2007L0005 — MT — 01.10.2007 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/5/KE tas-7 ta’ Frar 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi captan, folpet, formetanate u methiocarb bħala sustanzi attivi (ĠU L 035, 8.2.2007, p.11) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 268 |
31 |
9.10.2008 |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/5/KE
tas-7 ta’ Frar 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi captan, folpet, formetanate u methiocarb bħala sustanzi attivi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti ( 1 ) għall-ħarsien tal-pjanti, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 ( 2 ) u (KE) Nru 703/2001 ( 3 ) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi captan, folpet, formetanate u methiocarb. |
|
(2) |
Għal dawn is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri li jaġixxu bħala rapporteur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (European Food Safety Authority — EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għal captan, folpet u formetanate, l-Istat Membru disenjat sabiex jirrapporta kien l-Italja u t-tagħrif rilevanti kollu kien ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2003 għall-captan u l-folpet u fit-13 ta' Lulju 2004 għall-formetanate. Għall-methiocarb l-Istat Membru inkarigat li jirrapporta kien ir-Renju Unit u kull tagħrif rilevanti kien ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2004. |
|
(3) |
Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti b'mod inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentati lill-Kummissjoni fl-24 ta’ April 2006 għall-captan, il-folpet u l-formetanate u fit-12 ta’ Mejju 2006 għall-methiocarb fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi ( 4 ) ta’ l-EFSA. Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ffinalizzati fid-29 ta' Settembru 2006 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb. |
|
(4) |
Minn eżamijiet varji li saru deher li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb jistgħu jintalbu li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapporti ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
|
(5) |
Mingħajr preġudizzju għal din il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi li jikkonċernaw il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi soġġetta għal kondizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jintalab li l-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb ikunu soġġetti għal aktar ittestjar għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskju għal ċerti kwistjonijiet u li studji bħal dawn għandhom jiġu ppreżentati min-notifikanti. |
|
(6) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma s-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw r-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni. |
|
(7) |
Mingħajr ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet attwali ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet attwali, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier komplut ta’ l-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(8) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni juri li l-aċċess għad-dossiers jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I. |
|
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 2008 l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, skond id-Direttiva 91/414/KEE, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet attwali għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb bħala sustanzi attivi sal-31 ta' Marzu 2008.
Sa din id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva relatati mal-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B ta’ l-annotazzjoni relatata ma’ dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb bħala jew l-unika sustanza attiva inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2007, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' din id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta' l-annotazzjoni fl-Anness I għat-tali Direttiva dwar il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li jiddeterminaw dan, l-Istati Membri għandhom:
(a) fil-każ ta' prodott li jkun fih il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2011; jew
(b) fil-każ ta' prodott li fih il-captan, il-folpet, il-formetanate u l-methiocarb bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Settembru 2011 jew sad-data ffissata, għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li kien żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda minnhom tkun l-iktar reċenti.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2007.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Din l-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE.
|
Nru |
L-isem Komuni, In-numri ta’ Identifikazzjoni |
L-isem IUPAC |
Il-purità (1) |
Id-dħul fis-seħħ |
L-iskadenza ta' l-inklużjoni |
Id-dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“151 |
Captan Nru CAS 133-06-02 Nru CIPAC 40 |
N-(trichloromethylthio)cyclohex-4-ene-1,2-dicarboximide |
≥ 910 g/kg Impuritajiet: Perchloromethylmercaptan (R005406): mhux aktar minn 5g/kg Folpet mhux aktar minn 10g/kg ►M1 Carbon tetrachloride mhux aktar minn 0,1 g/kg ◄ |
l-1 ta’ Ottubru 2007 |
it-30 ta' Settembru 2017 |
IL-PARTI AL-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.Il-PARTI BWaqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-captan għall-użi għajr dawk tat-tadam, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-captan u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali fid-29 ta' Settembru 2006.F’din il-valutazzjoni globali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-: — ħarsien ta' l-operaturi u l-ħaddiema. Kondizzjonijiet awtorizzati ta' użu għandhom jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir protettiv personali tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju adattati għat-tnaqqis ta' l-espożizzjoni; — espożizzjoni djetetika ta' konsumaturi fid-dawl ta' reviżjonijiet futuri ta' Livelli Massimi ta' Residwu; — ħarsien ta' l-ilma ta' taħt l-art taħt kondizzjonijiet vulnerabbli. Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ taffija tar-riskju u programmi ta’ monitoraġġ għandhom jitniedu fiż-żoni li huma vulnerabbli fejn dan huwa xieraq; — ħarsien ta' għasafar, mammiferi u organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta' studji ulterjuri sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju li tifrex fuq medda twila ta' żmien għall-għasafar u l-mammiferi, kif ukoll għall-valutazzjoni tossikoloġika dwar il-metaboliti li potenzjalment jinsabu fl-ilma ta' taħt l-art taħt kondizzjonijiet vulnerabbli. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-captan ġie inkluż f’dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva." |
|
152 |
Folpet Nru CAS 133-07-3 Nru CIPAC 75 |
N-(trichloromethylthio)phthalimide |
≥ 940 g/kg Impuritajiet: Perchloromethylmercaptan (R005406): mhux iktar minn 3,5 g/kg Carbon tetrachloride mhux aktar minn 4 g/Kg. |
l-1 ta’ Ottubru 2007 |
it-30 ta' Settembru 2017 |
IL-PARTI AL-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.Il-PARTI BWaqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-folpet għall-użi għajr dawk ta’ trattament tal-qamħ tax-xitwa, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ valutazzjoni dwar il-folpet, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fid-29 ta’ Settembru 2006.F’din il-valutazzjoni globali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-: — sikurezza ta' l-operaturi u l-ħaddiema. Kondizzjonijiet awtorizzati ta' użu jridu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adattat; — espożizzjoni djetetika ta' konsumaturi fid-dawl ta' reviżjonijiet futuri ta' Livelli Massimi ta' Residwu; — ħarsien ta' għasafar, mammiferi u organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ studji ulterjuri sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju għal għasafar, mammiferi u ħniex. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-folpen ġie inkluż f’dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
|
153 |
Formetanate Nru CAS 23422-53-9 Nru CIPAC 697 |
3-dimethylaminomethyleneaminophenyl methylcarbamate |
≥ 910 g/kg |
l-1 ta’ Ottubru 2007 |
it-30 ta' Settembru 2017 |
IL-PARTI AL-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati.Il-PARTI BWaqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-formetanate għall-użi għajr dawk fit-tadam ta' l-għelieqi u arbuxxelli ornamentali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kwalunkwe data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il- formetanate b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fid-9-29 ta’ Settembru 2006.F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri: — għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' għasafar, mammiferi, antropodi mhux fil-mira u naħal u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri tat-taffija tar-riskju. — għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas-sikurezza ta’ l-operaturi u jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jippreskrivu tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq. — għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal espożizzjoni djetetika ta' konsumaturi fid-dawl ta' reviżjonijiet futuri ta' Livelli Massimi ta' Residwu; L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ studji ulterjuri sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju għal għasafar, mammiferi u antropodi mhux fil-mira. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu ġie inkluż il-formetanate f’dan l-Anness, jipprovdi studji bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
|
154 |
Methiocarb Nru CAS 2032-65-7 Nru CIPAC 165 |
4-methylthio-3,5-xylyl methylcarbamate |
≥ 980 g/kg |
l-1 ta' Ottubru 2007 |
it-30 ta' Settembru 2017 |
IL-PARTI AL- użi bħala repellent fit-trattament taż-żrieragħ, insettiċida u molluskiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.Il-PARTI BWaqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-methiocarb għall-użi għajr dawk ta’ trattament taż-żrieragħ tal-qamħirrun, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-methiocarb b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fid-29 ta’ Settembru 2006.F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri: — għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' għasafar, mammiferi, u antropodi mhux fil-mira u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri tat-taffija tar-riskju. — għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas-sikurezza ta’ l-operaturi u persuni preżenti u jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jippreskrivu tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq. — għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal espożizzjoni djetetika ta' konsumaturi fid-dawl ta' reviżjonijiet futuri ta' Livelli Massimi ta' Residwu. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta' studji ulterjuri sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju għall-għasafar l-mammiferi u l-antropodi mhux fil-mira, kif ukoll kif ukoll sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tossoloġika fuq metaboliti potenzjalment preżenti fl-uċuħ. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu ġie inkluż il-methiocarb f’dan l-Anness, jipprovdi studji bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.” |
|
(1) Dettalji ulterjuri dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni. |
||||||
( 1 ) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/136/KE (ĠU L 349, 12.12.2006, p. 42).
( 2 ) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).
( 3 ) ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.
( 4 ) Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 71, 1-89, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva captan (iffinalizzat: 24 ta’ April 2006)
Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 70, 1-78, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva folpet (iffinalizzat: 24 ta’ April 2006)
Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 69, 1-78, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva formetanate (iffinalizzat: 24 ta’ April 2006)
Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 79, 1-82, Konklużjonijiet dwar ir-reviżjoni inter pares tal-methiocarb (iffinalizzat: 12 ta' Mejju 2006).