<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-591/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0591</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:946">EU:T:2018:946</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20181213">13.12.2018</DATE> – Kawża T‑591/15 [Estratti]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Transavia Airlines vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ servizzi tal-ajruport u ta’ servizzi ta’ kuumerċjalizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim konkluż mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Transavia</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ għajununa mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Imputabbiltà lill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju ta’ investitur privat</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ aċċess għall-fajl</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑591/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Transavia Airlines CV</HT>, stabbilita f’Schiphol (il-Pajjiżi l-Baxxi), irrappreżentata minn R. Elkerbout u M. Baneke, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Flynn u S. Noë, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat‑<DATE ISO="20140723">23 ta’ Lulju 2014</DATE> dwar l-għajnuna mill-istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="109" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 201, p. 109</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla Estiża),</P><P>komposta minn G. Berardis, President, S. Papasavvas, D. Spielmann (Relatur), Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara l-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-miżuri inkwistjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Transavia Airlines CV, hija kumpannija tal-ajru msejħa bi prezz baxx, stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, li topera minn tliet ajruporti ta’ dan il-pajjiż titjiriet charter u rotot regolari lejn iktar minn 100 destinazzjoni fl-Ewropa u fl-Afrika ta’ Fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-ajruport ta’ Pau-Pyrénées (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ajruport ta’ Pau<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) jinsab fid-dipartiment ta’ Pyrénées-Atlantiques (Franza). Huwa operat mix-chambre de commerce et d’industrie (CCI) de Pau Béarn (ll-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija (CCI) ta’ Pau Béarn, Franza, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>CCIPB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Fl‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, il-proprjetà tal-ajruport ta’ Pau ġiet ittrasferita mir-Repubblika Franċiża lil grupp ta’ awtoritajiet lokali, is-Syndicat mixte de l’aéroport de Pau Pyrénées (l-Assoċjazzjoni Konġunta tal-Ajruport Pau Pyrénées, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Assoċjazzjoni Konġunta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li huma membri tagħha il-conseil régional Nouvelle-Aquitaine (il-Kunsill Reġjonali ta’ Nouvelle-Aquitaine), il-conseil départemental des Pyrénées-Atlantiques (il-Kunsill tad-Dipartiment ta’ Pyrénées-Atlantiques), il-communauté d’agglomération Pau Béarn Pyrénées (il-Komunità ta’ Agglomerazzjoni ta’ Pau Béarn Pyrénées) u iktar minn għaxar komunitajiet ta’ komuni. Peress li saret il-proprjetarja tal-ajruport ta’ Pau, l-Assoċjazzjoni Konġunta ħadet post l-Istat bħala l-awtorità ta’ konċessjoni u ħadet il-kuntratt ta’ konċessjoni konkluż maċ-CCIPB, li għalhekk baqgħet l-operatur tal-ajruport wara t-trasferiment tal-proprjetà lill-Assoċjazzjoni Konġunta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20060123">23 ta’ Jannar 2006</DATE>, iċ-CCIPB ikkonkludiet kuntratt mar-rikorrenti, li permezz tiegħu din tal-aħħar impenjat ruħha li tipprovdi linja tal-ajru ta’ mill-inqas 156 titjira bejn l-ajruport ta’ Pau u dak ta’ Schiphol li jinsab fil-belt ta’ Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fuq bażi annwali, mifrux fuq mill-inqas tliet ijiem fil-ġimgħa (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>kuntratt tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport ta’ Pau, ir-rikorrenti kienet obbligata tħallas remunerazzjoni. Dan il-kuntratt ġie konkluż għal perijodu ta’ tliet snin mis‑<DATE ISO="20060426">26 ta’ April 2006</DATE>, id-data li fiha bdiet taħdem il-linja tal-ajru kkonċernata, u seta’ jiġġedded għal perijodu supplimentari ta’ sentejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kuntratt tal-2006 kien jinkludi impenn min-naħa tar-rikorrenti li tipprovdi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, li kienu jikkonsistu, b’mod partikolari, f’reklamar fuq is-sit internet tagħha, għal tal-ħlas miċ-CCIPB ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">250000</FT> għall-ewwel sentejn fuq il-bażi ta’ 156 titjira li jitltiqu fis-sena. Jekk dan l-ammont minimu ta’ titjiriet ma kienx jintlaħaq, l-ammont kellu jiġi aġġustat b’mod proporzjonali. Matul it-tielet sena, il-ħlas kien stabbilit għal EUR 12.50 għal kull passiġġier li jitlaq, b’limitu fis-sena ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">250000</FT>. Barra minn hekk, kien previst li, fil-każ ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-2006, ir-rikorrenti kellha tirċievi, għar-raba’ u l-ħames sena, l-ammonti stabbiliti għal kull passiġġier li jitlaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-kuntratt tal-2006 wassal għal total ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">900000</FT> fi ħlasijiet mingħand iċ-CCIPB lir-rikorrenti għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn din tal-aħħar bejn is‑<DATE ISO="20060426">26 ta’ April 2006</DATE> u d‑<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>. Il-kuntratt tal-2006 ġie taċitament imġedded fis‑<DATE ISO="20090426">26 ta’ April 2009</DATE>. Madankollu, ir-rikorrent iddeċidiet li xxolji l-kuntratt tal-2006 minħabba riżultati diżappuntanti tar-rotta tal-ajru.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20151013">13 ta’ Ottubru 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li biha talbet lill-Kummissjoni tipproduċi ċerti dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fit-terminu preskritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 88 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, stiednet lill-partijiet sabiex iwieġbu għal ċerti mistoqsijiiet u talbet lill-Kummissjoni tipproduċi ċerti dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tibgħat lura l-kawża lis-Sitt Awla Estiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-trattazzjonijiet tal-partijiet instemgħu fis-seduta tas‑<DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1(3) u, sa fejn jikkonċernawha, l-Artikoli 3 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi insostenn tar-rikors tagħha, ibbażati, l-ewwel, fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u d-drittijiet tad-difiża, it-tieni, fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni imputat b’mod żbaljat lir-Repubblika Franċiża l-għajnuna kkonstatata, it-tielet, fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni sa fejn il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-kriterju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq meta kkonkludiet li l-kuntratt tal-2006 kien jagħti vantaġġ ekonomiku, ir-raba’ nett, fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li l-vantaġġ preżunt kien selettiv, il-ħames nett, fuq ksur tal-Artikolu 107(1), u fuq żball manifest li l-Kummissjoni ma eżaminatx jekk il-vantaġġ preżunt effettivament kellux effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni, u, is-sitt nett, il-ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rrimborsata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit mill-Artikolu 41 tal-Karta u d-drittijiet tad-difiża</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41(1) u (2)(a) u (b) tal-Karta billi ma tatihiex il-possibbiltà li ssostni l-perspettiva tagħha qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl amministrattiv tagħha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni allegatament kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Dawn l-iżbalji ta’ proċedura jiġġustifikaw l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti hija parti interessata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, b’tali mod li hija għandha d-dritt li tara li l-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kuntratt tal-2006 titwettaq b’mod imparzjali u ġust fis-sens tal-Artikolu 41(1) tal-Karta, u dan iktar u iktar peress li l-konstatazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-kuntratt ta’ 2006 tista’ twassal għal konsegwenzi finanzjarji għaliha f’termini ta’ rkupru tal-ammonti rċevuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, ir-raġunament tar-rikorrenti ma jistax jiġi segwit meta hija tqis li l-Artikolu 41(2) tal-Karta jagħtiha d-dritt li tġi intimata personalment mill-Kummissjoni sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha jew li tippreżenta l-opinjoni tagħha b’xi mod ieħor qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, u d-dritt li jkollha aċċess għall-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm id-dritt għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41(1) tal-Karta jirrifletti l-obbligu li jiġu eżaminati b’reqqa u imparzjalità l-elementi kollha tal-kawża, min-naħa tiegħu l-Artikolu 41(2) jelenka numru ta’ drittijiet li għandhom jiġu rrispettati mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet tad-difiża li jinkludu d-dritt għal smigħ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti, bħala parti interessata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, ma tistax tinvoka ksur tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta minħabba li l-Kummissjoni ma tkunx talbet personalment l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-proċedura ta’ eżami tal-għajnuna. Fil-fatt, l-għoti tad-dritt li wieħed ikun individwalment ikkuntattjat mill-Kummissjoni, kif invokat mir-rikorrenti, iwassal għal bidla fir-rwol ta’ sors ta’ informazzjoni li l-persuni interessati għandhom, fil-proċedura ta’ eżami tal-għajnuna mill-Istat. L-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta ikun mingħajr sens jekk impriża kienet obbligata tivverifika kuljum f’Il-Ġurnal Uffiċjali jekk inbdewx investigazzjonijiet jew ittiħdux deċiżjonijiet fil-konfront tagħha, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kienet speċifikament dwar il-kuntratt tal-2006, li għalih ir-rikorrenti kienet parti, b’tali mod li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda diffikultà sabiex tidentifika r-rikorrenti fost il-partijiet interessati kollha potenzjali, ma kienx tali li jobbliga lill-Kummissjoni li tintima lir-rikorrenti individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>interessati<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> imsemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE huma mhux biss l-impriża jew l-impriżi ffavoriti minn għajnuna, iżda wkoll il-persuni, l-impriżi, jew l-assoċjazzjonijiet li l-interessi tagħhom huma eventwalment affettwati mill-għoti tal-għajnuna, b’mod partikolari l-impriżi kompetituri u l-organizzazzjonijiet professjonali. Skont il-ġurisprudenza, dan huwa, fi kliem ieħor, numru indeterminat ta’ destinatarji u l-pubblikazzjoni ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tidher mezz adegwat sabiex tinforma l-interessati kollha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19841114">14 ta’ Novembru 1984</DATE>, <NAME.CASE>Intermills vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>323/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:345">EU:C:1984:345</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kummissjoni setgħet tillimita ruħha li tippubblika l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali dwar il-ftuħ tal-proċedura dwar il-kuntratt tal-2006, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħadet ħsieb li tistieden lill-awtoritajiet Franċiżi, fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, sabiex jibgħatu immedjatament kopja ta’ din id-deċiżjoni lill-benefiċjarji potenzjali tal-għajnuna.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u motivazzjoni insuffiċjenti sa fejn il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq ġie applikat b’mod żbaljat.</HT></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="NORMAL">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma mmotivatx b’mod suffiċjenti l-għażla tagħha li tapplika l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali minflok l-analiżi komparattiva</HT></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, ir-rikorrenti ssostni li il-Kummissjoni bbażat l-għażla tagħha tal-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali fuq il-Linji gwida tal-2014. Issa, dawn il-Linji gwida ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt tal-2006 u għalhdaqstant ma kinux japplikaw sabiex tevalwa l-kuntratt tal-2006 mill-perspettiva tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. L-applikazzjoni tagħhom tkun inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Il-Linji gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu għal-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali, ippubbikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tad‑<DATE ISO="20051209">9 ta’ Diċembru 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 312, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>linji gwida tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), li kienu japplikaw dak iż-żmien, ma inkludew l-ebda indikazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju. Għaldaqstant, il-linji gwida applikabbli għat-tilwima ma jippermettux li jiġi ddeterminat il-metodu ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li, skont il-paragrafu 171 tal-Linji gwida tal-2014, dawn japplikaw mill‑<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE> u jissostitwixxu l-Linji gwida tal-1994 dwar l-avjazzjoni, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fl‑<DATE ISO="19941210">10 ta’ Diċembru 1994</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 350, p. 5</REF.DOC.OJ>), kif ukoll il-Linji gwida tal-2005 minn dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Madankollu, permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal‑<DATE ISO="20140415">15 ta’ April 2014</DATE> (ara l-punt 11 iktar ’il fuq), fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-Linji gwida tal-2014, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-osservazzjionijiet tagħhom dwar il-miżuri li fir-rigward tagħhom kienet fetħet proċeduri ta’ investigazzjoni formali, inkluż dik li tikkonċerna l-ajruport ta’ Pau. Il-Kummissjoni spjegat fil-paragrafi 54 sa 66 tal-Linji gwida tal-2014, ir-raġunijiet li għalihom hija tqis li l-analiżi tal-profittabiltà inkrementali tikkostitwixxi l-kriterju l-iktar rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-arranġamenti konklużi bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk il-kuntratt tal-2006 bejn ir-rikorrenti u ċ-CCIPB ġie konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji gwida tal-2014, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet li għalihom hija qieset li l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali kellha fil-prinċipju tkun ippreferuta għall-analiżi komparattiva u, barra minn hekk, tqiegħed lill-partijiet interessati, inkluż ir-rikorrenti, f’pożizzjoni li jkunu jafu l-perspettiva tagħhom f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-għażla tal-metodu xieraq, bejn l-analiżi komparattiva jew l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali, sabiex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq taqa’ taħt il-kunċett oġġettiv tal-għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. B’hekk, hija l-Kummissjoni, fil-kuntest<?PAGE NO="6"?> tal-obbligu tagħha li tagħmel analiżi kompluta tal-elementi rilevanti kollha tal-arranġament ikkonċernat u l-kuntest tagħha, li għandha tivverifika jekk l-impriża benefiċjarja irċevietx vantaġġ li ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq (ara l-punt 122 iktar ’il fuq), li tagħżel il-metodu l-iktar xieraq fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ għall-finijiet li jiġi applikat l-imsemmi kriterju, il-Linji gwida tal-2014 li jikkostitwixxu f’dan ir-rigward element ta’ kuntest li fir-rigward tiegħu ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni rreferiet għal-Linji gwida tal-2014 fl-għażla tagħha ta’ metodu xieraq sabiex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f’ekonomija, ma jistax jiġi kkritikat, anki jekk il-kuntratt tal-2006 ġie konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti dwar il-Linji gwida tal-2014 għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ewwel parti tat-tielet motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ta’ motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, meta għamlet l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tagħti motivazzjoni suffiċjenti għall-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-rikorrenti tinvoka erba’ ilmenti, ibbażati, l-ewwel nett, fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod negliġenti meta ma kkuntattjatx lill-kontabilista li kien ikkontrolla l-pjan ta’ negozju, it-tieni nett, fuq li l-Kummissjoni kkunsidrat terminu ta’ żmien qasir wisq, it-tielet nett, fuq li l-Kummissjoni naqset milli tqis ir-raġunijiet taċ-CCIPB sottostanti għall-konklużjoni tal-kuntratt tal-2006, u, ir-raba’ nett, fuq li l-Kummissjoni ma indikatx b’mod ċara id-dħul u l-vantaġġi li hija ħadet inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Peress li r-raba’ lment jirrigwarda nuqqas ta’ motivazzjoni, għandu jiġi eżaminat qabel it-tliet ilmenti l-oħra, sussegwentement għandhom jiġu eżaminati l-ewwel, it-tielet u t-tieni motiv.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni perijodu ta’ żmien qasir wisq</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0210"><NO.P>210</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kkunsidrat żmien qasir fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Meta ddikjarat li tali operatur, li jaġixxi minflok iċ-CCIPB, ma kienx jibbaża fuq it-tiġdid tal-kuntratt tal-2006 lil hinn mit-tul inizjali ta’ tliet snin, hija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni diversi ċirkustanzi partikolari tar-realtà ekonomika li fiha joperaw ir-rikorrenti u l-ajruporti meta jimpenjaw irwieħhom f’kollaborazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0211"><NO.P>211</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni t-tul ta’ ħajja medja tar-rotot tagħha tal-ajru. Ħarsa ġenerali ta’ dawn ir-rotot operati mill-2005 wriet li l-kollaborazzjoni tagħha mal-ajruporti ta’ destinazzjoni kienet ta’ tul ġeneralment itwal minn tliet snin u li tul ta’ sitt snin ma kienx eċċezzjonali. Iċ-CCIPB setgħet għalhekk mal-iffirmar tal-kuntratt tal-2006 b’mod raġonevoli tippreżumi li l-kollaborazzjoni mar-rikorrenti kienet ser tkompli lil hinn mill-ewwel perijodu u anki wara l-perijodu ta’ żmien użat fil-pjan ta’ negozju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0212"><NO.P>212</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni injorat il-fatt li, bid-definizzjoni, hija tipprevedi kollaborazzjoni iktar fit-tul. Operatur f’ekonomija tas-suq jieħu riskji kkalkulati sabiex ikabbar l-impriża tiegħu. Għar-rikorrenti, il-ftuħ ta’ rotta ġdida kienet tirrappreżenta investiment li ma setax ikollu profitti fit-tul. Telf minn meta tibda rotta ġdida jkun frekwenti fil-qasam tal-avjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0213"><NO.P>213</NO.P><TXT>Il-kuntratt inizjali li r-rikorrenti kellu ma’ ajruport jipprevedi l-bidu ta’ rotta ġdida maħsuba sabiex tagħti liż-żewġ partijiet vantaġġi fit-tul. Tul ta’ żmien tal-kuntratt limitat inizjalment għal tliet snin ma jikkontradixxix l-intenzjoni tal-partijiet li jikkollaboraw fit-tul. L-operaturi ma jikkonkludux kuntratti irrispettivament mill-kuntest reali tagħhom li jinkorpora l-mudell kummerċjali u l-esperjenza tal-partijiet għall-kuntratt. Il-kuntratt tal-2006 kien jipprevedi espliċitament il-possibbiltà ta’ proroga. Il-prospettiva fit-tul li fiha kienet tinsab ir-rikorrenti setgħet ukoll tirriżulta mill-intenzjonijiet espressi matul in-negozjati kuntrattwali bejn il-partijiet. Barra minn hekk, l-estensjoni inizjali mir-rikorrenti tal-kuntratt tal-2006 minkejja li r-rotta kienet qed tagħmel it-telf turi li hija għamlet kull sforz sabiex tinżamm il-kollaborazzjoni maċ-CCIPB lil hinn mill-ewwel perijodu tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0214"><NO.P>214</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kriżi finanzjarja globali tal-2008 sentejn wara l-konklużjoni tal-kuntratt tal-2006 u sena qabel l-eventwali tiġdid tiegħu. Dan il-fatt mhux previst huwa rilevanti sabiex jiġi stabbilit il-perijodu ta’ żmien meta ġie konkluż il-kuntratt tal-2006, peress li hija tikkontesta l-profittabbiltà u t-tul tal-ħajja tar-rotta tal-ajru inkwistjoni. Fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt tal-2006, iċ-CCIPB ma kinitx obbligata li tippreżumi li l-profittabbiltà u tul ta’ ħajja tar-rotta jkunu influwenzati b’mod negattiv mill-kriżi finanzjarja tal-2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0215"><NO.P>215</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-argument tar-rikorrenti jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0216"><NO.P>216</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza (ara l-punt 120 iktar ’il fuq) jirriżulta li għandu jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni setgħetx ġustament tikkunsidra li operatur f’ekonomija tas-suq, li jaġixxi minflok iċ-CCIPB, kien jevalwa l-interess li jikkonkludi l-kuntratt tal-2006 billi jikkunsidra perijodu ta’ żmien limitat għat-tul tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0217"><NO.P>217</NO.P><TXT>L-aġir ta’ operatur f’ekonomija tas-suq huwa ggwidat minn prospetti ta’ profittabbiltà iktar fit-tul (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910321">21 ta’ Marzu 1991</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑305/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:142">EU:C:1991:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali operatur li kien jixtieq jimmassimizza l-profitti tiegħu huwa lest li jieħu riskji kkalkolati fid-determinazzjoni tar-remunerazzjoni li jistenna għall-investiment tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0218"><NO.P>218</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset fid-deċiżjoni kkontestata li, meta jevalwa l-interess li jikkonkludi l-kuntratt tal-2006, operatur f’ekonomija tas-suq kien jagħżel bħala perijodu ta’ żmien tal-evalwazzjoni tiegħu t-tul tal-imsemmi kuntratt. Hija kkunsidrat li operatur f’ekonomija tas-suq ma kienx joqgħod fuq li jġedded dawn il-kuntratti malli jiskadu fl-2006, bl-istess termini jew b’termini differenti, iktar u iktar meta l-kumpanniji bi prezz baxx bħar-rikorrenti kienu magħrufa għal kif jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom b’mod ferm dinamiku fir-rigward tal-ftuħ u l-għeluq ta’ rotot jew ta’ żidiet u tnaqqis ta’ frekwenzi. Minn dan hija ddeduċiet li kwalunkwe tiġdid tal-kuntratti kien prospettiva futura mbiegħda u inċerta wisq sabiex operatur tas-suq jkun jista’ jibbaża deċiżjonijiet ekonomiċi raġonevoli fuq din il-prospettiva (premessi 393 u 394 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0219"><NO.P>219</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Kummissjoni kkunsidrat fil-premessa 439 tad-deċiżjoni kkontestata li l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali kellha ssir fuq il-perijodu ta’ applikazzjoni tal-kuntratt tal-2006 kif previst fil-bidu, u mhux fuq perijodu itwal, minħabba l-fatt li operatur raġonevoli u prudenti f’ekonomija tas-suq ma setax jibbaża, meta jikkonkludi l-kuntratt, fuq it-tiġdid ta’ dan tal-aħħar, kemm jekk ikun bl-istess termini jew b’termini differenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0220"><NO.P>220</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa paċifiku li l-kuntratt tal-2006 ġie konkluż biss għal perikjodu inizjali ta’ tliet snin, mingħajr klawżola ta’ tiġdid awtomatiku. Ir-rikorrenti ma tippreċiżax, barra minn hekk, in-natura tal-intenzjonijiet tal-partijiet espressi matul in-negozjati prekuntrattwali dwar kooperazzjoni iktar fit-tul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0221"><NO.P>221</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni setgħet tikkunsidra, mingħajr ma twettaq żball, li operatur f’ekonomija tas-suq kien jevalwa l-profittabbiltà tal-kuntratt tal-2006 imqabbel mal-ispejjeż u mad-dħul matul it-tul tal-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0222"><NO.P>222</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni setgħet tikkunsidra, mingħajr ma twettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, li kien diffiċli ħafna għal operatur tal-ajruport li jevalwa l-probabbiltà li kumpanija tal-ajru tkun tixtieq tkompli l-operazzjoni ta’ rotta lil hinn mit-tul li għalih daħal fil-kuntratt tas-servizzi tal-ajruport, meta jaf li l-kumpanniji tal-ajru, b’mod partikolari bi prezz baxx, urew li huma joperaw il-ftuħ u l-għeluq ta’ rotot b’mod dinamiku ħafna (ara l-premessi 355 u 394 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni setgħet tikkunsidra mingħajr ma twettaq żball li operatur prudenti f’ekonomija tas-suq, li jaġixxi minflok iċ-CCIPB, ma kienx jibbaża fuq ir-rieda tal-kumpanija tal-ajru li testendi l-operat tar-rotta tal-ajru kkonċernata meta jiskadi l-kuntratt ta’ 2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0223"><NO.P>223</NO.P><TXT>Ċertament, iċ-CCIPB adottat pjan ta’ negozju għal tul ta’ seba’ snin u b’hekk ikopri perijodu lil hinn mit-tul tal-kuntratt tal-2006. Madankollu, huwa sinjifikattiv li l-pjan ta’ negozju mħejji miċ-CCIPB bl-ebda mod ma jimpenja r-rikorrenti, li terġa’ tikseb il-libertà tagħha li ma tkomplix topera r-rotta ral-ajru fl-iskadenza tat-tul inizjali tal-kuntratt tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0224"><NO.P>224</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli kkunsidrat li operatur prudenti f’ekonomija tas-suq, li jaġixxi minflok iċ-CCIPB, ma setax, billi jieħdu riskji kkalkolati, jibbaża fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt ta’ 2006 dwar it-tiġdid ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0225"><NO.P>225</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-elementi mressqa mir-rikorrenti sabiex issostni li t-tul ta’ ħajja medja ta’ rotot tal-ajru li hija operat marru ferm lil hinn minn tliet snin ma humiex deċiżivi. L-aġir ta’ operatur f’ekonomija tas-suq għandu jiġi evalwat billi dan tal-aħħar jitqiegħed fl-eqreb sitwazzjoni ta’ dik tal-operatur tal-ajruport ta’ Pau. Issa, kif tenfasizza l-Kummissjoni, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt inizjali tal-2006 konkluż miċ-CCIPB mar-rikorrenti kien limitat għal tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0226"><NO.P>226</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Kummissjoni, b’mod żbaljat, ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-iżvilupp mhux previst li kkostitwixxa l-kriżi finanzjarja tal-2008, hemm lok li jitfakkar li huma rilevanti biss, b’mod partikolari għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat, il-provi disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fil-mument meta d-deċiżjoni li ssir it-tranżazzjoni inkwistjoni ittieħdet (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Germanwings vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑375/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:289">EU:T:2017:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0227"><NO.P>227</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni kkonstatat, fid-deċiżjoni kkontestata, li operatur prudenti f’ekonomija tas-suq ma kienx, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-2006, ikun ħa inkunsiderazzjoni proroga tiegħu, hija għamlet dan b’analiżi <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tal-profittabbiltà ta’ investiment li sar fl-2006, u mhux fuq elementi sussegwenti imprevedibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0228"><NO.P>228</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-fatt li r-rikorrenti effettivament ġedded il-kuntratt tal-2006 fis‑<DATE ISO="20090426">26 ta’ April 2009</DATE> ma jikkostitwixxix element rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0229"><NO.P>229</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, hemm lok li jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li, għall-fini tal-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali, operatur prudenti f’ekonomija tas-suq li jaġixxi minflok iċ-CCIPB, ma kienx jikkunsidra, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt tal-2006, perijodu ta’ żmien li jmur lil hinn mill-perijodu inizjali ta’ applikazzjoni tal-imsemmi kuntratt.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma investigatx jekk kienx hemm effetti negattivi għall-kompetizzjoni</HT></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0295"><NO.P>295</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) u tal-Artikolu 108(2) TFUE, u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna mill-Istat</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0296"><NO.P>296</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni b’mod żbaljat assimilat l-allegat vantaġġ għall-flussi inkrementali negattivi tal-ajruport ta’ Pau.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0297"><NO.P>297</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ssostni li, jekk, bħal f’dan il-każ, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tordna l-irkupru ta’ ammont iddeterminat, hija għandha tiddetermina, b’mod daqstant preċiż daqs kemm jista’ jkun, il-valur reali tal-għajnuna li bbenefikat minnhom l-impriża. Filwaqt li bbażat ruħha fuq is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150205">5 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑500/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:73">EU:T:2015:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija tikkunsidra, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni kellha teżamina sa fejn l-allegat vantaġġ kien għadda mir-rikorrenti fuq il-passiġġieri, it-tieni nett, li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ma evalwatx il-vantaġġ kompetittiv li r-rikorrenti kienet realment ibbenefikat minnu minħabba t-telf preżunt tal-ajruport ta’ Pau u, it-tielet nett, li l-Kummissjoni ma spjegatx biżżejjed għaliex l-irkupru tal-ammont inkwistjoni kien neċessarju sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti sa fejn, minn naħa, għandu jiġi imputat fuq dak l-ammont l-effetti esterni pożittivi kollha li l-kuntratt tal-2006 kien ikkawża għall-ajruport ta’ Pau u fejn, min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ma kellhiex tirrrimborsa t-telf li jirriżulta minn azzjonijiet ineffikaċi tal-ajruport ta’ Pau.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0298"><NO.P>298</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, il-fatt li d-determinazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat huwa proċess kumpless ma jistax jiġġustifika li l-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-prinċipji msemmija fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150205">5 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑500/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:73">EU:T:2015:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ma jirriżultax minn din is-sentenza li n-natura mhux involontarja u n-natura indiretta tal-miżuri fiskali kkonċernati kellhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0299"><NO.P>299</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiċħad l-argumenti kollha tar-rikorrenti bħala li huma infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0300"><NO.P>300</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-obbligu għall-Istat Membru kkonċernat li jelimina, permezz tal-irkupru, għajnuna li l-Kummissjoni tqis li hija inkompatibbli mas-suq komuni għandu l-għan, skont ġurisprudenza stabbilita, li jerġa’ jġib lura s-sitwazzjoni ta’ qabel ma tħallset l-għajnuna. Dan il-għan jintlaħaq meta l-għajnuna inkwistjoni, miżjuda skont il-każ bl-interessi moratorji, ikunu ġew imħallsa lura mill-benefiċjarju jew, f’termini oħra, mill-impriżi li kellhom it-tgawdija effettiva tagħhom. B’dan il-ħlas lura, il-benefiċjarju jitlef, fil-fatt, il-benefiċċju li kien gawda minnu fis-suq imqabbel mal-kompetituri<?PAGE NO="10"?> tiegħu u s-sitwazzjoni anterjuri għall-ħlas tal-għajnuna tiġi ristabbilita (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Aer Lingus u Ryanair Designated Activity</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑164/15 P u C‑165/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:990">EU:C:2016:990</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0301"><NO.P>301</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar ukoll li ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tirrikjedi li l-Kummissjoni, meta tordna l-ħlas lura ta’ għajnuna li tkun ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, tistabbilixxi l-ammont eżatt li għandu jitħallas lura. Huwa biżżejjed, fil-fatt, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lid-destinatarju tagħha li jiddetermina huwa stess, mingħajr diffikultajiet eċċessivi, dan l-ammont (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Rousse Industry vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑271/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:175">EU:C:2014:175</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0302"><NO.P>302</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi tordna l-irkupru ta’ ammont speċifiku, hija għandha, konformement mal-obbligu tagħha li teżamina b’mod xieraq u imparzjali l-fajl fil-kuntest tal-Artikolu 108 TFUE, tiddetermina, b’mod daqstant preċiż li ċ-ċirkustanzi tal-kawża jippermettu, il-valur tal-għajnuna li l-impriża bbenefikat minnha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑179/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:236">EU:T:2014:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0177">177</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0303"><NO.P>303</NO.P><TXT>Filwaqt li terġa’ tistabbilixxi s-sitwazzjoni preċedenti għall-ħlas tal-għajnuna, minn naħa, il-Kummissjoni hija marbuta tiżgura ruħha li l-vantaġġ reali tal-għajnuna huwa eliminat u b’hekk tordna l-irkupru tal-għajnuna kollha. Hija ma tistax, minħabba li trid turi klemenza mal-benefiċjarju, tordna l-irkupru ta’ somma inferjuri għall-valur tal-għajnuna riċevuta minn dan tal-aħħar. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma tistax, sabiex turi d-diżapprovazzjoni tagħha għal dak li jikkonċerna l-gravità tal-illegalità, tordna l-irkupru ta’ ammont għola mill-valur tal-għajnuna irċevuta mill-benefiċjarju (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑179/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:236">EU:T:2014:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0198">198</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0304"><NO.P>304</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza hija wkoll applikabbli meta l-Kummissjoni tistabbilixxi fid-deċiżjoni tagħha ammont indikattiv tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0305"><NO.P>305</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sabiex tiddetermina l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, il-Kummissjoni kkalkolat għall-kuntratt tal-2006, l-ammont jista’ jiġi rkuprat, għal kull sena li fiha l-imsemmi kuntratt ġie applikat, mill-parti negattiva tal-fluss inkrementali prevedibbli (dħul mingħajr spejjeż) fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt tal-2006, kif iddeterminat skont l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali. Hija tispeċifika li dan l-ammont ikkorrisponda għas-somom li kellhom jiġu previsti li jitnaqqsu kull sena mill-ammont tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jew jiżdiedu mat-tariffi tal-ajruport u mat-tariffi għall-groundhandling mitluba mir-rikorrenti sabiex il-valur nett preżenti tal-kuntratt tal-2006 jkun pożittiv, fi kliem ieħor sabiex dan tal-aħħar ikun konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (premessa 589 tad-deċiżjoni kkontesta).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0306"><NO.P>306</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ssodisfat l-obbligu tagħha li tikkalkula l-valur tal-għajnuna li minnha bbenefikat ir-rikorrenti taħt il-kuntratt tal-2006. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti, mill-punt preċedenti 305 iktar ’il fuq li, għal dan il-għan, hija wettqet analiżi tal-profittabbiltà inkrementali u qabblet, minn naħa, is-somom li operatur f’ekonomija tas-suq kien ikun lest li jħallas għals-servizzi ta’ promozzjoni jew kienet eżiġiet mir-rikorrenti għall-provvista ta’ servizzi tal-ajruport u, min-naħa l-oħra, is-somom li ċ-CCIPB effettivament ħallset jew irċeviet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0307"><NO.P>307</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, sabiex tiddetermina l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta li teżamina jekk, u sa fejn, ir-rikorrenti effettivament użatx il-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mill-ammonti korrispondenti għall-flussi inkrementali annwali negattivi li setgħet tikseb grazzi għall-kuntratt tal-2006 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Aer Lingus u Ryanair Designated Activity</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑164/15 P u C‑165/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:990">EU:C:2016:990</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0308"><NO.P>308</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-irkupru ta’ għajnuna illegali jimplika l-ħlas lura tal-vantaġġ prodott minnha lill-benefiċjarju tagħha u mhux il-ħlas lura tal-eventwali benefiċċju ekonomiku li twettaq minnha mill-operat ta’ dan il-vantaġġ. Tali benefiċċju jista’ ma jkunx identiku għall-vantaġġ li jikkostitwixxi l-imsemmija għajnuna, jew saħansitra jintwera li jkun ineżistenti, mingħajr ma dan il-fatt jista’ jiġġustifika n-nuqqas ta’ rkupru ta’ din l-istess għajnuna, jew l-irkupru ta’ somma differenti minn dik li tikkostitwixxi l-vantaġġ prodott mill-għajnuna illegali inkwistjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Aer Lingus u Ryanair Designated Activity</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑164/15 P u C‑165/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:990">EU:C:2016:990</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0309"><NO.P>309</NO.P><TXT>Konsegwentement, kull deċiżjoni mir-rikorrenti li tgħaddi totalment jew parzjalment il-vantaġġ miksub grazzi għall-kuntratt tal-2006 lill-klijenti tagħha hija irrilevanti għad-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha titħallas lura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Il-Kummissjoni vs Aer Lingus u Ryanair Designated Activity, C‑164/15 P u C‑165/15 P, EU:C:2016 990, punt 99).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0310"><NO.P>310</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-vantaġġ, kif identifikat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, ma kienx jikkonsisti fil-fatt li r-rikorrenti setgħet ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħha fis-suq. Kien jikkonsisti, sempliċement, fil-fatt li hija kienet daħħlet l-ammont nominali ta’ flussi inkrementali annwali negattivi li jirriżultaw mill-kuntratt tal-2006. Il-kwistjoni dwar jekk hija użatx dan il-vantaġġ b’ċertu mod fuq is-suq tikkonċerna l-evalwazzjoni tal-eventwali benefiċċju li hija setgħet twettaq bl-operat tal-vantaġġ mogħti, peress li tali evalwazzjoni kienet irrilevanti għall-irkupru tal-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Aer Lingus u Ryanair Designated Activity</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑164/15 P u C‑165/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:990">EU:C:2016:990</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0311"><NO.P>311</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-vantaġġ, ugwali fl-ammont tal-fluss inkrimentali previst, li jirriżulta mill-kuntratt tal-2006 konkluż maċ-CCIPB, li taġixxi bħala operatur f’ekonomija tas-suq, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata sempliċement stabbiliet mill-ġdid is-sitwazzjoni legali preċedenti għall-għoti tal-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990617">17 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑75/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:311">EU:C:1999:311</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, l-irkupru ta’ dan l-ammont iċaħħad lir-rikorrenti mill-vantaġġ li kienet tibbenefika minnu fis-suq meta mqabbel mal-kompetituri tagħha u li kienet tikkonsisti f’li tirċievi kundizzjonijiet finanzjarji li ma kintix tkun irċeviet f’kundizzjonijiet normali tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0312"><NO.P>312</NO.P><TXT>Kemm il-valur tal-allegati effetti esterni pożittivi għall-ajruport ta’ Pau kif ukoll l-eventwali ineffikaċità ta’ dan l-ajruport ma humiex rilevanti sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti, li ntlaħaq peress li r-rikorrenti titlef il-vantaġġ li bbenefikat minnu. Għall-kompletezza, il-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, li għandu jiġi applikat sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura tagħtix vantaġġ ma għandux l-għan li jirrikjedi effikaċja minima fl-operazzjoni ta’ attività. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju huwa intiż sabiex jiġi ddeterminat jekk, f’ċirkustanzi simili, investitur privat komparabbli kienx seta’ jasal li jagħti l-miżura inkwistjoni (ara l-punt 119 iktar ’il fuq). F’dan ir-rigward, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni l-istruttura tal-ispejjeż u d-dħul tal-entità pubblika li l-aġir tagħha huwa mqabbel ma’ dak ta’ operatur f’ekonomija tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0313"><NO.P>313</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq jirriżulta li s-sitt motiv ma jistax jintlaqa’ u li r-rikors għandu konsegwentement jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0314"><NO.P>314</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet il-kawża, għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha u tal-Kummissjoni, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Transavia Airlines CV hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Csehi</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spineanu-Matei</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>..</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></JUDGMENT>