Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness III:Lista msemmija fl-Artikolu 19 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: adattamenti lil atti adottati mill-istituzzjonijiet - 1.Liġi dwar il-kumpanniji - Drittijiet ta' proprjeta' industrijali - III.Disinni Komunitarji
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0233 - 0233
III. DISINNI KOMUNITARJI 32002 R 0006: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat- 12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinni Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1), kif emendat bi: - 12003 T: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati - Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33). L-Artikolu 110a(1) jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. Mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa "Stat(i) Membru/i ġdid/ġodda"), disinn Komunitarju protett jew li għalih issir applikazzjoni skond dan ir-Regolament qabel id-data ta' l-adeżjoni rispettiva għandu jiġi estiż għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollu effett ugwali fil-Komunità kollha.". --------------------------------------------------