21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 47/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2007

tat-28 ta' Settembru 2007

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE tat-23 ta' Diċembru 2005 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema “rolling stock – noise” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali tranżewropea (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej ser jiddaħħal wara punt 37f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/447/EC) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“37g.

32006 D 0066: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE tat-23 ta' Diċembru 2005 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘rolling stock – noise’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali tranżewropea (ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/66/KE fl-ilsien Iżlandiż u Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsina taż-ŻEE, u fis-Supplement taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 328, 13.12.2007, p. 40.

(2)   ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1.

(*1)  M'huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.