|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1186 |
18.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1186
tas-17 ta’ Ġunju 2025
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni lill-prodott bijoċidali uniku “exeol air cid 01” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-12 ta’ Ġunju 2024, SODEL ippreżentat applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, imsejjaħ “exeol air cid 01”, tat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, b’referenza għall-prodott bijoċidali uniku bin-numru tal-ass EU-0029752-0007, li huwa parti mill-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Oxy’Pharm H2O2”. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-NA095946-30 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Oxy’Pharm H2O2” awtorizzata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1764 (3), bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0029752-0000. |
|
(2) |
Il-prodott bijoċidali uniku “exeol air cid 01” fih il-perossidu tal-idroġenu bħala s-sustanza attiva, li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi tal-prodotti 2 u 4. |
|
(3) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2024, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha (4) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “exeol air cid 01”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn il-prodott bijoċidali uniku “exeol air cid 01” u l-prodott bijoċidali uniku ta’ referenza relatat bin-numru tal-ass EU-0029752-0007, li huwa parti mill-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Oxy’Pharm H2O2” huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (5), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Oxy’Pharm H2O2” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku “exeol air cid 01” jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2024, l-Aġenzija bagħtet ukoll lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC ta’ “exeol air cid 01” fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “exeol air cid 01”. |
|
(7) |
Id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi allinjata mad-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Oxy’Pharm H2O2”. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0033504-0000 lil SODEL għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “exeol air cid 01”, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-8 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Settembru 2033.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/414/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1764 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Oxy’Pharm H2O2 ” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 225, 13.9.2023, p.21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1764/oj).
(4) European Chemicals Agency opinion of 25 October 2024 on the Union authorisation of the same single biocidal product ‘exeol air cid 01’, UBS-C-1770534-19-00/F, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).
ANNESS
SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL PRODOTT BIJOĊIDALI
exeol air cid 01
Tip(i) ta’ prodott
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0033504-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0033504-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
exeol air cid 01 |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
SODEL |
|
Indirizz |
190 rue René Barthélémy 14100 Lisieux, Franza |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0033504-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0033504-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
It-8 ta’ Lulju 2025 |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
|
It-30 ta’ Settembru 2033 |
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
OXY’PHARM |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
829, rue Marcel Paul, 94500 Champigny-sur-Marne, Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Perossidu tal-idroġenu |
||
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Resource Efficiency GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Rellinghauser Straße 1-11, 45128 Essen, Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
sustanza attiva |
7722-84-1 |
231-765-0 |
7,9 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
AL Kwalunkwe likwidu ieħor
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P264: Aħsel l-idejn sew wara li tużah. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. P305 + P351 + P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P337 + P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. |
4. UŻU/I AWTORIZZATI
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Uża 3.1: Diżinfezzjoni ta’ wiċċ iebes b’7,9% ta’ Akkwa Ossiġenata li Jtappan (FHP Fogging Hydrogen Peroxide)
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
||||||||||||||||||||||||
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
— |
||||||||||||||||||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Bakterja Isem komuni: Bacteria Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Ħmejjer Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Spori batterjoloġċi Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Mycobacteria Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Viruses Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: — |
||||||||||||||||||||||||
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni tal-kamra b’FHP għal kmamar b’volumi ta’ bejn 4-150 m3. Jinvolvi diżinfezzjoni ta’ uċuħ iebsa u mhux porużi ta’ tagħmir u materjal (li jeskludi apparat mediku) preżenti fil-kamra trattata:
|
||||||||||||||||||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: fogging Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott hu lest biex jintuża biex jitqiegħed fit-tagħmir. Dan it-tagħmir awtomatikament itappan il-prodott bijoċidali, fl-ispazju/kamra magħluq/a li j(/t)rid j(/t)iġi diżinfettat/a, mingħajr ebda utent jew passant ġewwa. |
||||||||||||||||||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni:
Daqs tal-qatra żgħira: 1-15 μm Numru u ħin tal-applikazzjoni: Iddiżinfetta kmamar u tagħmir ta’ spiss kif meħtieġ mill-protokoll tal-iġjene stabbilit. |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
||||||||||||||||||||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
|
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
L-uċuħ għandhom jitnaddfu qabel jiġu diżinfettati. Dan il-prodott hu lest biex jintuża u għandu jiġi użat mingħajr ma jiġi dilwit. Il-prodott hu diżinjat għal tagħmir bħal Nocospray/Bio-sanitizer/Sanofoq/Nocomax/Nocomax Easy/Glosair. Aqra l-istruzzjonijiet qabel tuża. Uża skont il-protokolli li ġejjin:
|
— |
Attività batteriċidali, lievitiċidali, fungiċidali, sporiċidali u viruċidali: 5 ml prodott/m3 u ħin ta’ kuntatt ta’sagħtejn. |
|
— |
Attività mikobatteriċidali (tnaqqis log ≥ 4): 7 ml prodott/m2 u ħin ta’ kuntatt ta’sagħtejn. |
Daqs tal-qatra żgħira: 1-15 μm
Umdità relattiva: 25 %–75 %
Temperatura: Temperatura tal-kamra
Irrispetta l-ħin ta’ kuntatt.Il-ħin ta’ kuntatt jibda meta l-ammont meħtieġ ta’ prodott hu preżenti fil-kamra.
L-utent għandu dejjem iwettaq validazzjoni mikrobijoloġika tad-diżinfezzjoni tal-kmamar li jridu jiġu diżinfettati (jew f’ “kamra standard” adattata, jekk applikabbli) bit-tagħmir li jrid jintuża u wara jkun jista’ jsir protokoll għal diżinfezzjoni ta’ dawn il-kmamar u jiġi użat minn hemm ‘l hemm.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
L-ewwel għajnuna :
JEKK JINBELA’: Minnufih laħlaħ il-ħalq. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta tkun kapaċi tibla’ IPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk sintomi jseħħu: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Ibqa’ laħlaħ għal mill-inqas 5 minuti. Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
JEKK JITTIEĦED FIN-NIFS: Jekk sintomi jseħħu: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
Effetti diretti jew indiretti probabbli :
|
— |
Jagħmel irritazzjoni serja ta’ l-għajnejn. |
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2
Uża 3.3: Diżinfezzjoni ta’ wiċċ iebes ta’ Akkwa Ossiġenata li Jtappan (FHP Fogging Hydrogen Peroxide)
|
Tip ta’ prodott |
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
||||||||
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: — Isem komuni: Bakterja Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Ħmejjer Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Spori batterjoloġċi Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Mycobacteria Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: Viruses Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: batterjofaġi Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: — Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: — |
||||||||
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ kamra b’diżinfezzjoni b’FHP ta’ uċuħ ibsin u mhux porużi ta’ tagħmir u materjal preżenti fil-kamra trattata ta’ daqs bejn 4-150 m3:
|
||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: fogging Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott hu lest biex jintuża biex jitqiegħed fit-tagħmir. Dan it-tagħmir awtomatikament itappan il-prodott bijoċidali, fl-ispazju/kamra magħluq/a li j(/t)rid j(/t)iġi diżinfettat/a, mingħajr ebda utent jew passant ġewwa. |
||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni:
Daqs tal-qatra żgħira: 1-15 μm Numru u ħin tal-applikazzjoni: Iddiżinfetta kmamar u tagħmir ta’ spiss kif meħtieġ mill-protokoll tal-iġjene stabbilit. |
||||||||
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
||||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
|
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
L-uċuħ għandhom jitnaddfu qabel jiġu diżinfettati. Dan il-prodott hu lest biex jintuża u għandu jiġi użat mingħajr ma jiġi dilwit. Il-prodott hu diżinjat għal tagħmir bħal Nocospray/Bio-sanitizer/Sanofoq/Nocomax/Nocomax Easy/Glosair. Aqra l-istruzzjonijiet qabel tuża. Uża skont il-protokolli li ġejjin:
|
— |
Attività batteriċidali, batterjofaġiċidali, lievitiċidali, fungiċidali, sporiċidali, u viruċidali: 5 ml prodott/m3 u ħin ta’ kuntatt ta’sagħtejn. |
|
— |
Attivita mikobatteriċidali 7 ml prodott/m3 u ħin ta’ kuntatt ta’sagħtejn. |
Daqs tal-qatra żgħira: 1-15 μm
Umdità relattiva: 25%–75%
Temperatura: Temperatura tal-kamra
Irrispetta l-ħin ta’ kuntatt.Il-ħin ta’ kuntatt jibda meta l-ammont meħtieġ ta’ prodott hu preżenti fil-kamra.
L-utent għandu dejjem iwettaq validazzjoni mikrobijoloġika tad-diżinfezzjoni tal-kmamar li jridu jiġu diżinfettati (jew f’ “kamra standard” adattata, jekk applikabbli) bit-tagħmir li jrid jintuża u wara jkun jista’ jsir protokoll għal diżinfezzjoni ta’ dawn il-kmamar u jiġi użat minn hemm ‘l hemm.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
L-ewwel għajnuna :
JEKK JINBELA’: Minnufih laħlaħ il-ħalq. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta tkun kapaċi tibla’ IPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk sintomi jseħħu: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Ibqa’ laħlaħ għal mill-inqas 5 minuti. Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
JEKK JITTIEĦED FIN-NIFS: Jekk sintomi jseħħu: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib.
Effetti diretti jew indiretti probabbli :
|
— |
Jagħmel irritazzjoni serja ta’ l-għajnejn. |
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
—
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Waqt id-diffużjoni, żomm il-kamra magħluqa u tidħolx fiha. It-trattament irid isir mingħajr fin-nuqqas ta’ bnedmin jew annimali.
L-ispazji kollha preżenti fil-kamra (pereżempju, frejms tat-twieqi) minn fejn iċ-ċpar jista’ jnixxi għandhom jiġi siġillati qabel id-diffużjoni.
Aċċerta li l-aċċess għaż-żona trattata bl-iċpar ikun miċħud waqt il-proċedura kollha b’sinjal ta’ twissija.
L-ebda aċċess għaż-żona trattata m’għandu jkun permess sakemm il-konċentrazzjoni ta’ perossidu tal-idroġenu tkun ≤ 0.9 ppm (1.25 mg/m3) jew valur ta’ riferiment nazzjonali rilevanti li jkun inqas.
L-utent professjonali jista’ jidħol fil-kamra biss f’sitwazzjonijiet t’emerġenza meta l-livell tal-perossidu tal-idroġenu jkun naqas għal inqas minn 36 ppm (50 mg/m3) bl-ilbies obbligatorju tat-Tagħmir Personali Protettiv (PPE): Tagħmir Respiratorju Protettiv (RPE) ikklassifikat taħt EN 14387 jew ekwivalenti bil-Fattur ta’ Protezzjoni Assenjat (APF) 40 (Tip ta’ RPE li jrid jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fi ħdan l-informazzjoni dwar il-prodott) u tagħmir protettiv adattat (ingwanti klassifikati taħt l-Istandard Ewropew EN374 jew ekwivalenti, protezzjoni għall-għajnejn konsistenti ml-Istandard Ewropew EN ISO 16321 jew ekwivalenti, tuta kompluta). Materjal tal-ingwanti u t-tuta kompluta għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fi ħdan it-tagħrif dwar il-prodott.
Ara taqsima 6 għat-titli sħaħ tal-istandards EN.Tagħmir li jkejjel għandu jintuża biex jiżgura li l-konċentrazzjoni ta’ perossidu tal-idroġenu ikun naqas taħt 0.9 ppm jew valur ta’ riferiment rilevanti nazzjonali li jkun inqas. Annimali/persuni mingħajr tagħmir protettiv jistgħu jidħlu mill-ġdid fil-kamra biss wara li l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu fl-arja ikun naqas għal inqas minn 1.25 mg/m3 (0.9 ppm) jew valur ta’ riferiment nazzjonali rilevanti li jkun inqas.
Tagħmir personali protettiv:
Ilbes gogils reżistenti għal kimika konsistenti mal-Istandard Ewropew EN ISO 16321 jew ekwivalenti għall-protezzjoni tal-għajnejn waqt it-taħlit u l-mili tal-prodott għall-ippakkjar/fil-kontenitur li jintuża direttament fit-tagħmir biex jagħmel iċ-ċpar (bħal Nocospray, Bio-sanitizer, Sanofog, Nocomax jew Nocomax Easy).
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
—
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Fi tmiem it-trattament, armi l-prodott mhux użat u l-ippakkjar b’konformità mar-regolamenti lokali. Il-prodott użat jista’ jiġi fflaxxjat ġod-drenaġġ muniċipali jew mormi fid-depożitu tad-demel skont ir-regolamenti lokali. Evita r-rilaxx f’impjant individwali tat-trattament tal-ilma użat.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
|
— |
Kemm idum tajjeb prodott fuq l-ixkaffa: 2 snin. |
6. INFORMAZZJONI OĦRA
It-titli sħaħ tal-istandards EN msemmija f’taqsima 5.2 huma elenkati isfel:
EN 374 – Ingwanti protettivi kontra kimiċi perikolużi u mikroorganiżmi
EN ISO 16321 – Protezzjoni għall-għajnejn u l-wiċċ għall-użu okkupazzjonali
EN 14387 – Tagħmir respiratorju protettiv – Filtr(u/i) tal-gass u filtr(u/i) kombinat(i) – Rekwiżiti, testjar, immarkar
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1186/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)