|
22.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1203
tad-19 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 rigward l-inklużjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 (1) jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2021-2023. Ġew stabbiliti volumi xierqa għal kull kwota tariffarja sabiex ikun żgurat li l-industrija tal-Unjoni jkollha provvista adegwata għal dak il-perjodu. |
|
(2) |
Il-provvisti ta’ ċerti prodotti tas-sajd fl-Unjoni preżentement jiddependu mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. F’dawn l-aħħar deċennji, l-Unjoni saret aktar dipendenti mill-importazzjonijiet biex tissodisfa l-konsum tal-prodotti tas-sajd. Sabiex ma tiġix ipperikolata l-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd tal-Unjoni, u biex tkun żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu sospiżi d-dazji fuq l-importazzjoni tal-klamar ta’ Patagonja, tal-aringi ppreservati fis-salmura, tal-aringi ffriżati, tal-qatgħat u l-ġwienaħ iffriżati tal-aringi, tal-qatgħat ta’ ħut aħmar u ta’ speċijiet diversi ta’ ħut iffriżat fil-medda tal-kwoti tariffarji ta’ volum xieraq. |
|
(3) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (2) bejn l-UE u r-Renju Unit (TCA) ilu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2021. It-TCA jipprevedi l-aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għall-prodotti tas-sajd oriġinarji. Iżda l-pajjiżi u t-territorji Brittanniċi ekstra-Ewropej (PTEE) ma għadhomx assoċjati mal-Unjoni u ma għadhomx igawdu mit-tnaqqis fit-tariffi fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni. |
|
(4) |
Barra minn hekk, il-protokolli addizzjonali mal-Iżlanda (3) u n-Norveġja (4) li jipprevedu l-kwoti għal ċerti ħut u prodotti tas-sajd skadew fit-30 ta’ April 2021. Billi n-negozjati dwar kwoti ġodda Ma kinux konklużi qabel l-iskadenza tal-protokolli addizzjonali, dak jista’ jirriżulta fi skarsezza ta’ prodotti tas-sajd mingħajr dazju għall-ipproċessar fl-Unjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1706 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Bħala rimedju għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni rigward it-telf tal-istatus preferenzjali tal-PTEE u bħala rimedju għall-konsegwenzi tal-iskadenza tal-protokolli addizzjonali man-Norveġja u l-Iżlanda, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2020/1706 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (b) tal-Artikolu 4(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PODGORŠEK
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1706 tat-13 ta’ Novembru 2020 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2021-2023 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 3).
(2) Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10).
(3) Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 18).
(4) Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 22).
ANNESS
Fit-tabella tal-Anness għar-Regolament (UE) 2020/1706, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
Nru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tat-TARIC |
Deskrizzjoni |
Ammont annwali tal-kwota (f’tunnellati) (1) |
Dazju fuq il-kwota |
Perjodu tal-kwota |
|
“09.2508 |
ex 0307 43 35 |
10 |
Klamar tal-ispeċi Loligo gahi, iffriżat, għall-ipproċessar |
75 000 |
0 % |
1.1.2021– 31.12.2023 |
|
09.2509 |
ex 1604 12 91 |
13 93 |
Aringi, mħawra u/jew ippreservati fil-ħall, fis-salmura, għall-ipproċessar |
15 000 (piż nett mingħajr likwidu) |
0 % |
1.5.2021-30.4.2022 |
|
ex 1604 12 99 |
16 17 |
7 500 (piż nett mingħajr likwidu) |
0 % |
1.5.2022 - 31.10.2022 |
||
|
09.2510 |
ex 0303 51 00 |
10 20 |
Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, għall-ipproċessar (*1) |
10 000 |
0 % |
1.5.2021 - 30.4.2022 |
|
5 000 |
|
1.5.2022 - 31.10.2022 |
||||
|
09.2512 |
|
|
Ħut iffriżat, għall-ipproċessar: |
3 300 |
0 % |
1.5.2021 - 30.4.2022 |
|
0303 55 30 |
10 |
Sawrell taċ-Ċilì (Trachurus murphyi) |
1 650 |
0 % |
1.5.2022 - 31.10.2022 |
|
|
ex 0303 55 90 |
95 |
Ħut ieħor ta’ Trachurus spp., esklużi Trachurus trachurus, Trachurus murphyi u s-sawrell (scad) (Caranx trachurus) |
||||
|
|
0303 56 00 |
10 |
Cobia (Rachycentron canadum) |
|
|
|
|
0303 69 90 |
10 |
Ħut ieħor |
||||
|
0303 89 90 |
11 21 30 91 |
|||||
|
0303 82 00 |
10 |
Raj u rebekkini (Rajidae) |
||||
|
0303 89 55 |
10 |
Awrat (Sparus aurata) |
||||
|
09.2513 |
0304 86 00 |
20 |
Qatgħat tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, għall-ipproċessar |
25 000 |
0 % |
1.5.2021 - 30.4.2022 |
|
ex 0304 99 23 |
10 20 |
Ġwienaħ tal-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii) (miftuħin ktieb), iffriżati, għall-ipproċessar (*1) |
12 500 |
0 % |
1.5.2022 - 31.10.2022 |
|
|
09.2514 |
0304 49 50 |
10 |
Qagħtat ta’ ħut aħmar (Sebastes spp.), friski jew imkessħin, għall-ipproċessar |
1 300 |
0 % |
1.5.2021 - 30.4.2022 |
|
650 |
0 % |
1.5.2022 - 31.10.2022” |
(1) Mogħti skont il-piż nett, sakemm ma jingħadx mod ieħor.
(*1) Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju, ma għandhiex tingħata tgawdija tal-kwota tariffarja għall-prodotti ddikkjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera