20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 231/2009

tad-19 ta’ Marzu 2009

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 f’dak li għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni tar-rata ta’ rifużjoni għaz-zokkor fil-każ tal-provvisti msemmija fl-Artikoli 36 u 44 ta’ dak ir-Regolament u li twettqu mill-1 sal-25 ta’ Settembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 167(7) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

B’seħħ mis-26 ta’ Settembru 2008, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 947/2008 tal-25 ta’ Settembru 2008 li jissospendi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq zokkor abjad u zokkor mhux raffinat esportat mingħajr ma jkun ipproċessat iktar (2), ir-rifużjoni tal-esportazzjoni mhix iktar disponibbli għaz-zokkor, inkluż zokkor ipprovdut f’konformità mal-Artikoli 36 u 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistipula regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjoni tal-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3)

(2)

F’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament(KE) Nru 800/1999, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-esportaturi biex, għal prodotti mgħobbija kull xahar, jużaw l-aħħar ġurnata tax-xahar biex jiddeterminaw ir-rata ta’ rifużjoni applikabbli għall-provvisti msemmija fl-Artikoli 36 u 44 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata r-rata ta’ rifużjoni applikabbli għall-provvisti ta’ prodotti taz-zokkor li twettqu skont dik il-proċedura mill-1 sal-25 ta’ Settembru 2008.

(3)

Id-dritt għar-rifużjoni fuq il-provvisti li twettqu taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 947/2008, ma għandux jiġi affettwat. Għalhekk, sabiex tiġi ddeterminata dik ir-rifużjoni, jeħtieġ li tiġi ffissata data biex tintuża għal dak il-għan, b’deroga mill-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, id-data tal-25 ta’ Settembru 2008 għandha tintuża biex tiġi ddeterminata r-rata ta’ refużjoni applikabbli għaz-zokkor ipprovdut f’konformità mal-Atikolu 36(1)(a) u (c) u l-Artikolu 44(1)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament matul il-perjodu mill-1 sal-25 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 258, 26.9.2008, p. 60.

(3)   ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.