<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-361/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0361</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:962">EU:C:2020:962</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Saugmandsgaard Øe – Kawża C‑361/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">De Ruiter</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑361/19</HT></P><P>De Ruiter vof</P><P>vs</P><P>Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika agrikola komuni</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti diretti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1306/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 97(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99(1)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 73(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis u esklużjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tas-sena li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi kkalkolat il-perċentwali tat-tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Imputazzjoni tat-tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Sena li fiha jseħħ in-nuqqas ta’ osservanza</KEYWORD><KEYWORD>Sena tal-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza</KEYWORD><KEYWORD>Sentenza Teglgaard u Fløjstrupgård (C‑239/17, EU:C:2018:597)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tkompli mas-sentenza Teglgaard u Fløjstrupgård<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, (C‑239/17, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Teglgaard<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:597">EU:C:2018:597</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mitluba tistabbilixxi jekk, skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni f’dik il-kawża, it-tnaqqis tal-pagamenti diretti dovuti lill-bdiewa minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Għas-sistema ta’ kundizzjonalità, ara l-punti 39 sa 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> kellhomx jiġi kkalkolati abbażi tal-pagamenti mogħtija inkonnessjoni mas-sena kalendarja li fiha kien <HT TYPE="ITALIC">seħħ</HT> dan in-nuqqas ta’ osservanza jew fuq dawk inkonnessjoni mas-sena li fiha l-imsemmi nuqqas ta’ osservanza kien ġie <HT TYPE="ITALIC">kkonstatat</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza Teglgaard, punt 34.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kien meħtieġ li, bħala l-bażi għall-kalkolu, tintuża s-sena ta’ meta <HT TYPE="ITALIC">seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza Teglgaard, punt 59.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-mument meta ngħatat is-sentenza Teglgaard, ir-regoli inkwistjoni f’dik il-kawża kienu diġà ġew imħassra u ssostitwiti b’leġiżlazzjoni ġdida, li biddlet il-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati. Din il-leġiżlazzjoni ġdida hija dik li għandha tiġi interpretata f’din il-kawża, fejn il-kwistjoni li tqum hija l-istess bħal dik li ġiet ittrattata fis-sentenza Teglgaard, iżda fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni l-ġdida: il-bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti diretti għandha tkun is-sena li<?PAGE NO="2"?> fiha <HT TYPE="ITALIC">seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza jew is-sena tal-<HT TYPE="ITALIC">konstatazzjoni</HT> tiegħu? Id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu interpretati huma l-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1200/2005 u (KE) Nru 485/2008 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="549" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 549</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, kif ukoll l-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tal-Artikolu 73(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE> li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="69" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 227, p. 69</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja hija għaldaqstant, essenzjalment, mitluba tistabbilixxi jekk il-leġiżlatur, permezz tal-leġiżlazzjoni l-ġdida, riedx ibiddel is-sena li fuqha għandu jiġi kkalkolat it-tnaqqis bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fi tmiem l-espożizzjoni tiegħi, ser nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għal din id-domanda, fis-sens li jeħtieġ li tintuża sistematikament is-sena li matulha <HT TYPE="ITALIC">seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza bħala bażi għall-kalkolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari li permezz tagħha saret din id-domanda tressqet mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-kuntest ta’ tilwima bejn bidwi u l-minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (il-Ministru tal-Agrikoltura, tan-Natura u tal-Kwalità tal-Ikel, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward ta’ tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti dovuti lill-bidwi minħabba żewġ każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità, impost mill-Ministru fuq il-bidwi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni applikabbli fil-kawża Teglgaard (il-kuntest ġuridiku antik)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ kundizzjonalità ġiet introdotta permezz tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).</P></NOTE>, kif ippreċiżat permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 796/2004<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).</P></NOTE> (Taqsima 1). Sussegwentement, dawn ir-regolamenti ġew imħassra u ssostitwiti, rispettivament, mir-Regolament (KE) Nru 73/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1122/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 316, p. 65</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (Taqsima 2). Huma dawn ir-regolamenti li kienu inkwistjoni fis-sentenza Teglgaard.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1782/2003 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 796/2004</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Essenzjalment, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, kien jipprovdi, fil-verżjoni bil-lingwa Franċiża tiegħu, li, f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità, l-ammont totali tal-pagamenti diretti li għandhom jingħataw għas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>sena kalendarja li matulha ġie kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għandu jitnaqqas<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Skont il-formulazzjoni tal-verżjoni bil-lingwa Franċiża ta’ din id-dispożizzjoni: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[l]orsque les exigences réglementaires en matière de gestion ou les bonnes conditions agricoles et environnementales ne sont pas respectées en raison d’un acte ou d’une omission directement imputable à l’agriculteur concerné, le montant total des paiements directs à octroyer au titre de l’année civile au cours de laquelle le non-respect est constaté, est réduit […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, kważi l-verżjonijiet lingwistiċi kollha l-oħra kienu jsemmu s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>sena li matulha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza Teglgaard, punt 36.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>B’effett mis-sena 2008, ir-Regolament (KE) Nru 146/2008<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> li jemenda r-Regolament Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="046" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 46, p. 1</REF.DOC.OJ>) (il-punt 1(a) tal-Artikolu 1).</P></NOTE> emenda l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Meta l-kondizzjonijiet amministrattivi statutarji jew il-kondizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin ma jiġux osservati fi kwalunkwe ħin matul sena kalendarja partikolari, (minn issa ’l quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>is-sena kalendarja kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>), u n-nuqqas ta’ konformità in kwistjoni ikun ir-riżultat ta’ att jew ommissjoni attribwita direttament lill-bidwi li jkun li jkun ippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna tul is-sena kalendarja kkonċernata, l-ammont totali tal-pagamenti diretti li għandu jingħata lil dak il-bidwi, […] għandu jitnaqqas jew ikun ikkanċellat […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 796/2004 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="066.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>[…] fejn nuqqas stabbilit ta’ konformità jirriżulta minn negliġenza tal-bidwi, għandu jiġi applikat tnaqqis fuq l-ammont kollu ta’ ħlasijiet diretti, […] li jkun, jew għandu, jingħata lill-bidwi konċernat wara li jkun bagħat jew ikun ser jibgħat applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-kors tas-sena kalendarja tas-sejba. […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 73/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1122/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>B’effett mid-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat permezz tar-Regolament Nru 146/2008, ġie ssostitwit bl-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009, u b’effett mit-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, l-Artikolu 66(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 796/2004 ġie ssostitwit bl-Artikolu 70(8)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1122/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn fi kwalunkwe żmien f’sena kalendarja partikolari (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>is-sena kalendarja konċernata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>) ma ssirx konformità mal-kundizzjonjiet amministrattivi statutorji u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, u n-nuqqas ta’ konformità msemmi jkun ir-riżultat ta’ att jew ta’ nuqqas direttament marbut mal-bidwi li kien ippreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna fis-sena kalendarja konċernata, l-ammont totali ta’ pagamenti diretti li ngħata jew għandu jingħata lil dak il-bidwi […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(8)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1122/2009 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.008"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-applikazzjoni tat-tnaqqisiet, il-perċentwal tat-tnaqqis għandu jiġi applikat mal-ammont totali ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-ammont kumplessiv tal-pagamenti diretti li ngħata, jew li għandu jingħata, lill-bidwi konċernat b’segwitu tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna li hu ppreżenta jew li se jippreżenta matul is-sena kalendarja tas-sejba […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-kawża prinċipali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>B’effett mis-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità previsti mir-Regolament Nru 73/2009 ġew issostitwiti b’dawk previsti mir-Regolament Nru 1306/2013<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Nippreċiża li, filwaqt li d-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità previsti mir-Regolament Nru 73/2009 ġew issostitwiti b’dawk previsti fir-Regolament Nru 1306/2013, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 73/2009 ġew formalment imħassra bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="608" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 608</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (Taqsima 1) u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 (Taqsima 2). Huma dawn ir-regolamenti, li jifformaw parti mir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), li jeħtieġ li jiġu interpretati f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1306/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-premessa 53 tar-Regolament Nru 1306/2013 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ir-Regolament [Nru 1782/2003], li kien issostitwit mir-Regolament Nru 1782/2003], stabbilixxa l-prinċipju li l-pagament sħiħ lil benefiċjarji ta’ xi għajnuniet skont il-PAK għandu jkollu rabta mal-konformità ma’ regoli relatati mal-ġestjoni ta’ artijiet, il-produzzjoni agrikola u l-attività agrikola. […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-premessa 57 ta’ dan ir-regolament tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Is-sistema ta’ kondizzjonalità timplika ċerti limitazzjonijiet amministrattivi kemm għal benefiċjarji kif ukoll għal amministrazzjonijiet nazzjonali minħabba li għandha tiġi żgurata ż-żamma ta’ rekords, għandhom isiru kontrolli u għandhom jiġu applikati pieni fejn ikun meħtieġ. Dawk il-pieni għandhom ikunu proporzjonati, effettivi u disswassivi. Tali pieni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal pieni oħra stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, ikun adatt li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jkunu kkonsolidati fi strument legali wieħed. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 91(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="091.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 92 ma jkunx konformi mar-regoli dwar il-kondizzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 93, għandha tiġi imposta piena amministrattiva fuq dak il-benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Applikazzjoni tal-piena amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-piena amministrattiva prevista fl-Artikolu 91 għandha tiġi imposta fejn ir-regoli dwar il-kondizzjonalità ma jiġux irrispettati fi kwalunkwe żmien f’sena kalendarja partikolari (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>is-sena kalendarja kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>), u fejn in-nuqqas ta’ konformità inkwistjoni jkun jista’ jiġi attribwit direttament lill-benefiċjarju li jkun issottometta l-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għal pagament fis-sena kalendarja kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 99 tar-Regolament Nru 1306/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Kalkolu tal-piena amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="099.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-piena amministrattiva prevista fl-Artikolu 91 għandha tkun applikata permezz ta’ tnaqqis jew esklużjoni tal-ammont totali tal-pagamenti elenkati fl-Artikolu 92 mogħti jew li jkollu jingħata lill-benefiċjarju kkonċernat fir-rigward tal-applikazzjonijiet ta’ għajnuna li jkun ppreżenta jew li ser jippreżenta matul is-sena kalendarja tas-sejba.</ALINEA><ALINEA>Għall-kalkolu ta’ dak it-tnaqqis u l-esklużjonijiet, għandhom jiġu kkunsidrati s-severità, id-daqs, il-permanenza u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta’ konformità li jkun instab, kif ukoll tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Kalkolu u applikazzjoni tal-pieni amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. L-Artikolu 73 li jaqa’ taħt dan il-kapitolu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi fil-paragrafu 4(a) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="073.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-piena amministrattiva għandha tiġi applikata għall-ammont kollu tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li ngħataw jew li se jingħataw lil dak il-benefiċjarju:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>b’segwitu għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew għat-talbiet għall-ħlas li jkun ressaq fis-sena li fiha saret is-sejba jew li jkun se jressaq fiha; […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa bidwi. Fl-2016, wara spezzjoni fir-razzett tar-rikorrent, in-Nederlandse Voedsel- en Warenautoriteit (l-Awtorità Olandiża għall-Kontroll tal-Prodotti tal-Ikel u tal-Prodotti tal-Konsum, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>NVWA<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) ikkonstatat żewġ każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità: każ li jirrigwarda l-qasam tas-saħħa, li seħħ fl-2015, u każ li jirrigwarda l-qasam tal-benesseri tal-annimali, li seħħ fl-2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, wara skambju ta’ korrispondenza mar-rikorrent, in-NVWA tat deċiżjoni li imponiet tnaqqis lir-rikorrent ta’ 5 % fuq il-pagamenti diretti li kellhom jingħatawlu għas-sena 2016, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni, li l-ministru ċaħdu bħala infondat permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>. Ir-rikorrent imbagħad ippreżenta appell kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li l-Ministru huwa ġġustifikat jimponi tnaqqis fuq ir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva, l-ewwel nett, li l-ewwel każ ta’ nuqqas ta’ osservanza seħħ fl-2015, filwaqt li l-ieħor seħħ fl-2016. Il-konstatazzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza seħħet fl-2016. Għall-ewwel każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, is-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza ma tikkorrispondix, għaldaqstant, għas-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata għaldaqstant li, għal kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza, in-NVWA imponiet tnaqqis ta’ 3 % mill-ammont tal-għajnuna skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="48" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 181, p. 48</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Peress li ż-żewġ każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza ġew ikkonstatati fl-istess sena, jiġifieri fl-2016, u jaqgħu f’oqsma differenti tal-kundizzjonalità, in-NVWA żiedet it-tnaqqis u stabbilixxiethom flimkien għall-massimu ta’ 5 %, skont l-Artikolu 74 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014. In-NVWA kkalkolat għaldaqstant, it-tnaqqis tal-pagamenti diretti billi bbażat ruħha fuq is-sena li matulha ġew <HT TYPE="ITALIC">ikkonstatati</HT> l-każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza (fl-2016), u mhux fuq is-snin li matulhom iż-żewġ każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza <HT TYPE="ITALIC">seħħew</HT> (fl-2015 u fl-2016, rispettivament).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li dan il-metodu ta’ kalkolu tat-tnaqqis huwa konformi mal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013, u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(4) u mal-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014. Fil-fatt, hija ssostni li jirriżulta ċar minn dawn id-dispożizzjonijiet li t-tnaqqis tal-pagamenti diretti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-pagamenti diretti mogħtija fuq il-bażi tas-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> tan-nuqqas ta’ osservanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma’ ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni inkwantu, meta s-sena li fiha jseħħ in-nuqqas ta’ osservanza u s-sena tal-konstatazzjoni tal-imsemmi nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità ma jkunux jaqblu, it-tnaqqis jiġi kkalkolat abbażi tas-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT>. B’mod iktar partikolari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt dwar jekk, fid-dawl tal-motivi tas-sentenza Teglgaard, l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhomx jitqiesu bħala li jmorru kontra l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-qorti tar-rinviju, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190423">23 ta’ April 2019</DATE>, li waslet fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20190503">3 ta’ Mejju 2019</DATE>, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>L-Artikolu 99(1) tar-Regolament [Nru 1306/2013] u l-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament [ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014] huma validi, u dan sa fejn is-sena ta’ konstatazzjoni hija deċiżiva għad-determinazzjoni tas-sena li għaliha t-tnaqqis tan-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità huwa kkalkolat meta s-sena li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità ma tkunx l-istess bħas-sena ta’ konstatazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-Gvern Olandiż, Daniż u dak Ġermaniż, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, dawn il-partijiet interessati, kif ukoll il-Gvern Svediż, irrispondew għad-domandi bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20200427">27 ta’ April 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari fuq id-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, kif hija fformulata, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tal-Artikolu 73(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014, u mhux dwar l-<HT TYPE="ITALIC">interpretazzjoni</HT> ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Hija ssostni fil-fatt li jirriżulta ċar minn dawn id-dispożizzjonijiet li t-tnaqqis tal-pagamenti għandu jkun ikkalkolat abbażi tal-pagamenti mogħtija fis-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> tan-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Issa, jiena ma naqbilx mal-premessa dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tal-Artikolu 73(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014, li fuqha hija bbażata d-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dawn id-dispożizzjonijiet ma jippermettux li jiġi stabbilit b’mod ċar, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, jekk din il-leġiżlazzjoni tiħux is-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jkun seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza jew is-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> bħala l-bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis. Għaldaqstant, jeħtieġ, qabelxejn, li tingħata risposta għal din id-domanda fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu interpretati mhux biss id-dispożizzjonijiet imsemmija fid-domanda preliminari, imma fuq kollox, l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Fil-fatt, jeħtieġ li wieħed jistaqsi dwar il-punt jekk il-kalkolu tat-tnaqqis huwiex irregolat mill-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 iktar milli mill-Artikolu 99(1) ta’ dan ir-regolament u mill-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tal-Artikolu 73(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>B’din il-preċiżazzjoni, jidhirli fil-fatt, kif ser nispjega iktar ’il quddiem, li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jirrigwardaw is-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jkun seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza bħala bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis, ħaġa li timplika li l-kwistjoni tal-validità tad-dispożizzjonijiet imqajma mill-qorti tar-rinviju ma tqumx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-unika domanda li jeħtieġ li tingħata risposta f’din il-kawża hija għaldaqstant dik li tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati sabiex jiġi stabbilit liema sena għandha tintgħażel bħala bażi sabiex jiġi kkalkolat it-tnaqqis tal-pagamenti diretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premess, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, jeħtieġ li d-domanda preliminari terġa’ tiġi fformulata bil-mod kif ġej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Infakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, hija din tal-aħħar li għandha l-obbligu tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. Minn din il-perspettiva, huwa l-obbligu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriformula d-domandi li jsirulha jew li teżamina jekk domanda dwar il-validità ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hijiex ibbażata fuq interpretazzjoni korretta tat-test inkwistjoni. Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Krüger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:378">EU:C:1997:378</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>: l-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 kif ukoll l-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tal-Artikolu 73(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tnaqqis tal-pagamenti diretti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-pagamenti mogħtija għas-sena kalendarja li fiha jkun <HT TYPE="ITALIC">seħħ</HT> dan in-nuqqas ta’ osservanza jew abbażi tal-pagamenti mogħtija għas-sena li fiha jkun ġie <HT TYPE="ITALIC">kkonstatat</HT> l-imsemmi nuqqas ta’ osservanza?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, jidhirli li huwa utli, l-ewwel nett, li jsiru xi tfakkiriet dwar is-sistema ta’ tnaqqis f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità (Parti B). Imbagħad, ser infakkar it-tagħlim tas-sentenza Teglgaard (Parti Ċ) qabel ma nipproċedi bl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-kawża prinċipali (Parti D).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sistema ta’ tnaqqis f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fil-qasam tal-PAK, sabiex ikunu eliġibbli għall-pagamenti diretti, il-bdiewa għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà. Sakemm ikunu qegħdin jirċievu din l-għajnuna, huma jkunu suġġetti wkoll għar-regoli ta’ kundizzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ir-regoli ta’ kundizzjonalità jorbtu l-pagament sħiħ tal-għajnuna diretta mal-osservanza tar-regoli fil-qasam tal-art agrikola, tal-produzzjoni u tal-biedja, li huma intiżi li jintegraw regoli bażiċi fil-qasam tal-ambjent, tas-sikurezza tal-ikel, tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali, u ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq. F’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-regoli, l-Istati Membri għandhom jissospendu din l-għajnuna b’mod sħiħ jew parzjali. Ir-regoli ta’ kundizzjonalità jobbligaw għaldaqstant għall-bdiewa li josservaw, matul kull sena ta’ attività, ir-rekwiżiti regolatorji fil-qasam tal-ġestjoni u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, li jifformaw ir-regoli tal-kundizzjonalità (ara s-sentenza Teglgaard, punti 40 sa 42).</P></NOTE> li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ikun issanzjonat permezz ta’ tnaqqis, f’perċentwali, mill-ammont totali tal-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>It-tnaqqis tal-pagamenti diretti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità jsir f’żewġ fażijiet: il-<HT TYPE="ITALIC">kalkolu</HT> tat-tnaqqis u, sussegwentement, l-<HT TYPE="ITALIC">imputazzjoni</HT> tat-tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi kkalkolat it-tnaqqis, l-għażla bejn is-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jkun seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza u s-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> tiegħu, bħala bażi għall-kalkolu, jista’ jkollha impatt kbir fuq il-portata tat-tnaqqis. Fil-fatt, iċ-ċirkustanzi materjali, bħalma huwa n-numru ta’ ettari maħduma, li għalihom jingħataw il-pagamenti diretti, jistgħu jvarjaw sostanzjalment minn sena għall-oħra. Minħabba f’hekk, meta n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità ma jiġix ikkonstatat fl-istess sena li fiha jkun seħħ, billi tintuża s-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> bħala l-bażi għall-kalkolu, l-ammont tal-pagamenti li għalih japplika t-tnaqqis jista’ jkun ikbar minn dak tas-sena li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ osservanza f’każ ta’ żieda fin-numru ta’ ettari jew, għall-kuntrarju, inqas f’każ ta’ tnaqqis fin-numru ta’ ettari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Teglgaard, punti 48 u 53. Għal eżempju konkret, ara l-punti 72 sa 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Min-naħa l-oħra, meta s-sena li fiha jseħħ il-ksur hija l-istess bħas-sena tal-konstatazzjoni tiegħu, l-għażla bejn is-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza u s-sena tal-konstatazzjoni ma tkunx meħtieġa.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Hija din is-sitwazzjoni, fejn l-ammont tal-pagamenti diretti huwa differenti fis-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza mis-sena tal-konstatazzjoni, li kienet il-mertu tas-sentenza Teglgaard<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>F’din il-kawża, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tippreċiżax jekk iċ-ċirkustanzi materjali li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tal-bidwi kkonċernat nbidlux bejn is-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza (2015) u dik tal-konstatazzjoni tiegħu (2016) fir-rigward tal-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità fil-qasam tas-saħħa.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tagħlim tas-sentenza Teglgaard</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għal din il-kawża, is-sentenza Teglgaard hija rilevanti minn żewġ aspetti b’mod partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fl-ewwel lok</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonfrontata bi kwistjoni ta’ interpetazzjoni simili għal dik ta’ din il-kawża, jiġifieri l-għażla bejn l-użu tas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza u s-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> bħala l-bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti diretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, hija kienet tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003. Il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma kinitx ċara minħabba d-diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi tagħha. Essenzjalment, il-verżjoni bil-lingwa Franċiża ta’ din id-dispożizzjoni kienet tipprovdi li s-sena rilevanti għat-tnaqqis tal-pagamenti kienet is-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> tan-nuqqas ta’ osservanza. Min-naħa l-oħra, kważi l-verżjonijiet lingwistiċi kollha l-oħra ta’ din id-dispożizzjoni kienu jipprovdu li s-sena rilevanti għal dan it-tnaqqis kienet is-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza Teglgaard, punt 36.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Quddiem dawn iż-żewġ possibbiltajiet ta’ interpretazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet <HT TYPE="ITALIC">is-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza</HT>. Sabiex tagħmel dan, hija bbażat ruħha b’mod partikolari fuq, min-naħa, l-għan tar-regoli ta’ kundizzjonalità, u min-naħa l-oħra, il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija kkunsidrat l-ewwel nett li, huwa biss l-użu, bħala bażi għall-kalkolu, tas-sena li fiha jseħħ in-nuqqas ta’ osservanza li kien kapaċi li jiżgura t-twettiq tal-għan tar-regoli ta’ kundizzjonalità fil-każijiet kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija indikat li l-għan tar-Regolament Nru 1782/2003 fil-qasam tal-osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità kien li <HT TYPE="ITALIC">jorbot</HT> il-pagament tal-għajnuna diretta mal-osservanza tar-regoli dwar l-amministrazzjoni u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin, li jifformaw ir-regoli ta’ kundizzjonalità. F’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, l-Istati Membri kellhom jimponu tnaqqis fuq l-ammont tal-pagamenti diretti. Issa, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti tikseb is-sens kollu tagħha biss jekk is-sanzjoni għall-ksur tagħhom twassal għal tnaqqis tal-pagamenti diretti li għandhom jingħataw fis-sena kalendarja li fiha seħħ dan il-ksur. Fil-fatt, kienet biss tali korrispondenza li setgħet tiżgura ż-żamma ta’ <HT TYPE="ITALIC">rabta</HT> bejn l-imġieba tal-bidwi li jagħti lok għas-sanzjoni u s-sanzjoni nnifisha, peress li ċ-ċirkustanzi materjali li minħabba fihom jingħataw il-pagamenti diretti setgħu jvarjaw minn sena għall-oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza Teglgaard, punti 40 sa 43.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Sussegwentement, hija ddeċidiet li huwa biss l-użu, bħala bażi għall-kalkolu, tas-sena li fiha jseħħ in-nuqqas ta’ osservanza li kien kapaċi, fi kwalunkwe każ, li jiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, it-teħid inkunsiderazzjoni tas-sena tal-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità sabiex jiġi kkalkolat it-tnaqqis tal-pagamenti diretti ma jistax jiżgura r-rabta bejn l-aġir tal-bidwi li wassal għal tali tnaqqis u dan it-tnaqqis. Għall-kuntrarju, l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità baqgħet dejjem żgurata meta t-tnaqqis tal-pagamenti diretti kien ikkalkolat fuq l-ammont tal-pagamenti diretti mogħtija jew li kellhom jingħataw għas-sena kalendarja li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità, peress li tali rabta hija ppreservata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza Teglgaard, punti 40 sa 43 u 49 sa 51.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-użu tas-sena li fiha jseħħ in-nuqqas ta’ osservanza kien tali li jiggarantixxi l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, l-għażla ta’ din is-sena bħala bażi għall-kalkolu kienet tippermetti l-eliminazzjoni tar-riskju li l-ammont tal-pagamenti li għalih japplika t-tnaqqis ikun ogħla jew inqas minn dak tas-sena ta’ konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità, ħaġa li kienet tali li tiggarantixxi l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-bdiewa u, min-naħa l-oħra, trendi prevedibbli għall-bidwi kkonċernat il-konsegwenzi finanzjarji li huwa jkollu jaffaċċja minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza Teglgaard, punti 48, 52 u 53.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fit-tieni lok</HT>, fis-sentenza Teglgaard, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat id-dispożizzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-kalkolu tat-tnaqqis li ppreċedew il-leġiżlazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża. Għalkemm il-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet preċedenti nbidlet maż-żmien<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dawn huma, min-naħa, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, kif emendat permezz tar-regolament Nru 146/2008, kif ukoll l-Artikolu 66(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 796/2004 u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009 u l-Artikolu 70(4) u (8)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1122/2009. Dawn id-dispożizzjonijiet huma ċċitati fit-Taqsima II.A ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja tathom interpretazzjoni identika. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni ċara bejn il-<HT TYPE="ITALIC">kalkolu</HT> u l-<HT TYPE="ITALIC">imputazzjoni</HT> tat-tnaqqis. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet preċedenti jiġu interpretati fis-sens li t-tnaqqis jeħtieġ li jiġi <HT TYPE="ITALIC">kkalkolat</HT> abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw għas-sena li fiha jkun <HT TYPE="ITALIC">seħħ</HT> dan in-nuqqas ta’ osservanza, mentri t-tnaqqis tal-pagamenti diretti hekk ikkalkolati għandhom ikunu <HT TYPE="ITALIC">imputati</HT> fuq il-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw għas-sena kalendarja li fiha jkun ġie <HT TYPE="ITALIC">kkonstatat</HT> in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza Teglgaard, punti 34 sa 59.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Kif indikajt fl-introduzzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-domanda li tqum fil-kuntest ta’ din il-kawża hija dwar jekk din l-interpretazzjoni tapplikax ukoll għal-leġiżlazzjoni ġdida, jew jekk il-leġiżlatur riedx ibiddel is-sena li fuqha għandu jiġi kkalkolat it-tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, jidhirli l-ewwel nett li jkun utli li nibda bl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet previsti fir-regolament bażiku, jiġifieri l-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (Parti D), qabel ma nipproċedi għall-interpretazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 Parti E). Fil-fatt, bħala regolament ta’ implimentazzjoni adottat bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni li tinsab fir-Regolament Nru 1306/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 għandu jiġi interpretat skont ir-Regolament Nru 1306/2013 u ma jistax jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, li minnu huwa dderivat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Teglgaard, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1306/2013</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għall-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1306/2013, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009 huwa ta’ interess partikolari, peress li hija din id-dispożizzjoni tar-regolament bażiku li jippreċedi r-Regolament Nru 1306/2013 li l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat bħala li tirreferi għas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza bħala l-bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza Teglgaard, punti 55 u 56.</P></NOTE>. Id-domanda li tqum hija għaldaqstant dik dwar liema dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1306/2013 issostitwixxiet l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nikkonstata, l-ewwel nett, li r-Regolament Nru 1306/2013 ma fih ebda dispożizzjoni identika għal dik tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009, imma żewġ dispożizzjonijiet, jiġifieri l-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 99(1) li, mad-daqqa ta’ għajn, għandhom it-tnejn li huma formulazzjoni simili għal dik tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Filwaqt li l-ewwel parti tal-formulazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009 hija viċin dik tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013, it-tieni parti ta’ din l-ewwel dispożizzjoni hija viċin dik tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Imbagħad, ninnota li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jagħmlu t-tnejn li huma riferiment għal sena partikolari imma differenti: l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jirreferi għas-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT>, filwaqt li l-Artikolu 97(1) tal-istess regolament jirreferi għas-sena kalendarja li matulha l-benefiċjarju għandu josserva r-regoli ta’ kundizzjonalità, ħaġa li tikkorrispondi għas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Teglgaard, punt 55, dwar l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>sena kalendarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Sa fejn naf jien, id-dispożizzjonijiet huma identiċi fid-diversi verżjonijiet lingwistiċi fuq dan il-punt u huma għaldaqstant ċari f’dan ir-rigward.</P></NOTE>. Id-domanda li tqum hija għaldaqstant dwar <HT TYPE="ITALIC">liema</HT> minn dawn id-dispożizzjonijiet tirrigwarda l-kalkolu tat-tnaqqis u, b’mod iktar ġenerali, jekk il-leġiżlatur riedx għall-fini ta’ bażi għall-kalkolu, ibiddel l-użu tas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza kif jipprevedu l-leġiżlazzjonijiet preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-partijiet interessati fformaw essenzjalment żewġ opinjonijiet differenti fuq dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Min-naħa, il-Gvern Ġermaniż u dak Olandiż kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu li l-leġiżlatur ried, permezz tal-leġiżlazzjoni l-ġdida, ibiddel is-sena li abbażi tagħha jeħtieġ li jiġi kkalkolat it-tnaqqis. Huma jikkunsidraw li l-Artikolu 23(1) preċedenti tar-Regolament Nru 73/2009, dwar il-kalkolu, ġie ssostitwit bl-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Peress li din l-aħħar dispożizzjoni tirreferi għas-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT>, jeħtieġ għaldaqstant li t-tnaqqis jiġi kkalkolat abbażi ta’ din is-sena.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gvern Daniż, il-Parlament u l-Kunsill huma tal-fehma li l-leġiżlazzjoni l-ġdida hija essenzjalment identika għal-leġiżlazzjonijiet preċedenti, u li l-leġiżlatur ma riedx ibiddel is-sena rilevanti għall-kalkolu tat-tnaqqis. Huma jikkunsidraw essenzjalment li l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jirregola mhux il-<HT TYPE="ITALIC">kalkolu</HT> tat-tnaqqis, imma l-<HT TYPE="ITALIC">imputazzjoni</HT> tiegħu. Jirriżulta għaldaqstant minn din id-dispożizzjoni, li tirreferi għas-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT>, li t-tnaqqis għandu jkun <HT TYPE="ITALIC">imputat</HT> fuq il-pagamenti mogħtija waqt dik is-sena. Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-<HT TYPE="ITALIC">kalkolu</HT> tat-tnaqqis, il-Gvern Daniż isostni li huwa l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 li ssostitwixxa l-Artikolu 23(1) preċedenti tar-Regolament Nru 73/2009, u li, għaldaqstant, jeħtieġ li t-tnaqqis jiġi kkalkolat abbażi tas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza, kif tipprevedi din l-ewwel dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Il-Parlament u l-Kunsill huma wkoll tal-fehma li l-kalkolu tat-tnaqqis għandu jkun ibbażat fuq il-pagamenti mogħtija għas-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza. Madankollu, huma ma ppreċiżawx fuq liema dispożizzjoni(jiet) huma qegħdin jibbażaw ruħhom f’dan ir-rigward.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Jien naqbel ma’ din l-aħħar interpretazzjoni partikolarment minħabba r-raġunijiet segwenti. Fl-ewwel lok, jirriżulta minn tabella ta’ korrelazzjoni li huwa fil-fatt l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 li ssostitwixxa l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009 (Taqsima 1). Fit-tieni lok, huwa biss l-użu tas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha seħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza bħala bażi ta’ kalkolu li jista’ jiżgura fil-każijiet kollha t-twettiq tal-għan tar-Regolament Nru 1306/2013 fil-qasam tal-osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità (Taqsima 2). Fit-tielet lok, fil-fehma tiegħi, mill-ġenesi tar-Regolament Nru 1306/2013 ma jistax jiġi dedott li l-leġiżlatur <HT TYPE="ITALIC">ried</HT> ibiddel ir-regoli preċedenti fuq dan il-punt; pjuttost il-kuntrarju (Taqsima 3).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-formulazzjoni tal-Artikolu 97(1) u tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 kif ukoll il-kuntest li fih qegħdin dawn id-dispożizzjonijiet b’paragun mar-regolament preċedenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Qabelxejn, ninnota li skont il-formulazzjoni tagħhom, kemm l-Artikolu 97(1) kif ukoll l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jistgħu, fil-prinċipju, jinftiehmu bħala li jirrigwardaw il-kalkolu tat-tnaqqis u jitqiesu, għaldaqstant, bħala li jissostitwixxu l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009. Fil-fatt, ebda wieħed minnhom ma jsemmi espliċitament is-sena li abbażi tagħha jeħtieġ li jiġi kkalkolat it-tnaqqis. Min-naħa l-oħra, it-tnejn li huma jużaw frażi b’tifsira wiesgħa, it-tnaqqis għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/><HT TYPE="ITALIC">japplika</HT><QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, ħaġa li tista’ tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/><HT TYPE="ITALIC">ikkalkolat</HT><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> imma wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/><HT TYPE="ITALIC">imputat</HT><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Teglgaard, punti 44 u 45, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Teglgaard u Fløjstrupgård</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:328">EU:C:2018:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tal-Artikolu 97(1) u tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jużaw terminu daqstant wiesa’ bħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>appliquer<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>imposed<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>applied<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> bil-lingwa Ingliża, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>opgelegd<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bil-lingwa Olandiża, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>pålægges<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>anvendes<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> bil-lingwa Daniża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Dan premess, nikkonstata madankollu li mit-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness XI tar-Regolament Nru 1307/2013 jirriżulta li huwa l-Artikolu 97 ta’ dar-Regolament Nru 1306/2013 li ssostitwixxa l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 73/2009<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-Artikolu 72(2) tar-Regolament Nru 1307/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Tħassir<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li r-riferimenti għar-Regolament Nru 73/2009 jinftiehmu bħala li saru għar-Regolament Nru 1306/2013 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness XI tar-Regolament Nru 1307/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Infakkar li r-regoli fil-qasam tal-kundizzjonalità previsti mir-Regolament Nru 73/2009 ġew formalment imħassra permezz tar-Regolament Nru 1307/2013, filwaqt li ġew issostitwiti permezz tad-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament Nru 1306/2013<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Ir-Regolamenti Nru 1306/2013 u 1307/2013, li t-tnejn li huma jifformaw parti mir-riforma tal-PAK, huma għaldaqstant marbutin mill-qrib<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>B’mod partikolari, ir-Regolament Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu japplikaw għall-miżuri previsti mir-Regolament Nru 1307/2013 (ara l-premessa 4 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar).</P></NOTE>. Huwa f’dan il-kuntest li t-tabella li tindika l-korrelazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet imħassra tar-Regolament Nru 73/2009 ġiet annessa mar-Regolament Nru 1307/2013<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-Anness XI tar-Regolament Nru 1307/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Skont din it-tabella, jiena nitlaq mill-prinċipju li huwa l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 li jiddetermina s-sena li abbażi tagħha jeħtieġ li jiġi kkalkolat it-tnaqqis tal-pagament, ħaġa li twassalni sabiex nagħmel il-mistoqsija li ġejja: x’inhu għaldaqstant l-għan tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Bħall-Gvern Daniż, il-Kunsill u l-Parlament, jidhirli li din id-dispożizzjoni tikkonċerna l-<HT TYPE="ITALIC">imputazzjoni</HT> tat-tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għal dik li hija formulazzjoni, nikkonstata, l-ewwel nett, xebh kbir bejn din id-dispożizzjoni u d-dispożizzjoni preċedenti li kienet tirrigwarda l-<HT TYPE="ITALIC">imputazzjoni</HT> tat-tnaqqis, jiġifieri l-Artikolu 70(8)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1122/2009. Għaldaqstant, jidhirli li din l-aħħar dispożizzjoni ġiet introdotta mil-leġiżlatur fir-Regolament Bażiku Nru 1306/2013 fil-forma tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 99(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Imbagħad, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mit-tabella ta’ korrelazzjoni msemmija iktar ’il fuq. Fil-fatt, jirriżulta minn din it-tabella li l-Artikolu 99 tar-Regolament Nru 1306/2013 jikkorrispondi għall-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 73/2009 l-antik. Nikkonstata f’dan ir-rigward li dan l-aħħar artikolu fih paragrafi simili għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 99(1) u għall-Artikolu 99(2) sa (4) tar-Regolament Nru 1306/2013. Madankollu ma fihx dispożizzjoni ekwivalenti għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013, ħaġa li ssaħħaħ l-idea li din id-dispożizzjoni tikkorrispondi għall-Artikolu 70(8)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1122/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premess, jeħtieġ li jiġi miċħud l-argument imressaq mill-Gvern Ġermaniż u dak Olandiż kif ukoll mill-Kummissjoni dwar it-titolu tal-Artikolu 99, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Kalkolu tal-piena amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li ma kienx jinstab fir-regolamenti preċedenti. Ċertament, dan it-titolu jista’ jindika li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jirrigwarda l-kalkolu tat-tnaqqis u li jirreferi, għaldaqstant, għas-sena li fuqha jeħtieġ li jiġi kkalkolat it-tnaqqis. Madankollu, jeħtieġ li jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-argumenti esposti iktar ’il fuq ma jikkorroborawx din l-interpretazzjoni. Min-naħa l-oħra, kif sostna l-Kunsill, it-titolu tal-Artikolu 99 jista’ jiġi spjegat bil-fatt li kważi l-Artikolu 99 kollu, jiġifieri t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, kif ukoll il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-artikolu, jirrigwarda fil-fatt il-kalkolu tat-tnaqqis, b’mod iktar partikolari l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt il-kalkolu, bħalma huma l-gravità, il-portata, il-persistenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza kkonstatat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għan tas-sistema tal-kundizzjonalità</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Teglgaard, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għan tar-Regolament Nru 1782/2003 fil-qasam tal-osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità kien li <HT TYPE="ITALIC">torbot</HT> il-pagament tal-għajnuniet diretti mal-osservanza tar-regoli fil-qasam tal-art agrikola, tal-produzzjoni u tal-biedja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza Teglgaard, punti 40 sa 43, imsemmija fil-punti 47 u 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li dan l-għan inżamm fir-Regolament Nru 1306/2013, kif tindika l-premessa 53 tiegħu. Għaldaqstant, din il-premessa tfakkar li r-regolamenti bażiċi antiki, ir-Regolament Nru 1782/2003 u r-Regolament Nru 73/2009, stabbilixxew il-prinċipju li skontu l-pagament sħiħ lill-benefiċjarji għandu jkun <HT TYPE="ITALIC">marbut</HT> mal-osservanza tar-regoli ta’ ġestjoni tal-art agrikola, tal-produzzjoni agrikola u tal-biedja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, u l-istess kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Teglgaard, jista’ jiġi dedott minn dan l-għan li hija s-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza, li jirreferi għaliha l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013, li għandha tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis. Fil-fatt, hija biss din is-sena li hija kapaċi li tiżgura fil-każijiet kollha r-rabta bejn l-aġir<?PAGE NO="13"?> tal-bidwi u s-sanzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza Teglgaard, punti 40 sa 43.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, it-teħid inkunsiderazzjoni tas-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> sabiex jiġi kkalkolat it-tnaqqis ma jippermettix din ir-rabta li tiġi żgurata b’mod sistematiku. L-istess japplika għall-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza Teglgaard, punti 49 sa 51.</P></NOTE>. Iktar minn hekk, l-użu tas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza jaqdi aħjar il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara s-sentenza Teglgaard, punti 48, 52 u 53.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Sabiex nispjega dan permezz ta’ eżempju, jidhirli li dak użat mill-Avukat Ġenerali Sharpston fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Teglgaard huwa rilevanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑239/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:328">EU:C:2018:328</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>: l-ipoteżi ta’ tliet bdiewa A, B u Ċ li għandhom irziezet identiċi u li kull wieħed minnhom għandu dritt għal għajnuna diretta ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> għas-sena 1. Huma jwettqu l-istess ksur tar-regoli ta’ kundizzjonalità matul is-sena 1 imma l-ksur ma jinkixifx f’dik is-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Matul is-sena 2, il-bidwi A jwaqqaf l-attività agrikola tiegħu u jittrasferixxiha lil bidwi ieħor. Il-bidwi B ikompli jaħdem l-istess proprjetà u jitlob l-istess somma (EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>) bħala għajnuna diretta. Il-bidwi Ċ iżid il-wiċċ tal-operat tiegħu u, konsegwentement, jitlob iktar għajnuna diretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-ksur jinkixef matul is-sena 3. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistabbilixxu debitament il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>konstatazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> dwar in-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti u jadottaw deċiżjonijiet li jnaqqsu l-għajnuna diretta għal kull bidwi abbażi ta’ 3 % kkalkolata fuq id-dritt ta’ kull bidwi għall-għajnuna diretta għas-sena 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-bidwi A (li ma talabx għajnuna diretta għas-sena 3, peress li waqqaf l-attività agrikola tiegħu) huwa suġġett għal tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna ta’ 3 % × 0. Għaldaqstant ma ġiet imposta lilu ebda sanzjoni. Il-bidwi B, li jkompli jaħdem l-istess wiċċ bħas-sena 1, u għandu dritt għal EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> ta’ għajnuna diretta għas-sena 3, jiġi impost fuqu tnaqqis fuq l-ammont tal-għajnuna diretta tiegħu ta’ 3 % × EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, jiġifieri EUR 300. Is-sanzjoni li ġiet imposta fuqu hija l-istess bħal dik li kienet tiġi imposta fuqu kieku s-sena li fiha seħħ il-ksur ittieħdet bħala bażi għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-għajnuna ta’ 3 %. Il-bidwi Ċ estenda sostanzjalment l-operat tiegħu u għandu dritt għal EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> bħala għajnuna diretta għas-sena 3. Konsegwentement, is-sanzjoni tiegħu għan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi tiegħu matul is-sena 1 hija t-tnaqqis ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT>, applikat għall-ammont ta’ għajnuna diretta li għandha tingħata għas-sena 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Wieħed josserva li r-riżultat tal-applikazzjoni tal-metodu bbażat fuq is-<HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT> jwassal għal sanzjonijiet differenti ħafna għat-tliet bdiewa A, B u Ċ (ta’ EUR 0, EUR 300 u EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> rispettivament) għal eżattament l-istess ksur tar-regoli ta’ kundizzjonalità matul is-sena 1. Issa, tali riżultat ma huwiex kompatibbli la mal-għan tar-Regolament Nru 1306/2013, u lanqas mal-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenza Teglgaard punti 43 u 49 sa 51.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premess, jeħtieġ, min-naħa, li jiġi miċħud l-argument imressaq mill-Kummissjoni dwar l-għan tar-Regolament Nru 1306/2013. Ċertament, huwa minnu li s-sanzjonijiet amministrattivi fil-forma ta’ tnaqqis ta’ pagamenti għandhom ikunu dissważivi u effettivi, ħaġa li toħroġ mill-premessa 57 tar-Regolament Nru 1306/2013. Dan l-għan ġenerali ma jistax madankollu, fid-dawl ta’ dak li għadni kif spjegajt, jiġġustifika l-użu tas-sena tal-konstatazzjoni għall-kalkolu tat-tnaqqis. Fir-rigward, min-naħa, tal-argument imressaq mill-Gvern Olandiż, Ġermaniż u dak Svediż dwar il-fatt<?PAGE NO="14"?> li jkun iktar diffiċli fil-prattika li tintuża s-sena li fiha <HT TYPE="ITALIC">jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza bħala l-bażi ta’ kalkolu iktar milli s-sena tal-<HT TYPE="ITALIC">konstatazzjoni</HT>, għandu jiġi konkluż, anki jekk wieħed jippreżupponi li dan l-argument huwa korrett, li tali diffikultajiet ta’ natura amministrattiva jew prattika ma jistgħux jiġu invokati insostenn ta’ interpretazzjoni li tmur kontra l-għan tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910221">21 ta’ Frar 1991</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑28/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:67">EU:C:1991:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Teglgaard u Fløjstrupgård</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:328">EU:C:2018:328</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-ġenesi tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Peress li r-Regolament Nru 1306/2013 ġie adottat <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> ma kienet ngħatat is-sentenza Teglgaard, il-leġiżlatur ma kellux l-opportunità jindika espliċitament jekk huwa xtaqx iżomm jew ibiddel is-sena li fuqha għandu jiġi kkalkolat it-tnaqqis tal-pagamenti diretti previsti mil-leġiżlazzjoni l-antika, kif interpretata fis-sentenza Teglgaard. Dan premess, ebda element li jirrigwarda l-ġenesi tal-Artikolu 97(1) u tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 ma jippermetti, fil-fehma tiegħi, li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur ried ibiddel il-leġiżlazzjoni fuq dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-premessi tar-Regolament Nru 1306/2013, nikkonstata li dawn ma jirreferux għall-metodu ta’ kalkolu tat-tnaqqis. Ma hemm xejn fil-premessi tar-Regolament Nru 1306/2013 li jippermetti għaldaqstant li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur ried ibiddel ir-regoli preċedenti fuq dan il-punt. Għall-kuntrarju, l-istess bħall-Gvern Daniż u l-Parlament, jidhirli li l-premessa 57 tar-Regolament Nru 1306/2013 tidher li tindika li l-leġiżlatur <HT TYPE="ITALIC">ma riedx</HT> ibiddel il-leġiżlazzjonijiet preċedenti. Għaldaqstant, jirriżulta minn din il-premessa li tirrigwarda s-sistema ta’ kundizzjonalità li r-Regolament Nru 1306/2013 huwa intiż li jara <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>[g]ħal raġunijiet ta’ konsistenza […] li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jkunu <HT TYPE="ITALIC">kkonsolidati</HT> fi strument legali wieħed<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Enfasi miżjuda minni. Infakkar li, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1306/2013, id-dispożizzjonijiet fil-qasam tas-sanzjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità kienu previsti fir-Regolament Nru 73/2009 dwar l-għajnuniet diretti lill-bdiewa. Waqt ir-riforma tal-PAK, ċerti dispożizzjonijiet komuni għal tipi ta’ għajnuna differenti ġew integrati fir-Regolament Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament tal-PAK, li għaldaqstant huwa regolament magħruf <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Huwa f’dan il-kuntest li l-leġiżlatur integra r-regoli fil-qasam tal-kundizzjonalità fir-Regolament Nru 1306/2013.</P></NOTE>, ħaġa li tagħti lil wieħed x’jifhem li l-leġiżlatur ma xtaqx ibiddel is-sistema ta’ tnaqqis f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, ix-xogħol preparatorju tar-Regolament Nru 1306/2013, nirrileva l-ewwel nett li, anki jekk dan ix-xogħol kien juri r-rieda tal-leġiżlatur li jbiddel il-metodu ta’ kalkolu tat-tnaqqis, tali intenzjoni ma tkunx tista’, fil-fehma tiegħi, tkun determinanti għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati, inkwantu hija bl-ebda mod ma tinsab espressa fil-leġiżlazzjoni stess, jiġifieri la fid-dispożizzjonijiet, la fil-premessi tar-Regolament Nru 1306/2013, u lanqas fl-għan tar-regoli kkonċernati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BV</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑129/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:375">EU:C:2020:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakbeweging</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑815/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:319">EU:C:2020:319</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Dan premess, u fi kwalunkwe każ, ma jidhirlix, b’kuntrast mal-Kummissjoni, li mix-xogħol preparatorju tal-Artikolu 99 tar-Regolament Nru 1306/2013 jista’ jiġi dedott li l-leġiżlatur ried jemenda l-metodu ta’ kalkolu tat-tnaqqis. Infakkar li l-Kummissjoni ssostni li hija din id-dispożizzjoni, u mhux l-Artikolu 97(1) ta’ dan ir-regolament, li tirregola s-sena li fuqha għandu jiġi kkalkolat it-tnaqqis tal-pagamenti diretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota li huwa ċertament minnu li l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 ġie emendat waqt il-proċess leġiżlattiv, peress li l-verżjoni inizjali ta’ din id-dispożizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni kienet tagħmel riferiment għas-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (KUMM(2011)628 finali). L-Artikolu 99(1) tal-imsemmija proposta kien jirreferi b’mod iktar partikolari għas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>sena kalendarja konċernata jew [għ]as-snin konċernati<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Kif ġie spjegat fil-punt 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dan ir-riferiment jikkorrispondi għas-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza.</P></NOTE>, filwaqt li l-verżjoni finali ta’ din id-dispożizzjoni tagħmel riferiment għas-<?PAGE NO="15"?><HT TYPE="ITALIC">sena tal-konstatazzjoni</HT>. B’kuntrast ma’ dak li ssostni l-Kummissjoni, xejn fix-xogħol preparatorju ma jippermetti madankollu li jiġi konkluż li l-leġiżlatur, permezz ta’ din il-modifika li ġiet introdotta waqt il-laqgħat trilogi fuq proposta tal-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>It-tliet koleġiżlaturi kkonfermaw li l-modifika ġiet introdotta waqt il-laqgħat trilogi fuq proposta tal-Kummissjoni.</P></NOTE>, xtaq ibiddel is-sena rilevanti għall-<HT TYPE="ITALIC">kalkolu</HT> tat-tnaqqis meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni l-antika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Insostenn tal-pożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni pprovdiet dokumenti <HT TYPE="ITALIC">interni</HT> li jippermettu li jiġi kkunsidrat li din kienet l-intenzjoni tagħha meta pproponiet din il-modifika: hija kienet tal-fehma li l-kalkolu tat-tnaqqis kien jaqa’ taħt l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 u li ma għandhiex tintuża iktar is-<HT TYPE="ITALIC">sena li fiha jseħħ</HT> in-nuqqas ta’ osservanza, iżda dik tal-<HT TYPE="ITALIC">konstatazzjoni</HT>, minħabba li kien wisq diffiċli li tiġi stabbilita s-sena li fiha seħħ in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Jirriżulta minn dan id-dokument intern tal-Kummissjoni datat il-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE> dwar l-Artikolu 99(1) tal-Proposta għal regolament li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>[t]he current text as regards the calculation of reductions refers to the occurrence of the non-compliance. This could be difficult to establish. Therefore, if possible, [paragraph 1 of Article 99] should be amended by introducing a reference to the year of the finding<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat mal-Parlament u mal-Kunsill li ebda element fix-xogħlijiet preparatorji (pubbliċi) tar-Regolament Nru 1306/2013 ma jippermetti li jiġi stabbilit li żewġ koleġiżlaturi kienu ġew informati b’din l-allegata motivazzjoni u li huma kienu qablu magħha billi aċċettaw il-modifika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sa fejn naf jiena, u kif sostnew il-Kunsill u l-Parlament, il-modifika tissemma biss f’żewġ dokumenti pubbliċi tal-Kunsill. Madankollu, ebda intenzjoni tal-leġiżlatur fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ modifika ma tista’ tiġi dedotta. Fl-ewwel dokument, bir-referenza 10204/13 ADD1 u datat is-<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-kumment dwar l-Artikolu 99(1) jindika: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Open – revised text in preparation. That text will provide that the reduction would be applied to claims lodged during the calendar year of the finding<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Kif spjegajt fil-punt 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>japplika<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>applied<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> bil-lingwa Ingliża) tista’ tfisser kemm il-kalkolu kif ukoll l-imputazzjoni tat-tnaqqis. Fit-tieni dokument, bir-referenza 10204/13 REV u datat l-<DATE ISO="20130614">14 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dan il-kumment ġie ssostitwit mill-formulazzjoni tal-Artikolu 99(1), kif kien ġie adottat, li wkoll ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-motivazzjoni tal-leġiżlatur.</P></NOTE>. Minn dan isegwi li l-imsemmi dokument intern ma jistax iservi ta’ sors ta’ interpretazzjoni. Barra minn hekk, kif jirrilevaw il-Parlament u l-Kunsill, il-modifika proposta mill-Kummissjoni tista’ ssib spjegazzjoni bir-rieda tagħha li tiżgura l-koerenza mal-kontenut tad-dispożizzjoni l-antika dwar l-imputazzjoni, jiġifieri l-Artikolu 70(8)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1122/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nikkonkludi li l-leġiżlatur <HT TYPE="ITALIC">ma riedx</HT> ibiddel il-metodu ta’ kalkolu tat-tnaqqis taħt ir-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1306/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet kollha esposti preċedentement li l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-pagamenti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità għandu jkun <HT TYPE="ITALIC">ikkalkolat</HT> abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw għas-sena li fiha jkun <HT TYPE="ITALIC">seħħ</HT> dan in-nuqqas ta’ osservanza, filwaqt li l-Artikolu 99(1) ta’ dan ir-regolament għandu jkun interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-pagamenti diretti hekk ikkalkolati għandu jiġi <HT TYPE="ITALIC">imputat</HT> fuq il-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw għas-sena kalendarja li fiha jkun ġie <HT TYPE="ITALIC">kkonstatat</HT> l-imsemmi nuqqas ta’ osservanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">E.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014, nikkonstata li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija essenzjalment identika għal dik tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Bħala dispożizzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 għandu għaldaqstant jiġi interpretat skont l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Minn dan isegwi li<?PAGE NO="16"?> l-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 għandu wkoll jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-pagamenti diretti għandu jiġi <HT TYPE="ITALIC">imputat</HT> fuq il-pagamenti rċevuti jew li għandhom jiġu rċevuti għas-sena kalendarja li fiha jkun ġie <HT TYPE="ITALIC">kkonstatat</HT> in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Il-fatt li l-Kummissjoni, waqt l-adozzjoni tal-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014, kienet apparentement tal-fehma li l-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 ma kienx jirrigwarda l-imputazzjoni iżda l-kalkolu tat-tnaqqis jispjega l-fatt li din id-dispożizzjoni sempliċement tirriproduċi l-kontenut tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament Nru 1306/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda magħmula mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1200/2005 u (KE) Nru 485/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-pagamenti diretti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità għandu jkun ikkalkolat abbażi tal-pagamenti mogħtija jew li għandhom jingħataw fuq il-bażi tas-sena li fiha jkun seħħ dan in-nuqqas ta’ osservanza.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(4) u l-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE> li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tnaqqis tal-pagamenti diretti hekk ikkalkolati għandu jiġi imputat fuq il-pagamenti rċevuti jew li għandhom jiġu rċevuti għas-sena kalendarja li fiha jkun ġie kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>