<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-100/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0100</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:842">EU:C:2018:842</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20181018">18.10.2018</DATE> – Kawża C‑100/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Langue de procédure: l’anglais.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 397/2004</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan</KEYWORD><KEYWORD>Persistenza tal-interess ġuridiku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑100/17 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl‑<DATE ISO="20170224">24 ta’ Frar 2017</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gul Ahmed Textile Mills Ltd</HT>, stabbilita f’Karachi (il-Pakistan), irrappreżentata minn L. Ruessmann, avocat, u J. Beck, solicitor,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn J.‑P. Hix, bħala aġent, assistit minn R. Bierwagen u C. Hipp, Rechtsanwälte.</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J.‑F. Brakeland u N. Kuplewatzky, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tas-Seba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Juhász (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Gul Ahmed Textile Mills Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Gul Ahmed<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal‑<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Gul Ahmed Textile Mills vs Il‑Kunsill (T‑199/04 RENV, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:740">EU:T:2016:740</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 tat‑<DATE ISO="20040302">2 ta’ Marzu 2004</DATE> li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 26, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>regolament kontenzjuż<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), sa fejn dan jikkonċernaha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u r-regolament kontenzjuż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-proċeduri preżenti, il-fatti li wasslu għall-kawża jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Gul Ahmed hija kumpannija rregolata mid-dritt Pakistan li timmanifattura u tesporta friex tas-sodda lejn l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Sussegwentement għal ilment imressaq fl‑<DATE ISO="20021104">4 ta’ Novembru 2002</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea bdiet investigazzjoni antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton, puri jew imħalltin ma’ fibri sintetiċi jew artifiċjali jew mal-għażel (għażel mhux dominanti), ibbliċjati, miżbugħa jew stampati, li joriġinaw mill-Pakistan u li tirrigwarda l-perijodu bejn l‑1 ta Ottubru 2001 u t‑<DATE ISO="20020930">30 ta’ Settembru 2002</DATE>. L-eżami tat-tendenzi utli għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-dannu kopra l-perijodu ta’ bejn is-sena 1999 u t-tmiem tal-perijodu ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20031210">10 ta’ Diċembru 2003</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lill-appellanti dokument ta’ informazzjoni finali ġenerali li jistabbilixxi l-fatti u l-motivi li għalihom hija pproponiet l-adozzjoni tal-miżuri antidumping definittivi kif ukoll dokument ta’ informazzjoni finali speċifiku għall-appellanti. Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20040105">5 ta’ Jannar 2004</DATE>, l-appellanti kkontestat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, hekk kif indikati f’dawn id-dokumenti. Informazzjoni oħra ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni mill-appellanti permezz ta’ ittri tas‑<DATE ISO="20040216">16 ta’ Frar 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20040217">17 ta’ Frar 2004</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet għall-ittra tal‑<DATE ISO="20040105">5 ta’ Jannar 2004</DATE>. Minkejja li għamlet ċerti rettifiki għall-kalkoli tagħha, din l-istituzzjoni kkonfermat il-konklużjoniet li kienet waslet għalihom fid-dokumenti ta’ informazzjoni msemmija fil-punt preċedenti. Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20040227">27 ta’ Frar 2004</DATE>, l-appellanti insistiet fuq l-iżbalji li l-Kummissjoni kienet wettqet fl-analiżi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20040302">2 ta’ Marzu 2004</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-premessa 70 tar-regolament kontenzjuż, il-Kunsill ikkonstata marġni ta’ dumping medju globali ta’ 13.1 %, applikabbli għall-produtturi-esportaturi Pakistani kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kunsill, fil-parti rriżervata għall-analiżi tal-prezz, filwaqt li kien qiegħed jintervjeni fil-kuntest ġenerali tal-istudju tad-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni, essenzjalment irrileva, fil-premessa 92 tal-imsemmi regolament, li l-prezzijiet medji għal kull kilo pprattikati mill-produtturi tal-Unjoni kienu żdiedu gradwalment matul il-perijodu kkunsidrat u li kien hemm bżonn li jitfakkar, sabiex jiġi evalwat dan l-iżvilupp, li dan il-prezz medju kien ikopri t-tipi ta’ prodott ikkonċernat ta’ valur għoli kif ukoll dawk ta’ valur baxx u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-industrija [tal-Unjoni] kienet mġiegħla li tersaq lejn aktar bejgħ ta’ prodotti f’niċċa ta’ valur ogħla minħabba li l-bejgħ tagħhom fil-volum għoli, għas-suq tal-massa kien akkwistat mill-importazzjonijiet minn pajjiżi bi prezz baxx<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-premessa 101 tar-regolament kontenzjuż, il-Kunsill indika li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet ddeterjorat, filwaqt li rrileva li, fir-rigward tal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi fil-kampjun, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>dawn [kienu] urew tendenza l’ fuq matul il-perjodu kkunsidrat, li hija, madankollu, parzjalment riżultat ta’ ċaqlieq lejn iktar bejgħ ta’ prodotti f’niċċa ta’ valur ogħla<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-parti ġenerali rriżervata għall-analiżi tar-rabta kawżali, il-Kunsill, fil-kuntest tal-istudju tal-effetti tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, indika, essenzjalment, fil-premessi 104 u 105 tar-regolament kontenzjuż, li kemm il-volum tal-importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan kif ukoll is-sehem mis-suq li jikkorrispondi għal dan il-pajjiż kienu żdiedu fi ħdan l-Unjoni. Barra minn hekk il-Kunsill irrileva li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping huma konsiderevolment anqas minn dawk ta’ l-industrija [tal-Unjoni] kif ukoll anqas minn dawk ta’ esportaturi minn pajjiżi terzi. Barraminhekk, instab ukoll li l-industrija Komunitarja kellha tirtira b’mod sostanzjali mil-partijiet tas-suq bi prezz baxx, fejn l-importazzjonijiet mill-Pakistan jippredominaw, dan ukoll jagħti prova tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping u l-ħsara lill-industrija [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fl-analiżi tal-effetti ta’ fatturi oħra, il-Kunsill irrileva, fil-premessa 109 tar-regolament kontenzjuż, li l-importazzjonijiet provenjenti minn pajjiżi terzi minbarra mill-Indja u mill-Pakistan kienu żdiedu matul il-perijodu ta’ investigazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kunsill enfasizza li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[m]inħabba l-kollegamenti li jeżistu bejn kumpaniji Torok u dawk [tal-Unjoni], hemm ċerta integrazzjoni tas-suq fil-forma ta’ kummerċ bejn kumpaniji bejn produtturi esportaturi Torok u operaturi [tal-Unjoni] li tagħti x’tifhem li d-deċiżjoni li timporta minn dak il-pajjiż m’hijiex biss marbuta mal-prezz. Dan hu kkonfermat mill-prezzijiet medji ta’ importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda li joriġinaw fit-Turkija matul il-PI, li huwa għola bi kważi 45 % minn dawk ta’ l-Indja u bi 34 % minn dawk tal-Pakistan. Huwa għalhekk improbabli li importazzjonijiet li joriġinaw fit-Turkija kissru il-kollegament kawżali bejn l-importazzjonijet oġġetti ta’ dumping mill-Pakistan u l-ħsara lill-industrija [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-premessa 112 tar-regolament kontenzjuż, il-Kunsill fl-aħħar nett irrileva li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[ġ]ie msostni li d-domanda għal friex tas-sodda prodott mill-industrija [tal-Unjoni] naqset fit-termini ta’ volum meta l-industrija Komunitarja bdied tiffoka fuq il-parti għolja tas-suq, fejn inqas volum ta’ bejgħ huwa magħmul. Madankollu, kif huwa spjegat hawn fuq, il-konsum totali ta’ friex tas-sodda [fi ħdan l-Unjoni] ma naqasx, imma pjuttost żdied matul ill-perjodu kkunsidrat. Ħafna mill-produtturi [tal-Unjoni] għandhom linji ta’ prodott differenti għal partijiet tas-suq differenti. Il-marki tas-suq l-għoli jiġġeneraw marġini għolja imma huwa mibjugħa biss fi kwantitajiet żgħar ħafna. Biex il-kapaċità tkun użata b’mod massimu u biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ produzzjoni, l-industrija [tal-Unjoni] ikollha bżonn bejgħ ta’ partijiet tas-suq bi prezz iktar baxx f’volumi kbar ukoll. M’hemm l-ebda indikazzjoni li d-domanda naqset f’dik il-parti tas-suq. Min-naħa l-oħra din il-parti hija meħudha dejjem iktar mill-importazzjonijiet bi prezz baxx, li qegħdin jikkawżaw ħsara lill-industrija [tal-Unjoni]. Minħabba ż-żieda ġenerali fil-konsum, li m’hijiex illimitata għal parti mis-suq partikolari, ma jistax għaldaqstant jingħad li s-sitwazzjoni tad-domanda [fi ħdan l-Unjoni] qegħda tkisser il-kollegament kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-Pakistan u l-ħsara lill-industrija [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tar-regolament kontenzjuż, ġie stabbilit dazju antidumping ta’ 13.1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda msemmija f’dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara reviżjoni interim parzjali, limitata għad-dumping, imwettqa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat‑<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), fuq il-bażi ta’ perijodu ta’ investigazzjoni ġdid ta’ bejn l‑<DATE ISO="20030401">1 ta’ April 2003</DATE> u l‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, il-Kunsill emenda r-regolament kontenzjuż billi adotta r-Regolament (KE) Nru 695/2006, tal‑<DATE ISO="20060505">5 ta’ Mejju 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294M" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="20061025">ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 23</REF.DOC.OJ>), li stabbilixxa rati ġodda ta’ dazji antidumping li<?PAGE NO="4"?> jvarjaw minn 0 % għal 8.5 %. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi-esportaturi li kkooperaw, ġie stabbilit kampjun li jinkludi lill-appellanti. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodotti tagħha ġie stabbilit għal 5.6 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, id-dazju antidumping definittiv hekk stabbilit skada fit‑<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>, jiġifieri ħames snin wara li kien introdott.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors imressaq quddiem il-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20040528">28 ta’ Mejju 2004</DATE>, Gul Ahmed ressqet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tikseb l-annullament tar-regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Dan ir-rikors kien ibbażat fuq ħames motivi ta’ dritt, ibbażati rispettivament:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fuq ksur, fir-rigward tal-ftuħ tal-investigazzjoni, tal-Artikolu 5(7) u (9) tar-Regolament bażiku, u tal-Artikoli 5.1 u 5.2 tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994(GATT) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 189, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kodiċi Antidumping tal‑1994<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li jinsab fl-Anness 1 A tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil‑<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikoli 2(3) u (5) u 18(4) tar-Regolament bażiku, kif ukoll fuq ksur tal-Kodiċi Antidumping tal‑1994, fir-rigward tal-kalkolu tal-valur normali;</P></ITEM><ITEM><P>fuq ksur tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tal-Kodiċi Antidumping tal-1994 u tal-obbligu li tingħata motivazzjoni xierqa, impost mill-Artikolu 253 KE, fir-rigward tal-aġġustament li jirrigwarda r-rifużjoni tad-dazji li seħħ fil-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 3(1) sa (3) u (5) tar-Regolament bażiku, kif ukoll fuq ksur tal-Kodiċi Antidumping tal‑1994, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu sinjifikattiv, u</P></ITEM><ITEM><P>fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regoalment bażiku, u tal-Kodiċi Antidumping tal‑1994, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li allegatament huma s-suġġett ta’ dumping u d-dannu allegat.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Gul Ahmed Textile Mills vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑199/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:535">EU:T:2011:535</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), laqgħet, mingħajr ma eżaminat il-motivi l-oħra sottomessi lilha, it-tielet parti tal-ħames motiv, peress li l-Kunsill kien wettaq żball ta’ liġi meta naqas milli jeżamina jekk, skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, it-tneħħija tad-dazji antidumping preċedenti u l-istabbiliment tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi favur il-Pakistan kellhomx l-effett li jannullaw ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping provenjenti mill-Pakistan u d-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni, u annullat ir-regolament kontenzjuż fir-rigward ta’ Gul Ahmed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kunsill, li l-Kummissjoni intervjeniet insostenn tiegħu, appella minn din is-sentenza, sabiex jikseb l-annullament tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Gul Ahmed Textile Mills</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑638/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:732">EU:C:2013:732</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Gul Ahmed Textile Mills vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑199/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:535">EU:T:2011:535</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u bagħtet lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE> il-Qorti Ġenerali żammet seduta fil-Kawża T‑199/04 RENV. Matulha, il-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, sostna li Gul Ahmed ma kellhiex iktar interess ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din l-eċċezzjoni, dawn iż-żewġ istituzzjonijiet sostnew li d-dazji antidumping stabbiliti mir-regolament kontenzjuż kienu skadew fit‑<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>, b’mod li l-esportazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni ma kinux għadhom suġġetti għalihom. Huma affermaw ukoll li, skont l-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, it-terminu għat-tressiq ta’ azzjoni għad-danni mhux kuntrattwali għal dannu kkawżat fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dawn id-drittijiet kien skada fl‑<DATE ISO="20140301">1 ta’ Marzu 2014</DATE> u li anki d-dritt għar-rimbors tad-dazji antidumping, skont l-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kien sar preskritt. Huma sostnew li, għaldaqstant, l-annullament mitlub ma setax ikun iktar ta’ benefiċċju għal Gul Ahmed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tat lil Gul Ahmed terminu ta’ ġimagħtejn mid-data tas-seduta sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjoni hekk imressqa bbażata fuq it-telf ta’ interess ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, Gul Ahmed ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha u sostniet li hija kien għad kellha interess ġuridiku. Għal dan il-għan, hija bbażat l-argument tagħha, l-ewwel nett, fuq il-persistenza tal-interess tagħha li tirkurpa l-ispejjeż mingħand il-Kunsill, it-tieni nett, fuq il-possibbiltà li tippreżenta, fil-futur, rikors għall-kumpens għad-dannu kkawżat mill-fatt li l-qorti tal-Unjoni ma tatx deċiżjoni f’terminu raġonevoli, it-tielet nett, fuq il-possibbiltajiet tagħha li tikseb ir-rimbors tad-dazju antidumping definittiv imħallas, ir-raba’ nett, fuq l-interess tagħha li tiżgura li tali illegalità ma tirrepetix ruħha fil-futur u, il-ħames nett, fuq il-possibbiltà li terġa’ tistabbilixxi r-reputazzjoni tagħha permezz tat-tkomplija tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tas‑6 u tal‑<DATE ISO="20160120">20 ta’ Jannar 2016</DATE> il-Kummissjoni u l-Kunsill ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Essenzjalment, huma talbu lill-Qorti Ġenerali tiċħad l-argumenti ta’ Gul Ahmed u tiddeċiedi li din l-impriża kienet tilfet kull interess ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ Gul Ahmed.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet fl-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji, ibbażati, minn naħa fuq il-fatt li, il-Qorti Ġenerali, meta ddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni u t-tielet motiv tagħha, minħabba li hija ma setgħetx tiġġustifika iktar interess ġuridiku, kisret l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi, u wettqet żball ta’ liġi u, min-naħa l-oħra fuq il-fatt li, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u żnaturat il-fatti fir-rigward taċ-ċaħda tal-ħames motiv tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju jirrigwarda l-motivi tas-sentenza appellata inklużi fil-punti 42 sa 60 tagħha. Dan huwa maqsum f’erba’ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti essenzjalment tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli, fil-punti 49, 57 u 60 tas-sentenza appellata, naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u kisret l-Artikolu 129 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali billi rrikjediet li hija tipprova l-persistenza tal-interess ġuridiku tagħha fil-kuntest tal-proċedura intiża sabiex jinkiseb l-annullament tar-regolament kontenzjuż, filwaqt li, fil-fehma tagħha, l-interess ġuridiku għandu jiġi pprovat mir-rikorrent biss fil-mument tal-preżentata tat-talba għall-annullament tal-att ikkonċernat u, ladarba dan l-interess jiġi pprovat, hija l-parti li tinvoka t-telf ta’ tali interess li għandha tipprova dan it-telf. Hija żżid li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża billi eżaminat biss l-argumenti żviluppati sabiex tintwera l-persistenza tal-interess ġuridiku tagħha, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-elementi l-oħra tal-fajl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li, kuntrarjament għal dak li l-Qorti Ġenerali affermat, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, l-iżbalji relatati mal-istabbiliment tal-prezz tal-esportazzjoni u ma’ dak tal-valur normali, kif ukoll dawk relatati mal-kalkoli ta’ dumping kienu żbalji ta’ metodu li jistgħu jirriproduċu ruħhom fil-futur u mhux sempliċi żbalji materjali speċifiċi għall-każ, fatt li kellu jwassal għall-annullament tar-regolament kontenzjuż, iktar u iktar peress li huwa fl-interess ġenerali tal-Unjoni li tali irregolaritajiet, li jiksru l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, jiġu ssanzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet parti tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta l-punt 58 tas-sentenza appellata, in kwantu, billi rrilevat li l-aġġustament fir-rigward tar-rifużjonijiet tad-dazju skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku kien ġie parzjalment miċħud peress li din it-talba ma kienet sostnuta minn ebda prova xierqa, il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ parti tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma rrispondietx għall-argument ibbażat fuq il-fatt li l-fatt li jiġi miċħud interess ġuridiku għall-annullament ta’ atti li ma tawx lok għall-ġbir ta’ somom u li jiskadu qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fuq il-validità ta’ dawn l-atti, jeħles lil tali atti minn kull stħarriġ ġudizzjarju u jikkostitwixxi għaldaqstant ksur tal-Artikolu 263 TFUE, hekk kif il-Qorti Ġenerali kienet diġà ddeċidiet fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Shanghai Excell M&amp;E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑299/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:72">EU:T:2009:72</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkontestaw l-argumenti tal-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, rikors għal annullament ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika huwa ammissibbli biss sa fejn din tal-aħħar ikollha interess li tara li l-att ikkontestat jiġi annullat. Tali interess jippreżupponi li l-annullament ta’ dan l-att jista’ jkollu, minnu nnifsu, konsegwenzi legali u li r-rikors b’hekk jista’, bl-eżitu tiegħu, jipprovdi benefiċċju lill-parti li tkun ippreżentatu. Il-prova ta’ tali interess, li għandu jiġi evalwat fil-ġurnata li fiha jiġi ppreżentat ir-rikors u li jikkostitwixxi l-kundizzjoni essenzjali u ewlenija ta’ kull azzjoni ġudizzjarja, għandha tiġi prodotta mir-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Andechser Molkerei Scheitz vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑682/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:356">EU:C:2015:356</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dan l-interess għandu, barra minn hekk, jippersisti sakemm tintemm il-proċedura u l-qorti adita bl-istanza tista’ tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u f’kull stadju tal-proċedura in-nuqqas ta’ interess ta’ parti sabiex iżżomm it-talba tagħha, minħabba fatt li jkun seħħ wara d-data tal-att promotur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951019">19 ta’ Ottubru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/93 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:339">EU:C:1995:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti Ġenerali tista’ tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u f’kull mument tal-proċedura kwistjoni li tirrigwarda n-nuqqas ta’ persistenza tal-interess ġuridiku tar-rikorrent, hija tista’ wkoll teżamina tali kwistjoni meta din tkun tqajmet matul il-proċedura minn parti li tinvoka għal dan il-għan elementi suffiċjentement serji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, il-Qorti Ġenerali għandha titlob lir-rikorrent jispjega ruħu dwar din il-kwistjoni u tagħtih l-opportunità jipproduċi l-elementi ta’ natura li jiġġustifikaw b’mod rilevanti l-persistenza tal-interess ġuridiku tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kunsill u l-Kummissjoni, matul is-seduta tal‑<DATE ISO="20151115">15 ta’ Novembru 2015</DATE> quddiem il-Qorti Ġenerali, sostnew li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni minħabba t-telf tal-interess ġuridiku tal-appellanti, billi bbażaw ruħhom, għal dan il-għan, fuq elementi suffiċjentement serji. Sussegwentement għal din is-seduta, l-appellanti ġiet mistiedna tikkjarifika din il-kwistjoni u kellha l-opportunità tipproduċi l-provi kollha li kienu jikkontradixxu l-allegazzjonijiet tal-istituzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali la kisret l-oneru tal-prova u lanqas naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta ddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni u t-tielet motiv għar-raġuni li, wara li eżaminat l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi li l-partijiet kienu invokaw relatati mal-persistenza tal-interess ġuridiku tal-appellanti u li fuqhom huma setgħu jispjegaw ruħhom, hija qieset li l-appellanti ma kinitx iġġustifikat b’mod rilevanti li hija kien għad kellha interess fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ motivi intiżi għall-annullament tar-regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa b’mod żbaljat li l-appellanti tafferma li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li, wara li tat lill-appellanti l-possibbiltà li tispjega ruħha fuq l-eċċezzjoni bbażata fuq it-telf tal-interess ġuridiku, il-Qorti Ġenerali wieġbet għall-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi li l-appellanti kienet żviluppat sabiex tiġġustifika l-persistenza ta’ dan l-interess, fatt li hija kellha l-obbligu li tagħmel, hekk kif imsemmi fil-punti 39 u 40 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li tagħha jintalab l-annullament, kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba u ma għandux jikkostitwixxi, fil-verità, talba intiża sabiex jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960917">17 ta’ Settembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>San Marco vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:331">EU:C:1996:331</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellanti sempliċement tinvoka fl-appell tagħha żbalji fil-metodu ta’ kalkolu mingħajr ma tikkaratterizzahom u inkonsistenzi fir-riżultati tal-kalkoli tad-dumping, mingħajr ma turi r-raġunijiet li għalihom dawn l-iżbalji jistgħu jseħħu mill-ġdid fil-futur. Barra minn hekk, hekk kif enfasizzat l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tagħha, l-appellanti sostniet, waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li hija kienet tqis li l-Kummissjoni kienet ibbażat il-konstatazzjonijiet tagħha fuq għażliet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> u arbitrarji, mingħajr ma tiddefinixxi xi metodu partikolari ta’ kalkolu. Għaldaqstant, l-appellanti rrikonoxxiet hija nnifisha, waqt is-seduta, li l-iżbalji allegati kienu speċifiċi għaċ-ċirkustanzi tal-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li t-tieni parti tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif enfasizzat l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tagħha, din hija bbażata fuq qari manifestament żbaljat tal-punt 58 tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali sempliċement tikkonstata li l-appellanti ma għandhiex interess ġuridiku għar-raġuni li l-konklużjonijiet li jinsabu fir-regolament kontenzjuż u li l-appellanti tikkontesta l-legalità tagħhom huma marbuta mill-qrib maċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża li tressqet quddiemha. Huwa f’dan il-kuntest li, f’dan il-punt 58, il-Qorti Ġenerali rrilevat biss li l-aġġustament fir-rigward tar-rifużjonijiet tad-dazju kien ġie parzjalment miċħud mill-Kunsill fin-nuqqas ta’ elementi ta’ prova adatti pprodotti mill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tielet parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ parti tal-ewwel aggravju, għandu l-ewwel nett jiġi rrilevat li r-raġunament żviluppat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 56 u 57 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Shanghai Excell M&amp;E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑299/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:72">EU:T:2009:72</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kellu bħala għan dirett li jikkonfuta l-argument żviluppat mill-Kunsill f’dik il-kawża, miġbur fil-qosor fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, li jipprovdi li r-rikorrenti f’dik il-kawża ma kienux jiġġustifikaw iktar interess ġuridiku, sa fejn, wara l-preżentata tar-rikors għal annullament, ir-regolament li huma riedu jiksbu l-annullament tiegħu kien skada u sa fejn huma ma kienu ħallsu ebda dazju antidumping abbażi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi enfasizzat li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma kkonstatat l-estinzjoni tal-interess ġuridiku tal-appellanti għar-raġuni biss li r-regolament kontenzjuż ma kienx jipproduċi iktar effett fil-mument li fih hija ddeċidiet fuq ir-rikors għal annullament u li l-appellanti ma ġġustifikatx li kienet ħallset dazji antidumping fir-rigward ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, sabiex tikkonstata li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni u t-tielet motiv, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq ħames motivi, jiġifieri, l-ewwel nett, ix-xewqa li jiġu rrimborsati l-ispejjeż tal-proċedura ma tistax titqies bħala li tiġġustifika l-persistenza tal-interess ġuridiku tal-appellanti (punt 52 tas-sentenza appellata), it-tieni nett, l-allegat dewmien eċċessiv ta’ dik il-proċedura lanqas ma kien ta’ natura li jiġġustifika l-persistenza tal-interess ġuridiku tagħha (punt 53 tas-sentenza appellata), it-tielet nett, l-appellanti ma kinitx iġġustifikat il-ħlas ta’ dazji antidumping imwettqa abbażi tar-regolament kontenzjuż, sa fejn id-dazji antidumping imħallsa mis-sussidjarja tagħha kienu tħallsu mhux abbażi tar-regolament kontenzjuż, iżda abbażi tar-regolament Nru 695/2006 li kien emendah (punti 54 u 55 tas-sentenza appellata), ir-raba’ nett, l-illegalitajiet li r-regolament kontenzjuż kien affettwat bihom ma setgħux jerġgħu jseħħu indipendentement mill-fatti tal-kawża (punti 56 sa 58) u, il-ħames nett, l-argument ibbażat fuq l-istabbiliment mill-ġdid tar-reputazzjoni tal-appellanti ma kienx iġġustifikat (punt 59).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jiġi rrilevat li, fil-punt 54 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li r-Regolament Nru 695/2006 kien stabbilixxa valur normali ġdid u pparagunat dan tal-aħħar mal-prezz tal-esportazzjoni, sabiex tasal għall-konklużjoni li l-appellanti ma kellhiex iktar interess ġuridiku fir-rigward tat-tieni u tat-tielet motiv, ibbażati rispettivament fuq żbalji mwettqa fir-regolament kontenzjuż fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali u fil-paragun ta’ dan tal-aħħar mal-prezz tal-esportazzjoni fir-regolament kontenzjuż, fin-nuqqas ta’ kull talba għar-rimbors tad-dazji miġbura abbażi ta’ dan l-aħħar regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, huwa ġustament li l-Qorti Ġenerali siltet tali konklużjoni, sa fejn, hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 99 tal-konklużjonijiet tagħha, l-appellanti ma ġġustifikatx li, fit-terminu ta’ tliet snin mid-data tan-notifika tad-dejn doganali previst fl-Artikolu 121(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 2</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ>), hija kienet talbet lill-awtoritajiet doganali r-rimbors tas-somom abbażi tal-att li hija kienet tqis<?PAGE NO="9"?> illegali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160204">4 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>C &amp; J Clark International u Puma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑659/13 u C‑34/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:74">EU:C:2016:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0188">188</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li tafferma l-appellanti insostenn tar-raba’ parti tal-ewwel aggravju tagħha fil-kuntest ta’ dan l-appell, is-sentenza appellata tippermetti li jsiru magħrufa r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali ma ttrasponietx f’dan il-każ ir-raġunament espost fil-punti 56 u 57 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Shanghai Excell M&amp;E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑299/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:72">EU:T:2009:72</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki r-raba’ parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata, b’mod li hemm lok li dan l-aggravju jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tikkontesta l-punti 162, 163, 168, 169 u 170 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-ħames motiv tagħha insostenn tar-rikors għal annullament tagħha, li abbażi tiegħu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda li joriġinaw mill-Pakistan u d-dannu sinjifikanti subit mill-industrija tal-Unjoni f’dan il-qasam hija kkontestata, minn naħa, mill-bidla fid-direzzjoni ta’ din l-industrija lejn is-settur ta’ livell għoli u, min-naħa l-oħra, miż-żieda fl-importazzjonijiet provenjenti minn produtturi Torok marbuta ma’ dawk tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta qieset, fil-punti 162 u 163 tas-sentenza appellata, li l-bidla fid-direzzjoni tal-industrija tal-Unjoni lejn is-settur għoli tas-suq ma setgħetx titqies bħala ta’ natura li tikkontesta r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping provenjenti mill-Pakistan u d-dannu subit minn din l-industrija, filwaqt li l-premessi 92 u 112 tar-regolament kontenzjuż ikkonstataw li l-volum tal-bejgħ kien inqas f’dan is-settur. Hija żżid li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma weġbitx għall-argument tagħha li l-bidla fid-direzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà bdiet qabel il-ftuħ tal-perijodu ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li, fil-punt 168 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat l-elementi li jinsabu fir-regolament kontenzjuż billi qieset li l-fatt li l-istituzzjonijiet ikkonstataw ċerti rabtiet bejn l-industrija tal-Unjoni u ta’ pajjiżi oħra ma kienx jimplika fih innifsu li huma kienu konxji ta’ strateġija ta’ delokalizzazzjoni, filwaqt li l-premessa 109 tar-regolament kontenzjuż kienet ikkonstatat l-eżistenza ta’ rabtiet bejn l-industrija tal-Unjoni u l-industrija Torka, kif ukoll ċerta integrazzjoni fis-suq ta’ din l-aħħar industrija, fatt li kien wera l-eżistenza ta’ strateġija ta’ delokalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni lejn it-Turkija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-appellanti żżid li, fir-rigward tal-punt 169 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-fatti meta qieset li hija kienet allegat li d-delokalizzazzjoni tal-produzzjoni ta’ friex tas-sodda mill-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi oħra kienet kisret ir-rabta kawżali bejn id-dannu subit minn din l-industrija u l-importazzjonijiet provenjenti mill-Pakistan. Hija tindika, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx l-affermazzjoni li tinsab fil-punt 170 tas-sentenza appellata, li tipprovdi li l-premessi 109 sa 111 tar-regolament kontenzjuż kienu jagħtu prova tal-fatt li l-Kunsill kien evalwa suffiċjentement skont il-liġi l-impatt tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Turkija. Fl-aħħar nett, hija ssostni li s-sentenza appellata lanqas ma tanalizza l-effett ikkombinat tal-orjentazzjoni tal-industrija tal-Unjoni lejn is-settur ta’ livell għoli u taż-żieda parallela tal-importazzjonijiet provenjenti mill-produtturi Torok marbuta mal-industrija tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkontestaw l-argumenti tal-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-iżnaturament tal-fatti u tal-provi għandu jidher b’mod ċar mill-atti tal-proċess, mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir evalwazzjoni ġdida ta’ dawn l-elementi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Photo USA Electronic Graphic vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑31/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:390">EU:C:2016:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza wkoll stabbilita, fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni, u b’mod partikolari fil-qasam tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-kummerċ, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa minħabba l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi u politiċi li jkollhom jeżaminaw. Fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ tali evalwazzjoni, dan għandu għalhekk ikun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura, tal-eżattezza materjali tal-fatti kkunsidrati sabiex issir l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti, jew tal-assenza ta’ użu ħażin ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870507">7 ta’ Mejju 1987</DATE>, <NAME.CASE>Nachi Fujikoshi vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>255/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:203">EU:C:1987:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171214">14 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>EBMA vs Giant (China)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑61/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:968">EU:C:2017:968</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-istħarriġ, mill-Qorti Ġenerali, tal-provi li fuqhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jibbażaw il-konstatazzjonijiet tagħhom ma jikkostitwixxix evalwazzjoni ġdida tal-fatti li tissostitwixxi dik ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dan l-istħarriġ ma jaffettwax is-setgħa diskrezzjoni wiesgħa ta’ dawn l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali, iżda jillimita ruħu josserva jekk dawn il-provi humiex ta’ natura li jsostnu l-konklużjonijiet misluta mill-istituzzjonijiet. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali għandha mhux biss tivverifika l-eżattezza materjali tal-provi invokati, l-affidabbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda wkoll tistħarreġ jekk dawn il-provi jikkostitwixxux id-data rilevanti kollha li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk dawn humiex ta’ natura li jkunu ta’ bażi għall-konklużjonijiet misluta minnhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171214">14 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>EBMA vs Giant (China)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑61/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:968">EU:C:2017:968</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ u fir-rigward tal-ilment ta’ żnaturament invokat mill-appellanti insostenn tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħha, intiża kontra l-punti 162 u 163 tas-sentenza appellata, għandu jiġi enfasizzat, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet msemmija fl-ewwel punt, li l-premessi 92 u 112 tar-regolament kontenzjuż irrilevaw, minn naħa, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>l-industrija [tal-Unjoni] kienet mġiegħla li tersaq lejn aktar bejgħ ta’ prodotti f’niċċa ta’ valur ogħla minħabba li l-bejgħ tagħhom fil-volum għoli, għas-suq tal-massa kien akkwistat mill-importazzjonijiet minn pajjiżi bi prezz baxx<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u, min-naħa l-oħra, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[ħ]afna mill-produtturi [tal-Unjoni] għandhom linji ta’ prodott differenti għal partijiet tas-suq differenti. Il-marki tas-suq l-għoli jiġġeneraw marġini għolja imma huwa mibjugħa biss fi kwantitajiet żgħar ħafna. Biex il-kapaċità tkun użata b’mod massimu u biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ produzzjoni, l-industrija [tal-Unjoni] ikollha bżonn bejgħ ta’ partijiet tas-suq bi prezz iktar baxx f’volumi kbar ukoll. […] Minħabba ż-żieda ġenerali fil-konsum, li m’hijiex illimitata għal parti mis-suq partikolari, ma jistax għaldaqstant jingħad li s-sitwazzjoni tad-domanda [fl-Unjoni] qegħda tkisser il-kollegament kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-Pakistan u l-ħsara lill-industrija [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, il-punt 162 tas-sentenza appellata, li abbażi tiegħu d-dannu sinjifikanti lill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi spjegat mill-allegat staġnar tad-domanda fis-settur tal-prodotti ta’ kwalità għolja, sa fejn it-talba fl-Unjoni kienet żdiedet fis-setturi kollha, bl-ebda mod ma jikkontradixxi ż-żewġ premessi msemmija fil-punt preċedenti, u minħabba f’hekk hemm lok li dan l-ilment jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment intiż kontra l-punt 163 tas-sentenza appellata, għandu jiġi rrilevat li r-raġuni msemmija fil-punt 162 tas-sentenza appellata hija suffiċjenti waħedha sabiex tiġġustifika ċ-ċaħda tal-allegazzjoni tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li hemm lok li dan l-ilment jiġi miċħud bħala ineffettiv. Għaldaqstant, hemm lok li l-ewwel parti tat-tieni aggravju tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tat-tieni aggravju, intiża kontra l-punti 168 sa 170 tas-sentenza appellata, għandu jiġi rrilevat li, fil-premessi 109 u 111 tar-regolament kontenzjuż, il-Kunsill irrileva li kien hemm rabtiet bejn l-industrija tal-Unjoni u l-industrija Torka, kif ukoll ċerta integrazzjoni tas-suq fil-forma ta’ kummerċ bejn kumpaniji, fatt li kien jissuġġerixxi li d-deċiżjoni ta’ importazzjoni minn dak il-pajjiż ma kinitx marbuta biss mal-prezz. Huwa kkonkluda li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra minbarra l-Pakistan ma kinux ta’ natura li jikkontestaw r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet provenjenti mill-Pakistan, sostnuti minn dumping u d-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni, sa fejn il-prezzijiet tal-prodotti provenjenti mill-industrija ta’ dawn il-pajjiżi terzi oħra kienu ogħla minn dawk tal-industrija Pakistana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, qabel kollox, il-punt 168 tas-sentenza appellata, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-fatt li l-istituzzjonijiet kienu kkonstataw ċerti rabtiet ekonomiċi bejn l-industrija tal-Unjoni u pajjiżi oħra ma jimplikax, fih innifsu, li huma kienu konxji ta’ strateġija ta’ delokalizzazzjoni bil-għan li l-produzzjoni tal-Unjoni tiġi ssostitwita bil-produzzjoni delokalizzata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, minn dan tal-aħħar ma jirriżultax b’mod manifest li l-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-elementi msemmija fil-punt preċedenti, sa fejn il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ rabtiet bejn l-industrija tal-Unjoni u l-industrija Torka, kif ukoll ta’ importazzjonijiet li ma humiex biss motivati mill-prezzijiet, waħedha ma hijiex biżżejjed sabiex tindika strateġija volontarja ta’ delokalizzazzjoni min-naħa tal-industrija tal-Unjoni, ta’ natura li tikkontesta l-eżistenza tad-dannu subit minn din l-industrija tal-Unjoni minħabba l-importazzjonijiet provenjenti mill-Pakistan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 62 ta’ din is-sentenza, hemm lok li jiġi miċħud bħala infondat l-ilment imressaq mill-appellanti insostenn tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħha, li abbażi tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-punt 168 tas-sentenza appellata, wettqet żnaturament tal-fatti li kienu tressqu quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-ilment intiż kontra l-punt 169 tas-sentenza appellata, ibbażat ukoll fuq żnaturament mill-Qorti Ġenerali tal-fatti sottomessi għall-evalwazzjoni tagħha, hemm lok li jiġi rrilevat li, fil-punt 172 tar-rikors tagħha għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti affermat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sa fejn it-telf żgħir ta’ ishma mis-suq subit mill-produzzjoni li tinsab [fl-Unjoni] ġie kkumpensat miż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet provenjenti mill-produzzjoni delokalizzata kkontrollata mill-industrija [tal-Unjoni], kull dannu eventwali subit mill-industrija [tal-Unjoni] ma huwiex ikkawżat mill-importazzjonijiet mill-Pakistan, iżda mid-deċiżjoni tal-produtturi tal-[Unjoni] li jirrikorru għall-produzzjoni offshore ikkontrollata minnhom sabiex jipprovdu online friex tas-sodda b’valur baxx u jbiegħuhom [fl-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, u għall-kuntrarju ta’ dak li tallega l-appellanti fil-kuntest ta’ dan l-ilment, permezz tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti, hija kkontestat ir-rabta kawżali eżistenti bejn id-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet provenjenti mill-Pakistan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant jeħtieġ li dan l-ilment jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tielet ilment imressaq mill-appellanti insostenn tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħha, hemm lok li jitqies li, meta ddeċidiet, fil-punt 170 tas-sentenza appellata, li mill-premessi 109 sa 111 tar-regolament kontenzjuż kien jirriżulta li l-Kunsill kien evalwa suffiċjentement skont il-liġi l-impatt tal-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni minn pajjiżi terzi oħra, inkluża t-Turkija, u li għalhekk seta’ jikkonkludi, mingħajr ma jwettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, li l-prezzijiet<?PAGE NO="12"?> relattivament għoljin tal-importazzjonijiet li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi meta mqabbla ma’ dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Pakistan kienu jipprekludu li l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jiksru l-imsemmija rabta kawżali, il-Qorti Ġenerali mmotivat id-deċiżjoni tagħha kif xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, wara li osservat li l-appellanti ma kienet ipproduċiet ebda prova ta’ natura li tqiegħed inkwistjoni din ir-rabta kawżali, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kunsill ma kien wettaq ebda żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti u li l-elementi li jinsabu fir-regolament kontenzjuż kienu ta’ natura li jipprovaw suffiċjentement skont il-liġi tali rabta kawżali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-ilment ibbażat fuq l-assenza ta’ analiżi tal-effett ikkombinat ta’ fatturi oħra, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 178 sa 181 tas-sentenza appellata, motivat ir-raġunijiet li għalihom ma kienx hemm lok li dawn jiġu analizzati, mingħajr ma l-appellanti ma tispjega fl-appell tagħha r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali kienet għaldaqstant wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli u, għaldaqstant, it-tieni parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Mill-elementi preċedenti jirriżulta li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat u li l-appell fl-intier tiegħu għandu jiġi miċħud bħala parzjalment infondat u parzjalment inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Peress li Gul Ahmed tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Gul Ahmed Textile Mills Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>