbenefika mill-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi, bil-kundizzjoni, minn naħa, li tkun impriża li taqa’ taħt l-Artikolu 1(1)(6) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji, u għalhekk residenti fid-Danimarka, u, min-naħa l-oħra, li jkollha status ta’ fond tal-Artikolu 16 C. UCITS li hija residenti fid-Danimarka li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16 C tal-ligningslov ma hijiex eżentata mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 C tal-ligningslov jiddefinixxi xi tfisser l-espressjoni fondi tal-Artikolu 16 C.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>B’hekk, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ sal-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, sabiex UCITS tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala fond tal-Artikolu 16 C, jeħtieġ li hija tiddistribwixxi ammont minimu stipulat. Id-distribuzzjoni minima tikkostitwixxi l-valur taxxabbli tad-dħul tal-fond ikkonċernat fuq il-livell tad-detenturi ta’ ishma ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ determinazzjoni tad-distribuzzjoni minima huma ppreċiżati fl-Artikolu 16 C(2) sa (6) tal-ligningslov. Skont l-Artikolu 16 C(2), id-distribuzzjoni minima hija magħmula mis-somma tad-dħul u tal-ammonti netti rċevuti matul is-sena finanzjarja, somma li minnha jitnaqqsu t-telf u l-ispejjeż. L-Artikolu 16 C(3) tal-ligningslov jipprevedi li f’dan il-kakolu huma inklużi numru ta’ sorsi ta’ dħul elenkati f’dan l-artikolu, b’mod partikolari l-interessi, id-dividendi tal-azzjonijiet, il-prodotti ta’ kreditu u l-kuntratti finanzjarji kif ukoll il-qligħ kapitali fuq trasferiment ta’ azzjonijiet. Skont l-Artikolu 16 C(4) u (5) tal-ligningslov, il-fondi tal-Artikolu 16 C jistgħu jnaqqsu t-telf fiskalment ammissibbli kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tal-Liġi Nru 407 tal-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE> u b’effett minn din id-data, ma baqax mitlub li UCITS għandha effettivament tipproċedi b’distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma tagħha sabiex tkun tista’ tibbenefika mill-istatus ta’ fond tal-Artikolu 16 C. Il-benefiċċju ta’ dan l-istatus madankollu baqa’ dejjem suġġett għall-kundizzjoni li l-UCITS tipproċedi bl-iffissar ta’ distribuzzjoni minima, suġġetta għat-taxxa f’idejn id-detenturi ta’ ishma tagħha, permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn, miġbura minn din l-impriża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali huma UCITS, fis-sens tad-Direttiva 85/611, li għandhom is-sede tagħhom, rispettivament, fir-Renju Unit u fil-Lussemburgu. L-investimenti tagħhom f’kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka huma investimenti ta’ portafoll u ma jaqbżux l-10 % tal-kapital. Il-prodotti offruti mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali huma aċċessibbli għal klijenti residenti fid-Danimarka, iżda ma humiex kkumerċjalizzati b’mod attiv f’dan l-Istat Membru. Bl-istess mod, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ma talbux lill-awtoritajiet fiskali Daniżi sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istatus fiskali ta’ fond tal-Artikolu 16 C u lanqas adattaw l-istatuti tagħhom għar-regoli applikabbli għal dawn il-fondi sas-sena fiskali 2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ressqu quddiem il-qorti nazzjonali talbiet għal rimbors ta’ taxxi f’ras il-għajn miżmuma fuq distribuzzjonijiet ta’ dividendi ta’ kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka li huma rċevew bejn is-sena 2000 u s-sena 2009, billi sostnew li l-UCITS residenti fid-Danimarka jistgħu, b’differenza tal-UCITS mhux residenti f’dan l-Istat Membru, jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali tistabbilixxi żewġ kundizzjonijiet għall-eżenzjoni, jiġifieri li l-UCITS ikkonċernata tkun residenti fid-Danimarka u li hija tikkalkola u tiddikjara d-dħul tagħha skont il-leġiżlazzjoni fiskali Daniża. L-UCITS mhux residenti ma jistgħux, min-natura tagħhom, jissodisfaw l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet u huwa impossibbli għalihom, jew jekk le diffiċli ħafna, jissodisfaw it-tieni kundizzjoni, b’mod partikolari peress li dawn ma għandhom l-ebda inċentiv jagħmlu dan, peress li, minħabba l-ewwel kundizzjoni, dawn f’ebda każ ma jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jqisu li, anki jekk ma jissodisfawx it-tieni kundizzjoni dwar l-obbligu li jikkalkolaw u li jiddikjaraw distribuzzjoni minima skont il-leġiżlazzjoni Daniża, huma għandhom dritt għar-rimbors tat-taxxi miġbura f’ras il-għajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Ministeru għat-Taxxa ċertament jammetti li s-sistema Daniża għandha bħala effett li, f’ċerti każijiet, UCITS stabbiliti fid-Danimarka u UCITS stabbiliti fi Stat Membru ieħor huma suġġetti għal trattament fiskali differenti fir-rigward tad-dividendi rċevuti minn kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka. Madankollu, huwa tal-fehma li din ir-restrizzjoni hija ġġustifikata, minn naħa, min-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali u, min-naħa l-oħra, min-neċessità li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-partijiet fil-kawżi prinċipali jaqblu fuq il-fatt li din id-differenza fit-trattament fiskali tikkostitwixxix restrizzjoni għall-moviment liberu, iżda r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jsostnu li tali restrizzjoni ma tistax tkun iġġustifikata għar-raġunijiet mogħtija mill-Ministeru għat-Taxxa u li, f’kull każ, il-leġiżlazzjoni Daniża tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata tassazzjoni fid-Danimarka.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Sistema fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawż[i] prinċipali, li fil-kuntest tagħha impriżi ta’ investiment kollettiv koperti mid-Direttiva [85/611] li ma humiex Daniżi huma ntaxxati f’ras il-għajn fir rigward ta’ dividendi minn kumpanniji Daniżi, tmur kontra l Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) dwar il-moviment liberu ta’ kapital jew kontra l-Artikolu 49 KE (li sar l-Artikolu 56 TFUE) dwar il liberà li jiġu pprovduti servizzi, meta impriżi ta’ investiment kollettiv ekwivalenti Daniżi jistgħu jiksbu eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn, jew għaliex effettivament iwettqu distribuzzjoni minima lill-membri tagħhom bi skambju għaż-żamma tat-taxxa f’ras il-għajn, jew inkella għaliex teknikament tiġi kkalkolata distribuzzjoni minima li fir-rigward tagħha tinżamm it-taxxa f’ras il-għajn inkonnessjoni mal-membri tal-impriżi?<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali talbu, permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>, li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jsostnu, essenzjalment, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata dwar l-iskala u n-natura tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 C tal-ligningslov. Barra minn hekk, ir-riferiment, magħmul mill-Avukat Ġenerali, għall-fatt li ċerti UCITS mhux residenti tar-Renju tad-Danimarka applikaw distribuzzjonijiet minimi hija żbaljata fil-fatt u ċ-ċirkustanzi relatati ma’ tali UCITS ma ġewx indirizzati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu d-dmir li pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa jipproponi konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma hija marbuta la mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas mill-motivazzjoni li abbażi tagħha huwa jasal għal dawn il-konklużjonijiet (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170622">22 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:489">EU:C:2017:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jeħtieġ ukoll li jiġi mfakkar li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ta’ din tal-aħħar ma jipprevedux il-possibbiltà li l-partijiet ikkonċernati jissottomettu osservazzjonijiet b’risposta għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polbud – Wykonawstwo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:804">EU:C:2017:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ parti kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu xi jkunu d-domandi li huwa jeżamina fihom, fih innifsu ma jistax jikkostitwixxi raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polbud – Wykonawstwo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:804">EU:C:2017:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>King</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:914">EU:C:2017:914</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-argumenti dwar l-iskala u n-natura tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 C tal-ligningslov, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali qegħdin jippruvaw iwieġbu għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali billi jikkontestaw id-deskrizzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fid-Danimarka wara l-emenda li seħħet matul is-sena 2005, kif tirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, mill-fajl li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha u mill-informazzjoni pprovduta waqt is-seduta. Issa, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti jirriżulta li s-sottomissjoni ta’ tali osservazzjonijiet ma hijiex prevista mit-testi li jirregolaw il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari jekk hija tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed, jew meta waħda mill-partijiet tissottometti, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, tqis li hija għandha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju u li l-argumenti kollha meħtieġa sabiex tiġi deċiża l-kawża inkwistjoni, b’mod partikolari, il-possibbiltà, għal impriża mhux residenti fid-Danimarka, li tistabbilixxi distribuzzjoni minima skont il-leġiżlazzjoni Daniża u li tiġi kklassifikata bħala fond tal-Artikolu 16 C ġew indirizzati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 56 u 63 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li abbażi tagħha d-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti f’dan l-Istat Membru lil UCITS mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi ddistribwiti lil UCITS residenti f’dan l-istess Stat Membru huma eżentati mill-ħlas ta’ tali taxxa, bil-kundizzjoni li din l-impriża tipproċedi b’distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma tagħha, jew tikkalkola teknikament distribuzzjoni minima, u timponi taxxa fuq tali distribuzzjoni minima reali jew fittizja fuq id-detenturi ta’ ishma tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mid-deskrizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali mogħtija mill-qorti tar-rinviju, sabiex tkun tista’ tibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn, UCITS għandha, minn naħa, tkun residenti fid-Danimarka u, min-naħa l-oħra, ikollha l-istatus ta’ fond tal-Artikolu 16 C.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sabiex tikseb dan l-istatus, UCITS għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16 C tal-ligningslov u, b’mod partikolari, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l‑<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, timpenja ruħha tipproċedi b’distribuzzjoni minima u timponi fuq din id-distribuzzjoni taxxa f’ras il-għajn fuq id-detenturi ta’ ishma tagħha. Wara din id-data, ma huwiex iktar meħtieġ li effettivament issir distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma, iżda, sabiex tikkwalifika għall-imsemmi status, l-UCITS rilevanti għandha tikkalkola distribuzzjoni minima li hija intaxxata f’idejn id-detenturi ta’ ishma tagħha, permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn miżmuma minn din l-impriża. L-UCITS residenti fid-Danimarka li ma kisbux l-istatus ta’ fondi tal-Artikolu 16 C huma suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji residenti f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-fajl jirriżulta, fatt li ma ġiex ikkontestat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li, matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, biss l-UCITS residenti fid-Danimarka setgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn. Mill-ispjegazzjonijiet tal-Gvern Daniż u tal-partijiet fil-kawżi prinċipali jirriżulta li, għalkemm UCITS mhux residenti fid-Danimarka tista’ bħala prinċipju tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 16 C tal-ligningslov, hija ma tistax, minħabba l-kwalità tagħha ta’ impriża mhux residenti f’dan l-Istat Membru, tibbenefika mill-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji residenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-libertà inkwistjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li d-domanda preliminari hija magħmula kemm fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 63 TFUE, għandu jiġi ddeterminat, preliminarjament, jekk u, jekk ikun il-każ, sa fejn, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tistax taffettwa l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza ferm stabbilita jirriżulta li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni s-suġġett tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑35/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:707">EU:C:2012:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hervis Sport- és Divatkereskedelmi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:47">EU:C:2014:47</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tilwimiet fil-kawżi prinċipali jirrigwardaw it-talba għar-rimbors tat-taxxi f’ras il-għajn miżmuma fuq id-dividendi mħallsa lir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali minn kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka bejn is-sena 2000 u s-sena 2009, u l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-possibbiltà tal-eżenzjoni minn tali taxxa f’ras il-għajn biss lil UCITS residenti fid-Danimarka li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 C tal-ligningslov.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali għalhekk tirrigwarda t-trattament fiskali ta’ dividendi rċevuti mill-UCITS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jitqies li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali taqa’ taħt il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk jitqies li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali għandha l-effett li tipprojbixxi, tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-attivitajiet ta’ UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor minbarra r-Renju tad-Danimarka, fejn hija tipprovdi legalment servizzi simili, tali effetti huma l-konsegwenza inevitabbli tat-trattament fiskali applikabbli għad-dividendi mħallsa lil din l-UCITS mhux residenti fid-Danimarka u ma jiġġustifikawx eżami indipendenti fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Glaxo Wellcome</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:559">EU:C:2009:559</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata. Fil-fatt, din il-libertà tidher hawnhekk sekondarja meta mqabbla mal-moviment liberu tal-kapital u tista’ tiġi marbuta miegħu (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>NN (L) International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:356">EU:C:2016:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-investimenti tar-rikorrenti fil-kawżi prinċipali fid-Danimarka huma investimenti ta’ portafoll u qatt ma qabżu l-10 % tal-kapital ta’ kumpannija stabbilita fid-Danimarka, u huwa paċifiku li d-domanda preliminari ma tirrigwardax il-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa xieraq, għalhekk, li risposta għad-domanda preliminari tingħata b’rigward għall-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 63(1) TFUE, inkwantu restrizzjonijiet għall-movimenti tal-kapital, jinkludu dawk li huma ta’ natura li jiddisswadu lill-persuni mhux residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew li jiddisswadu lir-residenti tal-imsemmi Stat Membru milli jagħmlu dan fi Stati oħra (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l-UCITS residenti fid-Danimarka u dawk residenti fi Stat Membru ieħor huma suġġetti, f’dak li jirrigwarda d-dividendi ddistribwiti lilhom minn kumpanniji residenti fid-Danimarka, għal trattament iddifferenzjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dividendi ddistribwiti mill-kumpanniji residenti fid-Danimarka lill-UCITS mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn. Għall-kuntrarju, l-UCITS residenti fid-Danimarka jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq dawn id-dividendi, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16 tal-ligningslov.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Billi timponi taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi mħallsa lill-UCITS mhux residenti u billi tirriżerva biss lill-UCITS residenti l-possibbiltà li jiksbu l-eżenzjoni minn tali taxxa f’ras il-għajn, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tapplika trattament żvantaġġuż fir-rigward tad-dividendi mħallsa lill-UCITS mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Tali trattament żvantaġġuż jista’ jiddisswadi, minn naħa, lill-UCITS mhux residenti milli jagħmlu investimenti f’kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka u, min-naħa l-oħra, lill-investituri residenti fid-Danimarka milli jiksbu ishma f’tali impriżi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, ipprojbita, bħala prinċipju, mill-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65(1)(a) TFUE, l-Artikolu 63 TFUE madankollu ma jippreġudikax id-dritt li l-Istati Membri għandhom li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom li jagħmlu distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni fir-rigward tar-residenza tagħhom jew tal-post li fih il-kapital tagħhom huwa investit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Sa fejn tikkostitwixxi deroga mill-prinċipju fundamentali ta’ moviment liberu tal-kapital, din id-dispożizzjoni għandha tingħata interpretazzjoni stretta. Għaldaqstant, din ma tistax tiġi interpretata fis-sens li kull leġiżlazzjoni fiskali li tagħmel distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli skont il-post fejn ikunu residenti jew skont l-Istat Membru fejn jinvestu l-kapital tagħhom hija awtomatikament kompatibbli mat-Trattat FUE. Fil-fatt, id-deroga prevista fl-Artikolu 65(1)(a) TFUE hija fiha nnifisha limitata mill-Artikolu 65(3) TFUE, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 65(1) TFUE <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta’ kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63 [TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑190/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:249">EU:C:2014:249</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li d-differenzi fit-trattament permessi mill-Artikolu 65(1)(a) TFUE jiġu distinti mid-diskriminazzjonijiet ipprojbiti mill-Artikolu 65(3) TFUE. Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, jeħtieġ li d-differenza fit-trattament tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew li din id-differenza tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat jekk il-fatt li tiġi rriżervata lill-UCITS residenti fid-Danimarka l-possibbiltà li tinkiseb eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn huwiex iġġustifikat minn differenza oġġettiva tas-sitwazzjoni bejn l-UCITS residenti fid-Danimarka u l-UCITS mhux residenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, minn naħa, li l-komparabbiltà ta’ sitwazzjoni transkonfinali ma’ sitwazzjoni interna għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni kif ukoll tal-għan u tal-kontenut ta’ dawn tal-aħħar (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pensioenfonds Metaal en Techniek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑252/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:402">EU:C:2016:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huma biss il-kriterji ta’ distinzjoni rilevanti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni ta’ jekk id-differenza fit-trattament li tirriżulta minn tali leġiżlazzjoni tirriflettix differenza oġġettiva tas-sitwazzjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pensioenfonds Metaal en Techniek</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑252/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:402">EU:C:2016:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Daniż, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali għandha l-għan, minn naħa, li tiżgura ugwaljanza tal-piż fiskali fuq l-individwi li jinvestu f’kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka permezz ta’ UCITS u ta’ dak fuq l-individwi li jinvestu direttament f’kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka. Din il-leġiżlazzjoni b’hekk tipprevjeni tassazzjoni ekonomika doppja li sseħħ jekk id-dividendi kienu ntaxxati fil-livell tal-UCITS ikkonċernata u fil-livell tad-detenturi ta’ ishma tagħha. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija leġiżlazzjoni għandha l-għan li tiżgura li d-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji stabbiliti fid-Danimarka ma jaħarbux mis-setgħa ta’ tassazzjoni tar-Renju tad-Danimarka minħabba l-eżenzjoni tagħhom fil-livell tal-UCITS u jkunu effettivament suġġetti darba għas-setgħa ta’ tassazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel għan invokat mill-Gvern Daniż, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fir-rigward tal-miżuri stabbiliti minn Stat Membru sabiex jipprevjeni jew inaqqas is-sensiela ta’ taxxi jew it-taxxa ekonomika doppja fuq profitti ddistribwiti minn kumpannija residenti, il-kumpanniji benefiċjarji residenti mhux neċessarjament jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ kumpanniji benefiċjarji residenti fi Stat Membru ieħor (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:670">EU:C:2012:670</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, mill-mument meta Stat Membru, b’mod unilaterali jew permezz ta’ ftehim, jissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul mhux biss lill-kumpanniji residenti, iżda anki lill-kumpanniji mhux residenti, fir-rigward tad-dħul li huma jirċievu mingħand kumpannija residenti, is-sitwazzjoni tal-imsemmija kumpanniji mhux residenti toqrob lejn dik tal-kumpanniji residenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:670">EU:C:2012:670</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa s-sempliċi eżerċizzju minn dan l-istess Stat tal-kompetenza fiskali tiegħu li, indipendentement minn kull tassazzjoni fi Stat Membru ieħor, jagħti lok għal riskju ta’ sensiela ta’ taxxi jew ta’taxxa doppja ekonomika. F’tali każ, sabiex il-kumpanniji benefiċjarji mhux residenti ma jiġux issuġġettati għal restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital ipprojbita, bħala prinċipju, mill-Artikolu 63 TFUE, l-Istat ta’ residenza tal-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi għandu jiżgura li, fir-rigward tal-mekkaniżmu stabbilit mid-dritt nazzjonali tiegħu għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ sensiela ta’ taxxi jew ta’ taxxa ekonomika doppja, il-kumpanniji mhux residenti jiġu ssuġġettati għal trattament ekwivalenti għal dak li jibbenefikaw minnu l-kumpanniji residenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:670">EU:C:2012:670</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li r-Renju tad-Danimarka għażel li jeżerċita l-kompetenza fiskali tiegħu fuq id-dħul rċevut mill-UCITS mhux residenti, dawn jinsabu għalhekk f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-UCITS residenti fid-Danimarka f’dak li jirrigwarda r-riskju ta’ tassazzjoni ekonomika doppja tad-dividendi mħallsa mill-kumpanniji residenti fid-Danimarka (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:670">EU:C:2011:670</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>It-tieni għan invokat mill-Gvern Daniż jikkonsisti, essenzjalment, fix-xewqa li ma jirrinunzjax għal kull tassazzjoni tad-dividendi ddistribwiti mill-kumpanniji residenti fid-Danimarka, iżda li jiddifferixxi t-tassazzjoni tagħhom għal-livell tad-detenturi ta’ ishma tal-UCITS. Dan il-għan huwa implimentat billi huwa previst li, sabiex tibbenefika mill-istatus ta’ fond tal-Artikolu 16 C, u konsegwentement mill-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn, UCITS residenti fid-Danimarka għandha tiġbor taxxa f’ras il-għajn mingħand id-detenturi ta’ ishma tagħha fuq id-distribuzzjoni minima li ġiet effettivament imħallsa lilhom jew, wara l-emendi li saru matul is-sena 2005, fuq id-distribuzzjoni minima kkalkolata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 C tal-ligningslov.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka ma jistax, għall-kuntrarju, jissuġġetta lil UCITS mhux residenti għal tali obbligu li żżomm, fuq id-dividendi li din l-UCITS tiddistribwixxi, taxxa f’ras il-għajn, għall-benefiċċju ta’ dan l-Istat Membru. Tali UCITS taqa’ taħt is-setgħa ta’ tassazzjoni tar-Renju tad-Danimarka unikament minħabba d-dividendi rċevuti u li s-sors tagħhom jinsab f’dan l-Istat Membru u mhux, bħala prinċipju, fir-rigward tad-dividendi ddistribwiti minn din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-għan, tas-suġġett u tal-kontenut tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, din id-distinzjoni, li tirrifletti barra minn hekk id-differenza bejn impriża residenti fid-Danimarka u impriża mhux residenti, ma għandhiex titqies bħala deċiżiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm l-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali huwa li l-livell ta’ tassazzjoni jiġi mċaqlaq mill-vettura ta’ investiment lejn l-azzjonist ta’ din il-vettura, huma bħala prinċipju l-kundizzjonijiet materjali tas-setgħa ta’ tassazzjoni fuq id-dħul tal-azzjonisti li għandhom jitqiesu bħala deċiżivi, u mhux it-teknika ta’ tassazzjoni użata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Issa, UCITS mhux residenti jista’ jkollha detenturi ta’ ishma li għandhom ir-residenza fiskali tagħhom fid-Danimarka u li fuq id-dħul tagħhom dan l-Istat Membru jista’ jeżerċita s-setgħa ta’ tassazzjoni tiegħu. Minn din il-perspettiva, UCITS mhux residenti tinsab f’sitwazzjoni oġġettivament komparabbli għal UCITS residenti fid-Danimarka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ċertament, ir-Renju tad-Danimarka ma jistax jintaxxa lid-detenturi ta’ ishma mhux residenti fuq id-dividendi ddistribwiti minn UCITS mhux residenti. Madankollu, tali impossibbiltà hija koerenti mal-loġika taċ-ċaqliq tal-livell ta’ tassazzjoni mill-vettura lejn l-azzjonist.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-fatt li l-UCITS residenti biss għandhom il-possibbiltà li jiksbu eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn ma huwiex iġġustifikat minn differenza oġġettiva tas-sitwazzjoni bejn dawn l-UCITS u dawk residenti fi Stat Membru ieħor minbarra r-Renju tad-Danimarka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, tali restrizzjoni tista’ tiġi aċċettata biss jekk din tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan li hija tfittex li tilħaq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>SECIL</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-464/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:896">EU:C:2016:896</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-gvernijiet li ssottomettew osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jqisu li r-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hija ġġustifikata min-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali Daniża. Il-Gvern Daniż u dak Olandiż iqisu, barra minn hekk, li din ir-restrizzjoni hija ġġustifikata min-neċessità li jiġi żgurat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk il-fatt, għal Stat Membru, li jirriżerva biss lill-UCITS residenti l-possibbiltà li tinkiseb eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji residenti jistax jiġi ġġustifikat bin-neċessità li jiġi żgurat il-ħarsien tat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Gvern Daniż u dak Olandiż isostnu, f’dan ir-rigward li, il-fatt li r-Renju tad-Danimarka jiġi obbligat jagħti eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ddistribwiti lill-UCITS mhux residenti, mingħajr ma jkun jista’ jiġbor taxxa fil-mument tad-distribuzzjoni tad-dividendi lid-detenturi ta’ ishma, iwassal sabiex l-Istat ta’ sors ta’ dawn id-dividendi jkun obbligat ma jeżerċitax il-kompetenza fiskali tiegħu fir-rigward tad-dħul iġġenerat fit-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-fatt li tinġabar it-taxxa fuq id-dividendi u li l-UCITS mhux residenti jiġu esklużi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jippermetti li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ, peress li r-Renju tad-Danimarka ma jiġborx iktar minn darba t-taxxa fuq id-dividendi ddistribwiti lill-UCITS mhux residenti u t-trasferiment tat-tassazzjoni lejn id-distribuzzjoni minn dawn l-impriżi ma hijiex possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li, ċertament, il-ħarsien tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri jista’ jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li tiġi ġġustifikata restrizzjoni għall-eżerċizzju ta’ moviment liberu fi ħdan l-Unjoni Ewropea (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Tali ġustifikazzjoni tista’ tiġi aċċettata, b’mod partikolari, fejn is-sistema inkwistjoni hija intiża sabiex tipprekludi aġir li jista’ jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jeżerċita l-kompetenza fiskali tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fit-territorju tiegħu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta Stat Membru jkun iddeċieda, bħal fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li ma jintaxxax lill-UCITS residenti li jibbenefikaw minn dividendi ta’ oriġini nazzjonali, ma tistax tiġi invokata n-neċessità li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi ġġustifikata t-tassazzjoni tal-UCITS mhux residenti li jibbenefikaw minn dan id-dħul (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dividendi ddistribwiti mill-kumpanniji residenti fid-Danimarka lill-UCITS mhux residenti diġà ġew suġġetti għal taxxa fir-Renju tad-Danimarka abbażi tal-profitti tal-kumpannija distributriċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-fatt li l-intaxxar tad-dividendi huwa ddiferit għal-livell tal-azzjonisti tal-UCITS residenti ma jistax jiġġustifika r-restrizzjoni inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, ir-Renju tad-Danimarka għandu setgħa ta’ tassazzjoni fuq id-detenturi ta’ ishma residenti tal-UCITS mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-fatt li Stat Membru jżomm taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ddistribwiti lill-UCITS mhux residenti, minħabba l-impossibbiltà li jżomm taxxa fuq id-distribuzzjonijiet kollha mwettqa minn dawn l-impriżi, ma jwassalx sabiex jiġi prekluż aġir li jista’ jippreġudika d-dritt ta’ dan l-Istat Membru li jeżerċita l-kompetenza fiskali tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, iżda, għall-kuntrarju, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ setgħa ta’ tassazzjoni li tirriżulta mit-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>In-neċessità li jitħares tali tqassim ma tistax, għaldaqstant, tiġi invokata sabiex tiġi ġġustifikata r-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk, hekk kif isostnu l-gvernijiet li ssottomettew osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-restrizzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tistax tiġi ġġustifikata min-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali Daniża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Skont dawn il-gvernijiet, fil-fatt, teżisti rabta diretta bejn l-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fir-rigward tad-dividendi mħallsa lill-UCITS residenti u l-obbligu ta’ dawn l-UCITS li jiġbru taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi li huma jiddistribwixxu lid-detenturi ta’ ishma tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li n-neċessità li titħares il-koerenza ta’ sistema fiskali tista’ tiġġustifika leġiżlazzjoni ta’ natura li tirrestrinġi l-libertajiet fundamentali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex argument ibbażat fuq ġustifikazzjoni bħal din jista’ jirnexxi, jeħtieġ, skont ġurisprudenza stabbilita, li tkun ġiet stabbilita l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn il-vantaġġ fiskali kkonċernat u l-kumpens għal dan il-vantaġġ bi ħlas fiskali determinat, filwaqt li n-natura ta’ din ir-rabta għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/11 sa C‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:286">EU:C:2012:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif ġie rrilevat fil-punti 29 sa 31 ta’ din is-sentenza, UCITS tista’ tibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti fid-Danimarka, bil-kundizzjoni, b’mod kumulattiv, li hija stess tkun residenti fid-Danimarka u twettaq distribuzzjoni minima jew tiddetermina distribuzzjoni minima, li fuqhom tinġabar taxxa f’ras il-għajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tissuġġetta l-eżenzjoni tal-UCITS residenti fid-Danimarka mit-taxxa f’ras il-għajn għall-kundizzjoni li huma jwettqu distribuzzjoni minima, reali jew fittizja, lid-detenturi ta’ ishma tagħhom, li huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, miġbura f’isimhom, minn dawn l-impriżi. Il-vantaġġ hekk mogħti lill-UCITS residenti fid-Danimarka, taħt il-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn, huwa bħala prinċipju paċut bit-tassazzjoni tad-dividendi, iddistribwiti mill-ġdid minn dawn l-impriżi, fi ħdan id-detenturi ta’ ishma ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għad irid jiġi vverifikat jekk il-fatt li tiġi rriżervata biss lill-UCITS residenti fid-Danimarka l-possibbiltà li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn imurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-koerenza tas-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-koerenza interna tas-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tista’ tinżamm jekk l-UCITS residenti fi Stat Membru ieħor minbarra r-Renju tad-Danimarka li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16 C tal-ligningslov setgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet fiskali Daniżi jiżguraw, bil-kollaborazzjoni sħiħa ta’ dawn l-impriżi, li dawn tal-aħħar iħallsu taxxa ekwivalenti għal dik li l-fondi tal-Artikolu 16 C residenti fid-Danimarka huma mitluba jżommu, bħala taxxa f’ras il-għajn, fuq id-distribuzzjoni minima kkalkolata skont din id-dispożizzjoni. Il-fatt li tali UCITS jistgħu jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jikkostitwixxi miżura inqas restrittiva mis-sistema attwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rifjut li tingħata lill-UCITS residenti fi Stat Membru ieħor minbarra r-Renju tad-Danimarka li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16 C tal-ligningslov il-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn iwassal għal impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi fuq id-dividendi mħallsa lid-detenturi ta’ ishma tagħhom residenti fid-Danimarka, fatt li jmur preċiżament kontra l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkonstatat li r-restrizzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali ma tistax tiġi ġġustifikata min-neċessità li titħares il-koerenza tas-sistema fiskali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li abbażi tagħha d-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti f’dan l-Istat Membru lil UCITS mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi ddistribwiti lil UCITS residenti f’dan l-istess Stat Membru huma eżentati mill-ħlas ta’ tali taxxa, bil-kundizzjoni li din l-impriża tipproċedi b’distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma tagħha, jew tikkalkola teknikament distribuzzjoni minima, u timponi taxxa fuq tali distribuzzjoni minima reali jew fittizja fuq id-detenturi ta’ ishma tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li abbażi tagħha d-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti f’dan l-Istat Membru lil impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li d-dividendi ddistribwiti lil UCITS residenti f’dan l-istess Stat Membru huma eżentati mill-ħlas ta’ tali taxxa, bil-kundizzjoni li din l-impriża tipproċedi b’distribuzzjoni minima lid-detenturi ta’ ishma tagħha, jew tikkalkola teknikament distribuzzjoni minima, u timponi taxxa fuq tali distribuzzjoni minima reali jew fittizja fuq id-detenturi ta’ ishma tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>