<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-523/16</NO.CASE><NO.CASE>C-536/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0523</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:122">EU:C:2018:122</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180228">28.2.2018</DATE> – Kawżi Magħquda C-523/16 u C-536/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">MA.T.I. SUD u <HT TYPE="BOLD">Duemme SGR</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 51</KEYWORD><KEYWORD>Regolarizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/17/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kjarifika tal-offerti</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-regolarizzazzjoni mill-offerenti tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji relatati mal-għoti tal-kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-523/16 u C-536/16,</P><P>li jirrigwardaw it-talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-13 u tal-<DATE ISO="20160715">15 ta’ Lulju 2016</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament fit-12 u fl-<DATE ISO="20161024">24 ta’ Ottubru 2016</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">MA.T.I. SUD SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Centostazioni SpA,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">China Taiping Insurance Co</HT>. <HT TYPE="BOLD">Ltd</HT>, (C-523/16),</P></PRESENCE><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Duemme SGR SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)</HT> (C-536/16),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn J. Malenovský, President tal-Awla, D. Šváby u M. Vilaras (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Duemme SGR SpA, minn F. Brunetti kif ukoll minn F. Scanzano, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR), minn M. Brugnoletti, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Sclafani, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u C. Zadra, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20171115">15 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 45 u 51 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif ukoll il-prinċipji tal-ikbar kompetizzjoni possibbli, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-523/16, it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn MA.T.I. SUD SpA u Societa Centostazioni SpA, dwar proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku relatat ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>operazzjonijiet integrati ta’ manutenzjoni ordinarja u straordinarja [u] tas-servizz tal-enerġija f’diversi binjiet ta’ stazzjonijiet tal-ferrovija li jagħmlu parti min-network Centrostazioni SpA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-536/16, it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Duemme SGR SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Duemme<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Assoziazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR) (Assoċjazzjoni Kaxxa Nazzjonali ta’ Kontinġenza u Assistenza favur accountants u awdituri (CNPR)), dwar proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa fid-dawl tal-iffirmar ta’ ftehim-qafas għall-ġestjoni tal-portafoll ta’ titoli taċ-CNPR.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/17/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 9 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 134, p. 1</REF.DOC.OJ>) tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Sabiex jiġi garantit il-ftuħ għall-kompetizzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku mogħtija minn entitajiet li qed joperaw f’setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġijia, it-trasport u tal-posta, huwa ta’ parir li jitfasslu dispożizzjonijiet għal koordinazzjoni tal-Komunità ta’ kuntratti ‘l fuq minn ċertu valur. Din il-kordinazzjoni hija bażata fuq ħtiġijiet inferibbli mill-Artikoli 14, 28 u 49 tat-Trattat tal-KE u<?PAGE NO="3"?> mill-Artikolu 97 tat-Trattat ta’ l-Euratom, prinċipalment ta’ trattament ugwali, li tiegħu il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni mhuwiex aktar minn espressjoni speċifika, il-prinċipju ta’ għarfien bejn xulxin, il-prinċipju ta’ proporzjonalita, kif ukoll il-prinċipju ta’ trasparenza. Bil-ħsieb tan-natura tas-setturi affettwati minn din il-kordinazzjoni, dan ta’ l-aħħar għandu, fil-waqt li jissalvagwardja l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, jistabbilixxi qafas għal prattika kummerċjali soda u għandu jippermetti flessibilita massima.</P></CONSID><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lil operaturi ekonomiċi ugwalment (indaqs) u mhux b’mod diskriminatorju u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/18</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju ta’ l-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont, huwa rakkomandat li jinħarġu disposizzjonijiet ta’ kordinazzjoni Komunitarja tal-proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji sabiex jiġu assigurati l-effetti li dawn jista’ jkollhom u biex jiggarantixxu l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni. Dawn il-disposizzjonijiet kordinati għandhom għalhekk jiġu interpretati skond ir-regoli imsemmija aktar qabel u l-prinċipji u regoli oħra tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Prinċipji ta’ assenjar ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-awtoritajiet kuntrattwali se jistmaw l-operaturi ekonomiċi ugwali u bla diskriminazzjoni u se jaġixxu b’mod trasparenti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull kandidat jew min ikun xeħet l-offerta illi kien suġġett għal sentenza tal-qorti b’ħaqq aħħari li dwaru tkun taf l-awtorità kontrattwanti għal raġuni jew aktar imniżżlin hawn taħt għandu jkun eskluż mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif deskritt fl-Artikolu 2(1) tal-Kunsill Konġunt ta’ Azzjoni [98/733/JHA tal-<DATE ISO="19981221">21 ta’ Diċembru 1998</DATE>, adottata mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-inkriminazzjoni tal-parteċipazzjoni għal organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 ta’ l-Att tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19970526">26 Mejju 1997</DATE> [li tistabbilixxi l-ftehim adottat abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-uffiċċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1997">ĠU 1997, C 195, p. 1</REF.DOC.OJ>),] u l-Artikolu 3(1) tal-Kunsill Konġunt ta’ Azzjoni 98/742/JHA [tat-<DATE ISO="19981222">22 ta’ Diċembru 1998</DATE> adottata abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-korruzzjoni fis-settur privat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="358" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, L 358, p. 2</REF.DOC.OJ>)] rispettivament;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>frodi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni [adottata abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,] relatata mal-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Kommunitajiet Ewropej [(<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="49" DATE.PUB="1995">ĠU 1995, C 316, p. 49</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ħasil ta’ flus, hekk kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE tal-<DATE ISO="19910610">10 Ġunju 1991</DATE> dwar prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil ta’ flus [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="166" PAGE.FIRST="77" DATE.PUB="1991">ĠU 1991, L 166, p. 77</REF.DOC.OJ>)].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Stati Membri għandhom jispeċifikaw, skond il-liġi nazzjonali tagħhom u b’rigward tal-liġi tal-Kommunità, il-kondizzjonijiet li jimplimentaw dan il-paragrafu.</ALINEA><ALINEA>Huma jistgħu jipprovdu għal deroga mill-ħtieġa li sar riferiment ghaliha fl-ewwel sub-paragrafu li tisboq ħtiġijiet fl-interess ġenerali.</ALINEA><ALINEA>Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kontrattwanti għandhom, fejn xieraq, jitolbu lil kandidati jew lil dawk li jkunu xeħtu l-offerta biex ifornu d-dokumenti li sar riferiment għalihom fil-paragrafu 3 u jistgħu, fejn huma għandhom dubji li jikkonċernaw is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati jew dawk li jkunu xeħtu l-offerta, japplikaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti biex jakkwistaw kull informazzjoni li huma jqisu bħala neċessarja dwar il-qagħda personali tal-kandidati jew dawk li xeħtu l-offerta konċernati. Fejn l-informazzjoni tikkonċerna kandidat jew min ikun xeħet l-offerta stabbilit f’xi Stat ieħor barra dak ta’ l-awtorità kontrattwanti, l-awtorità kontrattwanti tista’ tfittex il-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. B’rigward għal-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn il-kandidati jew dawk li jkunu xeħtu l-offerta huma stabbiliti, talbiet bħal dawn għandhom jirrelataw għal persuni legali u/jew naturali, inklużi, jekk xieraq, diretturi ta’ Kumpannija u kull persuna li għandha poteri ta’ rappreżentazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fir-rigward tal-kandidat jew dak li jkun xeħet l-offerta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huwa fallut jew se jagħlaq in-negozju tiegħu, fejn l-affarijiet tiegħu qed jiġu amministrati mill-qorti, fejn hu jkun daħal f’arranġament ma’ kredituri, fejn hu jkun issospenda l-attivitajiet tan-negozju jew qiegħed fi kull sitwazzjoni analoga ikkawżata minn proċedura simili taħt il-liġijiet nazzjonali u regolamenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>hu s-suġġett ta’ proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ falliment, għal ordni ta’ egħluq obbligatorju ta’ negozju jew amministrazzjoni mill-qorti ta’ arranġament ma’ kredituri jew ta’ kull proċeduri oħra simili taħt il-liġijiet nazzjonali u regolamenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ingħata sentenza b’ħaqq tal-qorti li għandha s-saħħa tar-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> skont il-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż ta’ kull offiża li tikkonċerna il-kondotta professjonali tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kien misjub ħati ta’ kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità ippruvata bi kull mezz li l-awtoritajiet kontrattwanti jistgħu juru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>ma issodisfax obbligi relatati mal-pagament ta’ kuntribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew ma’ dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontrattwanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>ma issodisfax obbligi relatati mal-pagament ta’ taxxi skont il-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew ma’ dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontrattwanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>li nstabħati li għamel dikjarazzjonijiet foloz serji fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ din it-taqsima jew li ma tax din l-informazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Stati Membri għandhom jispeċifikaw, skond il-liġi nazzjonali tagħhom u b’rigward għal-liġi tal-Kommunità, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dan il-paragrafu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Awtoritajiet kontrattwanti għandhom jaċċettaw dan li ġej bħala evidenza suffiċjenti li ebda wieħed mill-każi speċifikati fil-paragrafi 1 jew 2(a), (b), (ċ), (e) jew (f) japplika għall-operatur ekonomiku:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għal dak li jirrigwarda paragrafi 1 u 2(a), (b) u (ċ), il-produzzjoni ta’ estratt mir-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>rekord ġudizzjarju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> jew, fin-nuqqas ta’ dak, ta’ xi dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti fil-pajjiż ta’ oriġini jew il-pajjiż li minnu tkun ġejja dik il-persuna juri li dawn il-ħtiġijiet kienu ġew sodisfatti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għal dak li jirrigwarda paragrafu 2(e) u (f), ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru konċernat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Fejn il-pajjiż in kwistjoni ma joħroġx dokumenti bħal dawn jew ċertifikati, jew fejn dawn ma jkoprux l-każi kollha speċifikati fil-paragrafi 1 u 2(a), (b) u (ċ), dawn jistgħu jiġu mibdula b’dikjarazzjoni bil-ġurament jew, fi Stati Membri fejn m’hemmx disposizzjoni għal dikjarazzjonijiet bil-ġurament, b’dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna konċernata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew korp professjonali jew ta’ negozju kompetenti, fil-pajjiż ta’ oriġini jew fil-pajjiż mnejn tkun ġejja dik il-persuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u korpi kompetenti biex joħorġu d-dokumenti, ċertifikati jew dikjarazzjonijiet li sar riferiment għalihom f’paragrafu 3 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Notifika bħal din għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi ta’ ħarsien ta’ l-informazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-awtorità kontrattwanti tista’ tistieden lil operaturi ekonomiċi li jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati u dokumenti sottomessi fis-segwitu ta’ l-Artikoli 45 sa 50.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(2a) tad-decreto legislativo n. 163 – Codice dei contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture in attuazione delle direttive 2004/17/CE e 2004/18/CE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163, dwar il-ħolqien ta’ Kodiċi dwar kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti skont id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE), tat-<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 100, tat-<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>)) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-assenza, in-natura inkompleta u kwalunkwe irregolarità sostanzjali oħra tal-elementi u d-dikjarazzjonijiet sostituttivi li jinsabu fil-paragrafu 2 jobbligaw lill-offerent li jkun ikkawżahom iħallas, lill-awtorità kontraenti, sanzjoni pekunjarja speċifikata fl-avviż tal-kuntratt, li l-ammont tagħha ma jistax ikun inqas minn wieħed kull elf jew iktar minn wieħed fil-mija tal-valur tal-kuntratt, mingħajr ma jaqbeż EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, liema ħlas huwa ggarantit mill-garanzija provviżorja. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tagħti lill-offerent terminu ta’ żmien, li ma jaqbiżx għaxart ijiem, sabiex jippreżenta, jikkompleta jew jirregolarizza d-dikjarazzjonijiet meħtieġa, u għandha tindika l-kontenut tagħha u l-persuni obbligati li jagħmlu dan. F’każ ta’ irregolaritajiet mhux sostanzjali, jiġifieri, assenza jew inkompletezza ta’ dikjarazzjonijiet mhux essenzjali, l-awtorità kontraenti ma għandhiex titlob li dawn jiġu rregolarizzati u lanqas ma timponi sanzjoni. Jekk it-terminu stabbilit jinqabeż, l-offerent jiġi eskluż mill-proċedura tas-sejħa għal offerti. Ebda modifika li ssir fuq offerta, inkluż wara deċiżjoni ta’ qorti, wara l-fażi ta’ ammissjoni, ta’ regolarizzazzjoni jew ta’ esklużjoni tal-offerti ma tista’ tiġi kkunsidrata rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-medja fil-kuntest tal-proċedura jew għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-limitu ta’ anomalija tal-offerti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[f]il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 38 sa 45, l-awtoritajiet kontraenti, jekk jaħsbu li dan huwa meħtieġ, għandhom jistiednu lill-offerenti sabiex jikkompletaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati, id-dokumenti jew id-dikjarazzjonijiet sottomessi.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-523/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Centostazioni, li tagħmel parti mill-grupp Ferrovie dello Stato Italiane SpA, permezz ta’ avviż ippubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fit-<DATE ISO="20160108">8 ta’ Jannar 2016</DATE>, bdiet proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku tal-valur stimat ta’ EUR 170 864 780.81, mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), li għandu bħala suġġett l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>operazzjonijiet integrati ta’ manutenzjoni ordinarja u straordinarja [u] tas-servizz tal-enerġija f’diversi binjiet ta’ stazzjonijiet tal-ferrovija<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li jagħmlu parti min-netwerk tagħha, għal tul ta’ 36 xahar. Dan il-kuntratt kien maqsum f’erba’ lottijiet ġeografiċi (Nofsinhar, Ċentru-Tramuntana u Tramuntanta-Punent, Ċentru-Tramuntana u Tramuntana-Lvant u Tramuntana-Lvant) li kellu jingħata skont il-kriterju tal-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-punt VI.3(w) tal-imsemmi avviż ta’ kuntratt kien jipprovdi l-possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li titlob ir-regolarizzazzjoni, taħt piena ta’ esklużjoni mill-proċedura, tal-offerti kollha mhux kompluti jew irregolari, fejn din it-talba kienet timplika l-ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT>, skont l-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-punt 1.1(G) tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt dwar l-imsemmi kuntratt kien jipprovdi li l-offerta magħmula minn assoċjazzjoni temporanja ta’ impriża li għadha ma ġietx ikkostitwita f’persuna ġuridika kellha tkun akkompanjata, skont id-dokumenti amministrattivi meħtieġa, minn dikjarazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> li tinkludi l-impenn, f’każ li jingħata l-lott, li jiġi fdat mandat speċjali kollettiv ta’ rappreżentazzjoni tal-impriża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kap tal-lista<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li għandu jsir nominativament (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Din id-dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà kellha tkun iffirmata mill-impriżi kollha li jifformaw l-assoċjazzjoni, fejn huwa ppreċiżat li, meta offerent jipparteċipa għal diversi lottijiet taħt forma differenti, huwa kellu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà għal kull lott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>MA.T.I. SUD, fil-kapaċità tagħha ta’ responsabbli tal-assoċjazzjoni temporanja tal-impriżi kkostitwita ma’ Graded SpA (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), iddepożitat fajl ta’ kanditatura għal-lottijiet 1 u 2 tas-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160316">16 ta’ Marzu 2016</DATE>, l-awtorità kontraenti rrilevat li d-dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà mitluba għall-għoti tal-lott 2, li kienet taħtar lil MA.T.I. SUD bħala kap tal-lista tal-assoċjazzjoni, kellha l-firma tar-rappreżentant legali tagħha nieqsa. Konsegwentement, l-awtorità kontraenti, skont l-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, stiednet lill-imsemmija assoċjazzjoni, minn naħa, sabiex tirrimedja din l-irregolarità f’terminu ta’ sebat ijiem, taħt piena ta’ esklużjoni mis-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, sabiex tħallas sanzjoni pekunjarja ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160321">21 ta’ Marzu 2016</DATE>, MA.T.I. SUD bagħtet id-dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà mitluba, iffirmata mir-rappreżentanti legali taż-żewġ kumpanniji li jikkostitwixxu l-assoċjazzjoni. Hija talbet ukoll l-annullament tas-sanzjoni pekunjarja imposta, minħabba li d-dikjarazzjoni inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>la kellha nuqqasijiet, la kienet inkompleta u lanqas ivvizzjata b’irregolarità sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Hija ssostni, f’dan ir-rigward, li l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ikkonċernati kienu jeħtieġu dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà għal kull wieħed mil-lottijiet biss fil-każ fejn l-assoċjazzjoni kellha l-intenzjoni li<?PAGE NO="7"?> tipparteċipa fihom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>taħt forma differenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Issa, l-assoċjazzjoni, f’dan il-każ, iddikkjarat li riedet tipparteċipa għal-lottijiet 1 u 2 taħt l-istess forma, ma’ MA.T.I. SUD bħala kap tal-lista, billi ppreżentat dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà għal-lott 1 li kien fih l-elementi kollha mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160330">30 ta’ Marzu 2016</DATE>, l-awtorità kontraenti intimat lil MA.T.I. SUD tħallas l-ammont tas-sanzjoni pekunjarja imposta, fejn indikat li, fin-nuqqas, dan kien ser jitnaqqas mill-garanzija provviżorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, MA.T.I. SUD ressqet quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) talbiet ta’ sospensjoni u ta’ annullament tal-imsemmija sanzjoni pekunjarja, billi sostniet b’mod partikolari li hija ma kienet wettqet l-ebda irregolarità sostanzjali fil-preżentazzjoni tad-dokumenti preparatorji għall-parteċipazzjoni għall-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-mekkaniżmu ta’ assistenza bi ħlas għall-ħolqien tal-fajl, stabbilita fl-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, joħloq dubji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, li jipprovdi possibbiltà li jiġu kkompletati jew ikkjarifikati ċ-ċertifikati u d-dokumenti li jakkompanjaw l-offerti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, iżda mingħajr ma jipprovdi ebda sanzjoni, u bil-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ eżawriment tal-kawżi ta’ esklużjoni, ta’ trasparenza tal-proċeduri, tal-ikbar parteċipazzjoni possibbli għas-sejħa għal offerti u tal-iktar kompetizzjoni possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Hija tenfasizza li għalkemm, b’mod ġenerali, il-mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl jidher konformi mal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, li tiegħu huwa varjant, dan ma huwiex il-każ għas-sanzjoni pekunjarja li huwa jinkludi. Minbarra li din il-partikolarità tinkoraġġixxi forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>tiftix għall-iżball<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> min-naħa tal-awtorità kontraenti, hija tipproduċi effetti dissważivi fuq il-parteċipazzjoni tal-offerenti għall-proċeduri ta’ sejħa għal offerti, sa fejn dawn tal-aħħar jesponu ruħhom għar-riskju li tiġi imposta fuqhom sanzjoni pekunjarja kbira, sempliċement minħabba irregolarità sostanzjali li taffettwa l-offerta tagħhom, independentement mill-intenzjoni tagħhom li jużaw l-assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva, b’mod partikolari, li din is-sanzjoni hija ddefinita mill-awtorità kontraenti minn qabel u, anki jekk fil-limiti ta’ wieħed f’elf minimu għal wieħed fil-mija massimu, b’limitu assolut ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, b’mod pjuttost diskrezzjonarju, li din ma tistax tiġi adattata skont il-gravità tal-irregolarità mwettqa u li tiġi applikata b’mod awtomatiku għal kull irregolarità sostanzjali kkonstatata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Din il-qorti tenfasizza wkoll li l-introduzzjoni ta’ assistenza bi ħlas għall-preparazzjoni tal-fajl prevista fl-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi għandha l-għan, minn naħa, li tiggarantixxi s-serjetà tat-talbiet ta’ parteċipazzjoni u tal-offerti magħmula, u għalhekk li trendi responsabbli l-offerenti fil-preżentazzjoni tad-dokumenti relatati mas-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, li jingħata kumpens lill-awtorità kontraenti għaż-żieda fix-xogħol ta’ kontroll li għandha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hija tikkunsidra, madankollu, li, fid-dawl tal-karatteristiċi tas-sanzjoni li jipprevedi, dan il-mekkaniżmu ma huwiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn l-implementazzjoni tiegħu tista’ twassal għall-ħlas lill-awtorità kontraenti ta’ kumpens manifestament sproporzjonat meta mqabbel mal-attivitajiet supplementari li hija jkollha, skont il-każ, taffaċċja. Sanzjoni ekonomika importanti hija iktar u iktar sproporzjonata meta t-terminu li fih id-dokumenti li għandhom jiġu kkompletati huwa mnaqqas (għaxart ijiem) u ma jimplikax għalhekk estensjoni eċċessiva tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Lanqas ma huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn sanzjoni tal-istess ammont tista’ tiġi imposta fuq offerent li jkun wettaq irregolarità sostanzjali, iżda ta’ portata limitata, u fuq offerent li jkun wettaq nuqqasijiet gravi għat-talbiet tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Dan il-mekkaniżmu jmur ukoll kontra l-prinċipju tal-ikbar kompetizzjoni possibbli minħabba l-effetti dissważivi tiegħu fuq il-parteċipazzjoni tal-impriżi, b’mod partikolari l-impriżi żgħar u medji, għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1)</NO.P><TXT>Jekk wieħed jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jimponu n-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess (soccorso istruttorio) bil-għan li din tiġi rregolarizzata, l-Artikolu 38(2a) [tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi], fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni […] huwa kuntrarju jew le għad-dritt [tal-Unjoni] meta jipprevedi l-ħlas ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sanzjoni pekunjarja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ta’ ammont li għandu jiġi ffissat mill-awtorità kontraenti (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ammont li ma jistax ikun inqas minn wieħed f’elf jew iktar minn wieħed fil-mija tal-valur tal-kuntratt, u fi kwalunkwe każ li ma jistax ikun ogħla minn EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> u li l-ħlas tiegħu huwa ggarantit mill-kawzjoni provviżorja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) fid-dawl tal-ammont eċċessivament għoli u tan-natura tas-sanzjoni li hija ffissata bil-quddiem, peress li dan ma jistax jiġi adattatskont is-sitwazzjoni konkreta li għandha tiġi rregolata, jiġifieri tal-gravità tal-irregolarità li għaliha wieħed jixtieq jirrimedja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, dan l-istess Artikolu 38(2a)<HT TYPE="ITALIC">bis</HT> [tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi] jikser id-dritt [tal-Unjoni] sa fejn in-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess jista’ fih innifsu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra l-prinċipji intiżi għall-ftuħ massimu tas-suq għall-kompetizzjoni li din is-sistema ta’ assistenza hija intiża li tikseb, billi l-liġi timponi lill-awtorità kontraenti li tipprovdi din l-assistenza fl-interess pubbliku li tilħaq dan l-għan ta’ kompetizzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-536/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Iċ-CNPR, permezz ta’ avviż ippubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fix-xahar ta’ Ottubru 2014, bdiet proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa fid-dawl tal-iffirmar ta’ ftehim-qafas ta’ ġestjoni tal-portafoll ta’ titoli tagħha, ta’ valur stimat ta’ EUR 20 650 000.00 mingħajr VAT, li hija kellha l-intenzjoni li tafda lil ħames entitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-avviż ta’ kuntratt dwar din il-proċedura kien jipprovdi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li, f’każ ta’ dikjarazzjoni nieqsa, mhux kompluta u fi kwalunkwe każ ieħor ta’ irregolarità sostanzjali, l-offerent għandu jħallas sanzjoni pekunjarja għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, filwaqt li kellu terminu ta’ għaxart ijiem sabiex jikkompleta u/jew jirregolarizza din id-dikjarazzjoni bil-produzzjoni tad-dokumenti neqsin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt relatati mal-kuntratt inkwistjoni kienu jippreċiżaw li l-offerenti kellhom jiddepożitaw, taħt piena ta’ esklużjoni, dikjarazzjoni ġuramentata li tiddikkjara li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 38 tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi kienu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Matul l-ewwel seduta pubblika tagħha, l-awtorità kontraenti kkonċernata fetħet l-envelops amministrattivi u kkonstatat li Duemme kienet naqset milli tinkludi d-dikjarazzjonijiet ġuramentati msemmija iktar ’il fuq, li jiddikkjaraw li l-viċi-president u d-direttur ġenerali tagħha qatt ma kienu ġew ikkundannati f’sentenza finali. Hija, konsegwentement, stiednet lil Duemme, b’applikazzjoni tal-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi u tal-Artikolu 7 tal-imsemmija speċifikazzjonijiet tal-kuntratt, jipproduċu d-dikjarazzjonijiet neqsin u tħallas is-sanzjoni pekunjarja korrispondenti, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Duemme kkompletat id-dokumentazzjoni mitluba fit-terminu stabbilit, iżda rrifjutat li tħallas fl-intier tagħha din is-sanzjoni pekunjarja, billi kkontestat il-prinċipju tagħha. Iċ-CNPR għalhekk intimat lil Duemme tħallas l-imsemmija sanzjoni pekunjarja, fejn informatha li, f’każ ta’ rifjut, hija kienet ser tippreleva l-ammont mill-garanzija provviżorja tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE>, Duemme ressqet quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Lazio) talba għall-annullament tal-imsemmija sanzjoni pekunjarja, fejn eċċepiet, b’mod partikolari, l-inkompatibbiltà tal-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi mal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18. B’mod parallel, l-impriża offerenti ħallset lill-awtorità kontraenti EUR <FT TYPE="NUMBER">8500</FT> bħala ħlas tas-sanzjoni mnaqqsa, somma li ġiet aċċettata minn din tal-aħħar bħala akkont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domandi identiċi għal dawk magħmula fil-Kawża C-523/16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna li l-Kawżi C-523/16 u C-536/16 jiġu magħquda għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali u kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, preliminarjament, li minkejja li, kemm fil-Kawża C‑523/16 kif ukoll fil-Kawża C-536/16, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma b’mod ġenerali ħafna dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, mingħajr iżjed preċiżazzjoni, din tal-aħħar madankollu tippreċiża, fid-deċiżjonijiet tar-rinviju tagħha, li hija kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi ma’, minn naħa, l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18 u l-prinċipji tal-ikbar kompetizzjoni possibbli, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità u, min-naħa l-oħra, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 59(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku [il-kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tad-dati tal-pubblikazzjoni tal-avviżi ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri fix-xahar ta’ Jannar 2016 fil-Kawża C-523/16 u fix-xahar ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża C-536/16, id-Direttiva 2014/24, li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha skada, skont l-Artikolu 90 tagħha, fit-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għat-tilwimiet fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn id-dati huma neċessarjament posterjuri għall-mument fejn l-awtorità kontraenti kienet għażlet it-tip ta’ proċedura li kellha tiġi segwita u ddeċidiet definittivament il-kwistjoni dwar jekk kienx hemmx jew le obbligu li ssir sejħa għal offerti qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku. Issa skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-direttiva applikabbli fil-qasam tal-proċeduri ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi hija, bħala regola, dik fis-seħħ fil-mument meta l-awtorità kontraenti tagħmel tali għażla. Għall-kuntrarju, ma humiex applikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha jkun skada wara dan iż-żmien (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001005">5 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-337/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:543">EU:C:2000:543</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-576/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:510">EU:C:2013:510</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Impresa Pizzarotti</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-213/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2067">EU:C:2014:2067</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Partner Apelski Dariusz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-324/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:214">EU:C:2016:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hörmann Reisen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-292/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:817">EU:C:2016:817</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrelevat li, fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Kawża C-523/16, hija d-Direttiva 2004/17 u mhux id-Direttiva 2004/18 li, kif osservat il-Kummissjoni, għandha tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, id-Direttiva 2004/17 ma tinkludix dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, minkejja l-assenza, fid-Direttiva 2004/17, ta’ kwalunkwe dispożizzjoni espressa f’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li l-awtorità kontraenti tista’ tistieden offerent jikkjarifika offerta jew jirrettifika żball materjali manifest li tkun tinkludi din tal-aħħar, taħt ir-riżerva tal-osservanza ta’ ċertu numru ta’ kundizzjonijiet, u, b’mod partikolari, li tali stedina tkun indirizzata lil kull offerent fl-istess sitwazzjoni, li l-offerenti kollha jkunu ttrattati b’mod ugwali u leali u li din il-kjarifika jew din ir-rettifika ma jkunux jistgħu jiġu assimilati għall-preżentazzjoni ta’ offerta ġdida (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Archus u Gama</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:358">EU:C:2017:358</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-osservazzjonijiet mibgħuta lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 230 tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi jipprovdi li l-Artikolu 38(2a) tal-imsemmi kodiċi għandu japplika għas-setturi prinċipali msemmija mid-Direttiva 2004/17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, anki jekk, kif tfakkar fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju, formalment illimitat it-talbiet għal deċiżjoni preliminari għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, dan il-fatt ma jostakolax lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kwistjonijiet li tkun adita bihom, kemm jekk din il-qorti tkun irreferiet għalihom jew le fil-formulazzjoni tal-imsemmija domandi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901212">12 ta’ Diċembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>SARPP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:459">EU:C:1990:459</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Lianakis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-532/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:40">EU:C:2008:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, wara li huwa ppreċiżat li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina liema hija d-direttiva li għandha tapplika fil-Kawża C-523/16, id-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari li hija adita bihom għandhom jinftiehmu fis-sens li ma jirrigwardawx biss l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, iżda wkoll, b’mod iktar wiesa’ il-prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza, imsemmija kemm fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17 kif ukoll fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, kif ukoll l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, il-prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, li fosthom jinsabu l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17 u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl, li b’applikazzjoni tagħha l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, tistieden lill-offerent li l-offerta tiegħu tkun ivvizzjata b’irregolaritajiet sostanzjali, fis-sens tal-imsemmija leġiżlazzjoni, sabiex jirregolarizza l-offerta tiegħu, taħt ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja, li l-ammont għoli tagħha, stabbilit minn qabel mill-awtorità kontraenti u ggarantit mill-garanzija provviżorja, ma jistax jiġi mibdul abbażi tal-gravità tal-irregolarità li jkun irremedja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18 jipprovdi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, l-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi jikkompletaw jew jispjegaw iċ-ċertifikati u dokumenti ppreżentati b’applikazzjoni tal-Artikoli 45 sa 50 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni hija llimitata sabiex tipprevedi sempliċi possibbiltà għall-awtorità kontraenti li tistieden lill-offerenti li jagħmlu offerta fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti jikkompletaw jew jispjegaw id-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tal-offerta tagħhom, fejn juru l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom u<?PAGE NO="11"?> l-konoxxenzi jew kapaċitajiet professjonali u tekniċi tagħhom. La din id-dispożizzjoni u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2004/18 ma jinkludu preċiżazzjonijiet dwar il-modalitajiet skont liema tali regolarizzazzjoni tista’ sseħħ jew taħt liema kundizzjonijiet hija tista’, skont il-każ, ssir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-kuntest tal-miżura ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18 li l-Istati Membri għandhom jadottaw, dawn tal-aħħar huma, bħala regola, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, liberi mhux biss li jinkludu tali possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni ta’ offerti fid-dritt nazzjonali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160524">24 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>MT Højgaard u Züblin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-396/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:347">EU:C:2016:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda wkoll li jirregolamentawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu għalhekk, għal din ir-raġuni, jiddeċiedu li jissuġġettaw din il-possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni għall-ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja, kif jipprovdi, f’dan il-każ l-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, mill-mument li dawn jimplementaw il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, l-Istati Membri għandhom jaraw li ma jikkompremettux it-twettiq tal-għanijiet intiżi minn din id-direttiva u li ma jippreġudikaw la l-effett utli ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas tad-dispożizzjonijiet u l-prinċipji l-oħra rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Falk Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-410/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:399">EU:C:2016:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtorità kontraenti taċċetta kwalunkwe rettifika għal omissjonijiet, li skont id-dispożizzjonijiet espressi tad-dokumenti tal-kuntratt, għandhom iwasslu għall-esklużjoni tal-offerent (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cartiera dell’Adda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2345">EU:C:2014:2345</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ciclat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-199/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:853">EU:C:2016:853</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minkejja li d-Direttiva 2004/17 ma tinkludix dispożizzjoni ekwivalenti għall-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ebda waħda minn dawn id-direttivi ma tipprekludi li l-informazzjoni ta’ offerent tista’ tiġi kkoreġuta jew issupplimentata fuq punti speċifiċi, fil-każ li din teħtieġ kjarifika, jew sabiex jiġu kkoreġuti żbalji materjali manifesti, bla ħsara, madankollu, għal ċerti rekwiżiti (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SAG ELV Slovensko <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑599/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:191">EU:C:2012:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Archus u Gama</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:358">EU:C:2017:358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari ddeċidiet li talba għal kjarifika ma tistax tirrimedja n-nuqqas ta’ att jew ta’ informazzjoni li l-komunikazzjoni tagħhom kienet meħtieġa mid-dokumenti tal-kuntratt, u l-awtorità kontraenti hija obbligata tosserva strettament il-kriterji li tkun stabbilixxiet hija stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Manova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-336/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:647">EU:C:2013:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Archus u Gama</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:358">EU:C:2017:358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali talba ma tistax twassal għas-sottomissjoni, minn offerent ikkonċernat, ta’ dik li fir-realtà tidher li tkun offerta ġdida (ara s-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SAG ELV Slovensko <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-599/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:191">EU:C:2012:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Archus u Gama</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:358">EU:C:2017:358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u li l-għoti ta’ kuntratti konklużi fl-Istati Membri għandu josserva, kif jirriżulta kemm mill-premessa 9 tad-Direttiva 2004/17 kif ukoll mill-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dan il-għan jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Michaniki</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:731">EU:C:2008:731</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Assitur</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-538/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:317">EU:C:2009:317</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Serrantoni u Consorzio stabile edili</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-376/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:808">EU:C:2009:808</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Impresa Edilux u SICEF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-425/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:721">EU:C:2015:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-premessi preċedenti li l-qorti tar-rinviju, l-unika kompetenti sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali, għandha teżamina jekk, inkunsiderazzjoni tal-fatti taż-żewġ kawżi prinċipali, ir-regolarizzazzjonijiet mitluba mill-awtoritajiet kontraenti kinux jirrigwardaw il-komunikazzjoni ta’ dokumenti li l-assenza tagħhom kellha twassal għall-esklużjoni tal-offerenti jew jekk, għall-kuntrarju, kinux jikkostitwixxu sempliċi talbiet ta’ kjarifika tal-offerti li jeħtieġu li jiġu kkoreġuti jew issuplementati jew ikunu suġġetti għal korrezzjoni ta’ żbalji materjali manifesti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa importanti li jiġi kkonstatat li, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punti 60 u 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kunċett stess ta’ irregolarità sostanzjali, li ma huwiex iddefinit fl-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, ma jidher kompatibbli la mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18 u lanqas mar-rekwiżiti li għalihom il-kjarifika ta’ offerta fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku li jaqa’ taħt id-Direttiva 2004/17 hija, abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punti 49 sa 52 ta’ din is-sentenza, suġġetta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl previst fl-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi ma japplikax fl-ipoteżi fejn l-offerta magħmula minn offerent ma tkunx tista’ tiġi rregolarizzata jew iċċarata fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 49 sa 52 ta’ din is-sentenza u li, għaldaqstant, ebda sanzjoni ma tista’ tiġi imposta fuqu f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biss fl-ipoteżi fejn il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li t-talbiet ta’ regolarizzazzjoni jew ta’ kjarifika magħmula mill-awtoritajiet kontraenti jkunu jissoddisfaw ir-rekwiżiti mfakkra fil-punti 49 sa 52 ta’ din is-sentenza li hija għandha teżamina l-punt jekk is-sanzjonijiet pekunjarji imposti fiż-żewġ kawżi prinċipali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, ngħatawx fl-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, mitluba tagħti lill-qorti tar-rinviju risposti utli għad-domandi tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tagħti lil din tal-aħħar indikazzjonijiet ibbażati fuq il-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll osservazzjonijiet bil-miktub u orali li jintbagħtulha, b’mod li jippermettulha li tiddeċiedi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930330">30 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Thomas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-328/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:117">EU:C:1993:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>G4S Secure Solutions</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-157/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:203">EU:C:2017:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>SMS group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-441/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:712">EU:C:2017:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 38(2a) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, hija l-awtorità kontraenti li għandha tistabbilixxi, fil-limitu tal-parametri ddefiniti minn din id-definizzjoni, l-ammont tas-sanzjoni pekunjarja li tista’ tiġi imposta fuq l-offerent mitlub jirregolarizza l-offerta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti attenzjoni għall-fatt li s-sanzjoni pekunjarja hija stabbilita minn qabel mill-awtorità kontraenti u li l-ammont tagħha huwa għoli u li ma jistax jiġi adattat skont il-gravità tal-irregolarità li hija rrimedjata. Hija tippreċiża, barra minn hekk, li l-istabbiliment ta’ tali sanzjoni huwa ġġustifikat mill-bżonn, minn naħa, li l-offerenti jkunu responsabbli, u għalhekk jippreparaw b’attenzjoni u diliġenza l-offerta tagħhom, u, min-naħa l-oħra, li jiġi kkumpensat l-oneru addizzjonali li tfisser kull regolarizzazzjoni għall-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-iffissar minn qabel mill-awtorità kontraenti tal-ammont tas-sanzjoni fl-avviż ta’ kuntratt jirrispondi, ċertament, kif irrelevat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-offerenti, ta’ trasparenza u ta’ ċertezza legali, sa fejn jippermetti oġġettivament li jiġi evitat trattament diskrimintorju jew arbitrarju ta’ dawn tal-aħħar mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-applikazzjoni awtomatika tas-sanzjoni hekk iffissata minn qabel, indipendentement min-natura tar-regolarizzazzjonijiet magħmula mill-offerent negliġenti u għalhekk ukoll fl-assenza ta’ kwalunkwe motivazzjoni individwalizzata, ma tidhirx kompatibbli mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li l-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja tikkostitwixxi, ċertament, motiv xieraq fid-dawl tat-twettiq tal-għanijiet leġittimi intiżi mill-Istat Membru, dwar in-neċessità, minn naħa, li l-offerenti jkunu responsabbli fil-preżentazzjoni tal-offerti tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jiġi kkumpensat l-oneru finanzjarju li kull regolarizzazzjoni tista’ tirrappreżenta għall-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, ammonti ta’ sanzjonijiet, bħal dawk stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt mill-awtoritajiet kontraenti fiż-żewġ tilwimiet fil-kawżi prinċipali, jidhru manifestament sproporzjonati bħala tali, fid-dawl tal-limiti li fihom għandhom isiru kemm ir-regolarizzazzjoni ta’ offerta skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18 kif ukoll il-kjarifika ta’ offerta fil-kuntest tad-Direttiva 2004/17. Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ ta’ sanzjoni, bħal dik imposta mill-awtorità kontraenti fil-Kawża C-523/16, li tidher manifestament eċċessiva fid-dawl tal-fatti inkwistjoni, jiġifieri l-assenza ta’ firma ta’ dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà bl-isem tal-kumpannija kap tal-assoċjazzjoni li tagħmel l-offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għaż-żewġ domandi magħmula għandha tkun kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, il-prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, li fosthom jinsabu l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17 u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala regola, leġiżlazzjoni nazzjonali milli tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl, li b’applikazzjoni tagħha l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, tistieden lil kull offerent li l-offerta tiegħu hija vvizzjata b’irregolaritajiet sostanzjali, fis-sens tal-imsemmija leġiżlazzjoni, jirregolarizza l-offerta tiegħu, taħt riżerva ta’ ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja, sakemm l-ammont ta’ din is-sanzjoni jibqa’ konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, dawn l-istess dispożizzjonijiet u prinċipji għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preprazzjoni tal-fajl li b’applikazzjoni tiegħu l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn offerent, permezz tal-ħlas minn dan tal-aħħar ta’ sanzjoni pekunjarja, li jirrimedja għall-assenza ta’ dokument li, skont id-dispożizzjonijiet espressi tad-dokumenti tal-kuntratt, għandhom iwasslu għall-esklużjoni tiegħu, jew li jelimina l-irregolaritajiet li jaffettwaw l-offerta tiegħu b’mod li l-korrezzjonijiet jew modifiki li jsiru jkunu jixbhu ħafna l-preżentazzjoni ta’ offerta ġdida.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], il-prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, li fosthom jinsabu l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala regola, leġiżlazzjoni nazzjonali milli tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl, li b’applikazzjoni tagħha l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, tistieden lil kull offerent li l-offerta tiegħu hija vvizzjata b’irregolaritajiet sostanzjali, fis-sens tal-imsemmija leġiżlazzjoni, jirregolarizza l-offerta tiegħu, taħt riżerva ta’ ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja, sakemm l-ammont ta’ din is-sanzjoni jibqa’ konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Min-naħa l-oħra, dawn l-istess dispożizzjonijiet u prinċipji għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preprazzjoni tal-fajl li b’applikazzjoni tiegħu l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn offerent, permezz tal-ħlas minn dan tal-aħħar ta’ sanzjoni pekunjarja, li jirrimedja għall-assenza ta’ dokument li, skont id-dispożizzjonijiet espressi tad-dokumenti tal-kuntratt, għandhom iwasslu għall-esklużjoni tiegħu, jew li jelimina l-irregolaritajiet li jaffettwaw l-offerta tiegħu b’mod li l-korrezzjonijiet jew modifiki li jsiru jkunu jixbhu ħafna l-preżentazzjoni ta’ offerta ġdida.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>