|
22.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10359 — Carsales Holdings/Goldman Sachs/Eurazeo/Open Road)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 292/02)
1.
Fl-14 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Carsales Holdings US, LLC (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn carsales.com Limited (“Carsales”, l-Awstralja), |
|
— |
The Goldman Sachs Group (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Eurazeo SE (“Eurazeo”, Franza), |
|
— |
Open Road Parent, LLC (“Open Road”, l-Istati Uniti). |
Carsales, Goldman Sachs u Eurazeo jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Open Road.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Carsales: negozju online tal-karozzi, tal-muturi u tal-opri tal-baħar ibbażat fl-Awstralja b’operazzjonijiet madwar ir-reġjun fil-Paċifiku tal-Asja, |
|
— |
għal Goldman Sachs: il-forniment ta’ servizzi bankarji globali ta’ investiment, servizzi ta’ ġestjoni tat-titoli u tal-investiment lil korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi ta’ valur nett għoli. |
|
— |
għal Eurazeo: grupp ta’ investiment globali b’portafoll diversifikat u jiffoka fuq tliet klassijiet ta’ assi: l-ekwità privata, id-dejn privat u l-proprjetà immobbli. |
|
— |
għal Open Road, permezz tas-sussidjarja tagħha Trader Interactive, LLC (l-Istati Uniti): swieq online u soluzzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diġitali relatati fl-Istati Uniti għall-bejgħ ta’ vetturi u tagħmir. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10359 — Carsales Holdings/Goldman Sachs/Eurazeo/Open Road
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).