|
25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9424 — NVIDIA/Mellanox)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 398/05)
1.
Fl-14 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NVIDIA Corporation (“NVIDIA”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Mellanox technologies, Ltd (“Mellanox”, l-Iżrael). |
NVIDIA daħlet f’għaqda sħiħa ma’ Mellanox fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
NVIDIA: provvista ta’ pjattaformi ta’ computing viżiv u computing aċċellerat ibbażat fuq unità tal-ipproċessar tal-grafika (graphics processing unit, “GPU”) għall-applikazzjonijiet tal-logħob tal-azzard, tal-viżwalizzazzjoni professjonali, datacentres u tal-karozzi, |
|
— |
Mellanox: il-provvista ta’ prodotti u soluzzjonijiet ta’ interkonnessjoni tan-networks li jiffaċilitaw it-trażmissjoni effiċjenti tad-data fid-datacentres, ibbażata fuq is-soluzzjonijiet ta’ interkonnessjoni tan-networks bl-Ethernet u l-InfiniBand. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9424 — NVIDIA/Mellanox
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).