<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑669/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0669</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:814">EU:T:2014:814</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140925">25.9.2014</DATE> – KAWŻA T‑669/11</P><P>SPIRLEA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20140925">25 ta’ Settembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokument li joriġina mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(4) u (5)</KEYWORD><KEYWORD>It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess parzjali</KEYWORD><KEYWORD>Interess pubbliku superjuri</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑669/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Darius Nicolai Spirlea</HT> u <HT TYPE="BOLD">Mihaela Spirlea</HT>, residenti fi Capezzano Pianore (l-Italja), irrappreżentati inizjalment minn V. Foerster u T. Pahl, sussegwentement minn V. Foerster u E. George, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Costa de Oliveira u H. Kraemer, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-<DATE ISO="20121109">9 ta’ Novembru 2012</DATE>, li tirrifjuta li tagħti aċċess lir-rikorrenti għall-osservazzjonijiet li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja indirizzat lill-Kummissjoni, fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, M. Kancheva (Relatur) u C. Wetter, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: K. Andová, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-aċċess għal dokumenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(3) TFUE jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandha jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom, suġġett għall-prinċipji u l-kondizzjonijiet kif definiti skond dan il-paragrafu.</ALINEA><ALINEA>Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għar-raġuni ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta’ l-aċċess għal dokumenti jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja.</ALINEA><ALINEA>Kull istituzzjoni, korp jew organu għandu jassigura t-trasparenza tal-ħidma tiegħu u jelabora fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu d-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-aċċess għad-dokumenti tiegħu, skond ir-regolamenti previst fit-tieni subparagrafu […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), jiddefinixxi l-prinċipji, il-kundizzjonijiet u l-limiti tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet previst fl-Artikolu [15 TFUE].</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 11 tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(4)</NO.P><TXT>L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt ta’ l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistipula l-pinċipji ġenerali u l-limiti fuq dan l-aċċess skond l-Artikolu 255(2) tat-Trattat tal-KE.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, kull dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, bħala eċċezzjonijiet, xi interessi pubbliċi u privati għandhom jitħarsu. L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom id-dritt li jħarsu l-konsultazzjonijiet u deliberazzjonijiet interni tagħhom fejn meħtieġ sabiex jissalvagwardjaw is-setgħa tagħhom li jwettqu l-kompiti tagħhom. Meta jagħmlu stima ta’ l-eċċeżżjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta’ data personali, f’kull qasam ta’ l-attivitajiet ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jfisser il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ’l-istituzzjonijiet’) previsti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE sabiex jiġi żgurat l-akbar aċċess għal dokumenti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jistabbilixxi regoli li jiżguraw l-aktar faċilità fl-eżerċizzju ta’ dan id-dritt, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>li jimmpromwovi prattika amministrattiv tajba fl-aċċess għad-dokumenti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali residenti jew bl-uffiċċju reġistrat f’Stat Membru, għandu dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f’dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandhu jgħodd lil kull dokument miżmum minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, f’kull qasam ta’ attività ta’ l-Unjoni Ewropea.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-iskop ta’ ispezzjonijiet, invesitgazzjoni u verifiki,</P></ITEM></LIST><P>jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(4) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ dokumenti ta’ partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni fil-paragrafu 1 jew 2, jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m’għandux jiġi żvelat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ jitlob lill-istituzzjoni sabiex ma tiżvelax dokument li ġej minn dak l-Istat Membru jekk ma’ jkunx ġie miftiehem hekk minn qabel.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub huma koperti minn xi eċċezzjoni, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proċedura EU Pilot</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-proċedura EU Pilot hija proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri li tippermetti li jiġi vverifikat jekk id-dritt tal-UE huwiex osservat u applikat korrettament fi ħdan l-Istati Membri. Hija għandha l-għan li tirrisolvi ksur eventwali tad-dritt tal-UE b’mod effikaċji billi jiġi evitat, sa fejn ikun possibbli, il-ftuħ formali tal-proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-aspetti operattivi tal-proċedura EU Pilot ġew deskritti, inizjalment, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ewropa li tikseb ir-riżultati – l-applikazzjoni tal-liġi komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [COM(2007) 502 finali]. B’mod partikolari, il-punt 2.2 ta’ din il-komunikazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>It-titjib tal-metodi ta’ ħidma<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[…] Fil-qagħda attwali, il-mistoqsijiet u l-ilmenti kollha li jqajmu dubji dwar l-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja mibgħuta lill-Kummissjoni jiġu rreġistrati u rikonoxxuti [r-riċezzjoni tagħhom tiġi kkonfermata] […]. Fejn xi kwistjoni tkun teħtieġ kjarifika dwar il-pożizzjoni fattwali jew legali fl-Istat Membru, din tintbagħat lill-Istat Membru kkonċernat. […] l-Istat Membru jingħata skadenza qasira ta’ żmien biex iressaq il-kjarifiki, l-informazzjoni u s-soluzzjonijiet meħtieġa direttament liċ-ċittadini u n-negozji kkonċernati u jgħarraf lill-Kummissjoni. Meta l-kwistjoni tirriżulta li tkun ksur tal-liġi Komunitarja, l-Istat Membru jkunu mistenni jagħti rimedju, jew li joffri rimedju, fi skadenzi stipulati ta’ żmien. Meta ma tiġi proposta l-ebda soluzzjoni, il-Kummissjoni ssegwi l-każ, filwaqt li tieħu azzjoni ulterjuri, inkluż permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur, skond il-prattika eżistenti. […] Ir-riżultati tal-każi jiġu rreġistrati sabiex ikun jista’ jsir rappurtaġġ dwar il-prestazzjoni u kull segwitu li jsir, inklużi r-reġistrazzjoni u l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ksur. Dan ir-rappurtaġġ jidentifika l-volum, in-natura u s-serjetà tal-problemi li jibqgħu mingħajr soluzzjoni, filwaqt li tiġi indikata l-ħtieġa ta’ mekkaniżmi addizzjonali ta’ soluzzjoni ta’ problemi jew ta’ inizjattivi għas-settur aktar adatti għall-każ. Dawn il-miżuri kollha għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-għadd ta’ proċeduri ta’ ksur u għal effiċjenza mtejba fil-ġestjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi eżerċizzju pilota li jinvolvi xi Stati Membri fl-2008, li wara evalwazzjoni ta’ l-ewwel sena ta’ ħidma, jkun jista’ jiġi estiż għall-Istati Membri kollha. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea, huma l-ġenituri ta’ tifel li miet f’Awwissu 2010, allegatament minħabba trattament terapewtiku abbażi ta’ ċelloli staminali awtologi li ngħata fi klinika privata stabbilita f’Düsseldorf (il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>klinika privata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, ir-rikorrenti ressqu lment quddiem id-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Saħħa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-Kummissjoni Ewropea, li fih huma jsostnu, essenzjalment, li l-klinika privata setgħet twettaq l-attivitajiet terapewtiċi tagħha minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Ġermaniżi, li b’hekk kisru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE>, dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="121" DATE.PUB="2007">ĠU L 324, p. 121</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara dan l-ilment, il-Kummissjoni fetħet proċedura EU Pilot, bir-referenza 2070/11/SNCO, u kkuntattjat l-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex tivverifika sa fejn l-avvenimenti deskritti mir-rikorrenti fl-ilment tagħhom, dwar il-prattika tal-klinika privata, setgħux jiksru r-Regolament Nru 1394/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-10 ta’ Mejju u fl-<DATE ISO="20111010">10 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja żewġ talbiet għal informazzjoni, li din tal-aħħar ikkonformat ruħha magħhom fis-7 ta’ Lulju u fl-<DATE ISO="20111104">4 ta’ Novembru 2011</DATE> rispettivament.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110811">11 ta’ Awwissu 2011</DATE>, ir-rikorrenti talbu l-aċċess, bis-saħħa tar-Regolament Nru 1049/2001, għal informazzjoni dwar it-trattament tal-ilment. B’mod partikolari, huma talbu sabiex jikkonsultaw l-osservazzjonijiet ippreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>dokument kontenzjuż<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110812">12 ta’ Awwissu 2011</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Ġermaniżi dwar it-talba għal aċċess tar-rikorrenti għad-dokument kontenzjuż.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110819">19 ta’ Awwissu 2011</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li kienet qed topponi l-għoti ta’ aċċess għad-dokument kontenzjuż abbażi tal-eċċezzjonijiet dwar, minn naħa, il-protezzjonijiet tar-relazzjonijiet internazzjonali, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba għal aċċess tar-rikorrenti għad-dokument kontenzjuż.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, ir-rikorrenti ressqu quddiem il-Kummissjoni talba konfermattiva skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjoni preċedenti tagħha billi rrifjutat li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokument kontenzjuż abbażi tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Qabelxejn, il-Kummissjoni spjegat li, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet Ġermaniżi, dawn kienu qed jopponu l-iżvelar tal-imsemmi regolament billi jinvokaw b’mod partikolari l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-investigazzjonijiet prevista fir-Regolament Nru 1049/2001. Sussegwentement, hija osservat li, billi din il-motivazzjoni kienet tidher, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, fondata, hija kellha tirrifjuta l-aċċess għad-dokument kontenzjuż bis-saħħa tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001. Barra minn hekk, hija qieset li aċċess parzjali għad-dokument kontenzjuż skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma kienx possibbli f’dan il-każ. Fl-aħħar nett, hija kkonstatat li ma kien jeżisti l-ebda interess pubbliku superjuri, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jiġġustifika l-iżvelar tal-imsemmi dokumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO kienet ingħalqet definittivament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20121227">27 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw din l-azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lit-Tmien Awla, li lilha ġiet assenjata din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20140203">3 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Qorti Ġenerali ordnat, abbażi tal-Artikolu 65(b), tal-Artikolu 66(1) u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, lill-Kummissjoni tipproduċi d-dokument kontenzjuż, filwaqt li pprovdiet li dan id-dokument ma kienx ser jiġi kkomunikat lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura. Il-Kummissjoni kkonformat ruħha ma’ din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali stiednet lir-rikorrenti u lill-Kummissjoni sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet fuq il-konsegwenzi, għas-soluzzjoni ta’ din it-tilwima, li għandhom jitnisslu mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni (C‑135/11 P). Il-partijiet ikkonformaw ruħhom ma’ din l-istedina fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tas-<DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jinvokaw, essenzjalment, tliet motivi, ibbażati rispettivament fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fuq ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tal-obbligu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jilmentaw, essenzjalment, li l-Kummissjoni qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-oppożizzjoni waħedha min-naħa tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-iżvelar tad-dokument kontenzjuż kienet biżżejjed sabiex tiġi miċħuda t-talba tagħhom abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji fit-trattament tat-talba tagħhom għal aċċess u ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Qabelxejn, ir-rikorrenti jsostnu li, fil-każ ta’ talba għal aċċess għal dokument li joriġina minn Stat Membru, bħal f’dan il-każ, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 jagħti lill-Kummissjoni marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tikkonsulta immedjatament lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-aċċess jekk ikun ċar li d-dokument inkwistjoni għandu jiġi żvelat. F’dan il-każ, ir-rikorrenti josservaw li ebda element tad-deċiżjoni kkontestata ma tippermetti li jitqies li tali marġni ta’ diskrezzjoni ġiet eżerċitata mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-talba tagħhom għal aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti jsostnu li, anki wara l-konsultazzjoni mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni kellha tivverifika fid-dettall jekk il-fatti u l-motivazzjoni invokati mill-Istat Membru kontra l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż kinux fondati. Skonthom, hija l-Kummissjoni li għandha, mhux biss tivverifika jekk<?PAGE NO="7"?> l-imsemmi Stat Membru mmotivax formalment l-oppożizzjoni tiegħu, iżda li tikkontrolla wkoll jekk din il-motivazzjoni kinitx marbuta mal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u li tevalwa <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> jekk l-eċċezzjonijiet u l-motivi invokati kinux applikabbli għad-dokument kontenzjuż.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni stiednet lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tuża l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, huma jqisu li, sabiex jiġi evitat l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokument kontenzjuż, il-Kummissjoni ordnat direttament lill-Istat Membru sabiex jopponi u li hija stess tat istruzzjonijiet dwar il-mod kif kellhom jiġu invokati l-eċċezzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001. Issa, tali approċċ ikun kontra l-iskop tal-imsemmi regolament, jiġifieri t-trasparenza u l-oġġettività tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u ta’ dritt għal smigħ fil-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, huma josservaw li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet informata dwar ir-raġunijiet li huma invokaw insostenn tat-talba tagħhom għal aċċess, filwaqt li huma ma ġewx informati dwar ir-raġunijiet li għalihom l-imsemmi Stat Membru oppona l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huma ma setgħux jesprimu ruħhom dwar il-fondatezza tal-oppożizzjoni ta’ dan l-Istat Membru fir-rigward tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Fl-aħħar nett, huma jqisu li, bħala partijiet fil-proċedura fis-sens tal-imsemmi regolament, huma suppost kellhom aċċess għat-tweġiba tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni estendiet b’mod żbaljat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>awtoritajiet Ġermaniżi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, filwaqt li l-uniku interlokutur validu għall-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dan l-artikolu kienet ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Repubblika Federali tal-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jressqu, essenzjalment, żewġ ilmenti, ibbażati rispettivament fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, kif jirriżultaw b’mod partikolari mill-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament Nru 1049/2001, u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż, kif jindikaw il-premessa 4 u l-Artikolu 1 tiegħu, li jagħti lill-pubbliku d-dritt ta’ aċċess l-iktar estensiv possibbli għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/05 P+C-52/05 P" PAGE.ECR="I-4723" YEAR="2008">C-39/05 P u C-52/05 P, Ġabra p. I-4723</REF.DOC.ECR>, punt 33, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20121003">3 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Jurašinović vs Il‑Kunsill, T‑63/10, punt 28). Bis-saħħa tal-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-regolament, dan id-dritt ikopri mhux biss id-dokumenti redatti minn istituzzjoni, imma wkoll dawk li tirċievi minn terzi, li fosthom hemm l-Istati Membri, hekk kif jippreċiża espressament l-Artikolu 3(b) tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, dan id-dritt ta’ aċċess huwa suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, Sison vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-266/05 P" PAGE.ECR="I-1233" YEAR="2007">C-266/05 P, Ġabra p. I-1233</REF.DOC.ECR>, punt 62, u s-sentenza Jurašinović vs Il‑Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29). B’mod partikolari, l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprovdi li Stat Membru<?PAGE NO="8"?> jista’ jitlob lil istituzzjoni sabiex ma tiżvelax dokument li joriġina minn dan l-Istat mingħajr il-kunsens minn qabel tiegħu (sentenza IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja eżerċitat il-possibbiltà mogħtija lilha mill-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 u talbet lill-Kummissjoni biex ma tiżvelax l-osservazzjonijiet li hija kienet bagħtitilha fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE> fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO. Dan l-Istat Membru bbaża l-oppożizzjoni tiegħu b’mod partikolari fuq l-eċċezzjoni dwar l-attivitajiet ta’ investigazzjoni, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament. Għaldaqstant, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni bbażat ir-rifjut tagħha ta’ aċċess għad-dokument kontenzjuż fuq l-oppożizzjoni murija mill-awtoritajiet Ġermaniżi skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tispeċifika, fis-sentenzi tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, L-Isvezja vs Il‑Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-64/05 P" PAGE.ECR="I-11389" YEAR="2007">C-64/05 P, Ġabra p. I-11389</REF.DOC.ECR>), u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, il-portata tal-oppożizzjoni magħmula minn Stat Membru bis-saħħa tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 kellu natura proċedurali sa fejn jillimita ruħu li jipprevedi r-rekwiżit ta’ kunsens minn qabel tal-Istat Membru kkonċernat meta dan tal-aħħar ikun ifformula talba speċifika f’dan is-sens u meta din tkun iddedikata għall-proċess ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Unjoni (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 78 u 81, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jagħti lil terzi, fil-każ ta’ dokumenti li joriġinaw minnhom, biss id-dritt li jiġu kkonsultati mill-istituzzjoni kkonċernata fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 tal-istess Artikolu 4, il-paragrafu 5 tiegħu jistabbilixxi kunsens minn qabel tal-Istat Membru bħala kundizzjoni neċessarja għall-iżvelar ta’ dokument li joriġina minn dan tal-aħħar fil-każ fejn dan l-istess Stat jitlob hekk (sentenza IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta Stat Membru jkun eżerċita l-possibbiltà mogħtija lilu mill-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 li jitlob li dokument speċifiku, li joriġina minn dan l-istess Stat, ma jiġix żvelat mingħajr il-kunsens minn qabel tiegħu, l-iżvelar eventwali ta’ dan id-dokument mill-istituzzjoni jeħtieġ il-kisba ta’ kunsens minn qabel tal-imsemmi Stat Membru (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">A contrario</HT>, jirriżulta li l-istituzzjoni li ma jkollhiex il-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat ma tistax tiżvela d-dokument inkwistjoni (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jagħtix lill-Istat Membru kkonċernat dritt ta’ veto ġenerali u inkundizzjonat li jippermettilu jopponi, b’mod purament diskrezzjonali u mingħajr ma jkollu bżonn jimmotiva d-deċiżjoni tiegħu, l-iżvelar ta’ kull dokument fil-pussess ta’ istituzzjoni għas-sempliċi fatt li dan id-dokument joriġina minn dan l-Istat Membru (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-eżerċizzju tas-setgħa li l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 jagħti lill-Istat Membru kkonċernat huwa ddelimitat permezz tal-eċċezzjonijiet materjali elenkati fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-istess artikolu, peress li f’dan ir-rigward dan l-Istat Membru jingħata biss il-possibbiltà ta’<?PAGE NO="9"?> parteċipazzjoni fid-deċiżjoni tal-istituzzjoni. Il-kunsens minn qabel tal-Istat Membru kkonċernat li għalih jirreferi dan l-artikolu jixbah, għalhekk, mhux dritt ta’ veto diskrezzjonali, iżda forma ta’ opinjoni li tikkonferma l-ineżistenza ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-istess artikolu. Il-proċess deċiżjonali stabbilit b’dan il-mod mill-imsemmi artikolu jirrikjedi għaldaqstant li l-istituzzjoni u l-Istat Membru kkonċernati josservaw l-eċċezzjonijiet materjali previsti fl-imsemmija paragrafi 1 sa 3 (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 76 u 83, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 jawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat jopponi l-iżvelar ta’ dokumenti li joriġinaw minnu biss abbażi tal-eċċezzjonijiet materjali previsti fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-artikolu u billi jimmotiva debitament il-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 99, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, f’dan il-każ, il-portata tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 fil-konfront tal-istituzzjoni adita b’talba għal aċċess għal dokument, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-intervent tal-Istat Membru kkonċernat ma jaffettwax, fir-rigward ta’ min iressaq it-talba, in-natura ta’ att tal-Unjoni tad-deċiżjoni indirizzata lilu sussegwentement mill-istituzzjoni bi tweġiba għat-talba tiegħu għal aċċess għal dokument miżmum minnha (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 94, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>L-istituzzjoni adita b’talba għal aċċess għal dokument, bħala awtriċi ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti, hija għaldaqstant responsabbli mil-legalità tagħha. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din l-istituzzjoni ma tistax taġixxi skont l-oppożizzjoni murija minn Stat Membru għall-iżvelar ta’ dokument li joriġina minnu jekk din l-oppożizzjoni bl-ebda mod ma tkun immotivata jew jekk ir-raġunijiet li fuqhom jibbaża ruħu dan l-Istat Membru sabiex jirrifjuta l-aċċess għad-dokument inkwistjoni ma jirreferux għall-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 88, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, qabel ma tirrifjuta l-aċċess għal dokument li joriġina minn Stat Membru, hija l-istituzzjoni kkonċernata li għandha teżamina jekk dan tal-aħħar ibbażax l-oppożizzjoni tiegħu fuq l-eċċezzjonijiet materjali previsti fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u jekk immotivax debitament il-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, fil-kuntest tal-proċess ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess, l-imsemmija istituzzjoni għandha tiżgura ruħha mill-eżistenza ta’ tali motivazzjoni u tirreferi għaliha fid-deċiżjoni adottata minnha fi tmiem il-proċedura (sentenzi L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 99, u IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma hijiex l-istituzzjoni adita b’talba għal aċċess għal dokument li għandha d-dmir li twettaq evalwazzjoni eżawrjenti tad-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, billi twettaq kontroll li jmur lil hinn mill-verifika tas-sempliċi eżistenza ta’ motivazzjoni li tirreferi għall-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (sentenza IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk tiġi mitluba tali evalwazzjoni eżawrjenti din tista’ twassal sabiex, ladarba din issir, l-istituzzjoni adita b’talba għal aċċess għal dokument tista’, b’mod żbaljat, tipproċedi sabiex tikkomunika d-dokument inkwistjoni lil min ikun ressaq it-talba minkejja l-oppożizzjoni, debitament immotivata fis-sens tal-punti 52 u 53 ta’ din is-sentenza, tal-Istat Membru li minnu joriġina dan id-dokument (sentenza IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 64).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġi eżaminati ż-żewġ ilmenti mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel motiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegat ksur tal-forom proċedurali sostanzjali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ilment ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, ir-rikorrenti jsostnu, l-ewwel nett, li l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni, qabel il-konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat fis-sens tal-paragrafu 5 tal-istess artikolu, għandha tivverifika, bis-saħħa tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, jekk id-dokument li għalih intalab l-aċċess għandux jew le jiġi żvelat fid-dawl tal-eċċezzjonijiet previsti fl-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li din l-allegazzjoni hija intiża li tiġi kkontestata l-affermazzjoni tal-Kummissjoni, ifformulata kemm fid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, li tgħid li, meta talba għal aċċess tirrigwarda dokument li joriġina minn Stat Membru, hija titlob sussegwentement lil dan l-Istat il-kunsens tiegħu għall-iżvelar.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti jikkritikaw ġustament tali affermazzjoni tal-Kummissjoni, għaliex l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li, fir-rigward ta’ dokumenti ta’ partijiet terzi, inklużi l-Istati Membri (ara l-punt 40 iktar ’il fuq), l-istituzzjoni adita b’talba għal aċċess għal dokument għandha tikkonsulta mat-terz sabiex tiddetermina jekk eċċezzjoni fil-paragrafu 1 jew 2 tal-istess artikolu tapplikax, sakemm ma jkunx ċar li d-dokument għandu jew ma għandux jiġi żvelat.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġurisprudenza tagħha, stabbilixxiet li, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, jekk l-istituzzjoni kkonċernata tqis li jirriżulta b’mod ċar li rifjut ta’ aċċess għal dokument li joriġina minn Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq l-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 jew 2 tal-istess artikolu, din għandha tirrifjuta l-aċċess lil min ikun ressaq it-talba mingħajr lanqas ma hija obbligata tikkonsulta mal-Istat Membru li minnu joriġina d-dokument, u dan, kemm jekk dan l-Istat Membru ikun jew ma jkunx ressaq preċedentement talba abbażi tal-Artikolu 4(5) tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hekk kif isostnu r-rikorrenti, jekk id-dokument li joriġina minn Stat Membru u li għalih intalab l-aċċess ma jkun jirrigwarda bl-ebda mod l-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tikkonsulta dan l-Istat Membru u għandha tipproċedi direttament bl-iżvelar tad-dokument kontenzjuż mingħajr il-kunsens tiegħu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 48 iktar ’il fuq, l-Istati Membri ma għandhomx dritt ta’ veto ġenerali u inkundizzjonat li jippermettilhom jopponu l-iżvelar ta’ kull dokument fil-pussess ta’ istituzzjoni għas-sempliċi fatt li dan id-dokument joriġina minn dawn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, madankollu, ebda ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jista’ jiġi imputat lill-Kummissjoni sa fejn, hekk kif hija indikat fid-deċiżjoni kkontestata, id-dokument kontenzjuż jaqa’ taħt proċedura EU Pilot u l-eċċezzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 setgħet għalhekk tiġi invokata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, qabelxejn, li r-rikorrenti ma jikkontestawx li d-dokument kontenzjuż jaqa’ taħt attività ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F’kull każ, mill-Komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE> (ara l-punt 10 iktar ’il fuq) jirriżulta li l-għan tal-proċeduri EU Pilot huwa li jiġi vverifikat jekk id-dritt tal-UE huwiex osservat u applikat korrettament fi ħdan l-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tirrikorri ta’ spiss għal talbiet għal informazzjoni, indirizzati kemm lill-Istati Membri implikati kif ukoll liċ-ċittadini u lill-impriżi<?PAGE NO="11"?> kkonċernati. B’mod partikolari, fil-kuntest speċifiku tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO, il-Kummissjoni eżaminat jekk, effettivament, il-fatti deskritti mir-rikorrenti fl-ilment tagħhom setgħux jikkostitwixxu ksur tar-Regolament Nru 1394/2007 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. F’dan ir-rigward, hija, qabelxejn, bagħtet it-talbiet għal informazzjoni lil dan l-Istat Membru. Sussegwentement, hija evalwat it-tweġibiet miksuba. Fl-aħħar nett, hija esponiet il-konklużjonijiet tagħha, għalkemm provviżorjament, fil-kuntest ta’ rapport indirizzat lir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 meta hija kkonsultat ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar il-kwistjoni jekk, fl-opinjoni tagħha, l-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 kinux applikabbli għat-talba tagħhom ta’ aċċess. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba ta’ aċċess kienet tiddependi mid-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-kuntest tal-proċess ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni ordnat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex topponi l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li tali allegazzjoni bl-ebda mod ma ġiet issostanzjata. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-ittra tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20110812">12 ta’ Awwissu 2011</DATE> (ara l-punt 16 iktar ’il fuq), din tal-aħħar informat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar it-talba għal aċċess tar-rikorrenti għad-dokument kontenzjuż u, f’dan il-kuntest, hija llimitat ruħha li tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż. Kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, dan ma jikkostitwixxix stedina sabiex issir oppożizzjoni għat-talba tagħhom ta’ aċċess, iżda huwa biss intiż li jissodisfa l-obbligu tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2011 li tikkonsulta l-Istat Membru kkonċernat minn din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni rreferiet b’mod żbaljat għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>awtoritajiet Ġermaniżi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u mhux għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Repubblika Federali tal-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. F’dan ir-rigward, biżżejjed jiġi osservat li din l-allegazzjoni tirriżulta minn ftehim ħażin tal-kliem tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, fil-kuntest tal-motivazzjoni tagħha, il-Kummissjoni użat l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>awtoritajiet Ġermaniżi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bħala espressjoni ekwivalenti għall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Repubblika Federali tal-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Sa fejn iż-żewġ espressjonijiet kienu qed jirreferu, f’dan il-każ, għall-Istat Membru kkonċernat li minnu oriġina d-dokument li huwa s-suġġett tat-talba għal aċċess, fis-sens tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, ebda ksur tal-imsemmi artikolu ma jista’ jiġi imputat lill-Kummissjoni. Għandu jitfakkar li dan l-artikolu jkopri d-dokumenti kollha li joriġinaw mill-Istati Membri u li dawn ikunu bagħtu lil istituzzjoni, ikun min ikun l-awtur ġewwa l-imsemmija Stati skont it-tqassim nazzjonali ta’ kompetenzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti jilmentaw, essenzjalment, li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u li ma ppermettietx li jsiru jafu l-opinjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja wara l-konsultazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, qabelxejn, l-istess bħalma tosserva l-Kummissjoni, li hija ma għandhiex il-kompitu, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, li tiddeċiedi, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, dwar kwistjoni bejn min iressaq talba għal aċċess għal dokumenti u l-Istat Membru li huwa l-awtur ta’ dan id-dokument. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha, bħala istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-aċċess għad-dokument kontenzjuż, teżamina jekk ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kinitx ipprovdiet, fid-dawl tal-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, ir-raġunijiet li jistgħu jimmotivaw <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> r-rifjut tat-talba għal aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Sussegwentement, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma llimitatx ruħha biss li tesponi l-pożizzjoni meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar it-talba tagħhom għal aċċess, iżda rriproduċiet ukoll, b’mod litterali,<?PAGE NO="12"?> is-siltiet tal-opinjoni li din tal-aħħar kienet bagħtitilha wara l-konsultazzjoni (taqsima 3 tad-deċiżjoni kkontestata). B’mod partikolari, dawn huma siltiet fejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja spjegat, essenzjalment, li, fl-opinjoni tagħha, fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot, għandu jkun hemm ambjent ta’ fiduċja reċiproka mal-Kummissjoni li jippermetti li jinbeda proċess ta’ negozjar u ta’ kompromess bl-għan li t-tilwima tiġi riżolta malajr u kompletament. Minn dawn is-siltiet jirriżulta wkoll li, skont ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż ma kien jagħmel xejn ħlief jippreġudika l-kooperazzjoni leali bejnha u l-Kummissjoni, li ż-żamma tagħha kienet neċessarja fil-kuntest tal-investigazzjoni mibdija.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jitqies li l-Kummissjoni ppermettiet lir-rikorrenti jsiru jafu l-motivazzjoni mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex topponi l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li jgħid li, essenzjalment, il-Kummissjoni kisret id-dritt tagħhom li jinstemgħu billi hija ma tathomx il-possibbiltà li jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar it-tweġiba mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest tar-Regolament Nru 1049/2001, huwa previst li, wara l-ewwel deċiżjoni ta’ rifjut min-naħa tal-istituzzjoni adita b’talba għal aċċess għal dokument, min ikun ressaq it-talba għal aċċess għandu jippreżenta, skont l-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament, talba għal deċiżjoni konfermattiva. F’dak il-mument, huwa jkollu l-possibbiltà li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu kontra, skont il-każ, il-pożizzjoni meħuda mill-imsemmija istituzzjoni. B’mod partikolari, fil-każ fejn Stat Membru jkun oppona l-iżvelar mitlub skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi jinvoka l-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 tal-istess dispożizzjoni, min ikun ressaq it-talba għandu, permezz tat-talba għal deċiżjoni konfermattiva, il-possibbiltà li jesprimu ruħu dwar il-motivazzjoni mogħtija mill-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE> li rrifjutat it-talba għal aċċess tar-rikorrenti għad-dokument kontenzjuż (ara l-punt 18 iktar ’il fuq), dawn tal-aħħar ressqu quddiem il-Kummissjoni talba konfermattiva skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara l-punt 19 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, għandu jitqies li, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tagħhom, huma kellhom il-possibbiltà li jikkontestaw kemm il-passi meħuda mill-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-konsultazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 4(5) tal-imsemmi regolament kif ukoll il-pożizzjoni ta’ din tal-aħħar kontra t-talba tagħhom. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, fil-kuntest tal-motivazzjoni tagħha, il-Kummissjoni wieġbet b’mod konkret għall-allegazzjonijiet u għall-osservazzjonijiet sottomessi mir-rikorrenti fit-talba konfermattiva (taqsima 4 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-ħames nett, filwaqt li r-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni ma identifikatx tajjeb id-dokument li huwa s-suġġett tat-talba tagħhom għal aċċess, għandu jiġi kkonstatat, għall-kuntrarju, li l-Kummissjoni rreferiet b’mod korrett għal dan id-dokument, kemm fil-kuntest tat-talba tagħha lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif ukoll fid-deċiżjoni kkontestata, l-istess bħat-tweġiba li dan l-Istat Membru kien indirizza lill-Kummissjoni fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE> wara t-talba mressqa fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO. Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni osservat l-obbligi tagħha b’mod partikolari taħt l-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament Nru 1049/2001 kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, ir-rikorrenti ma jistgħux isostnu li hija kisret il-forom proċedurali sostanzjali fit-trattament tat-talba tagħhom għal aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ilment ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ir-rikorrenti jressqu numru ta’ argumenti intiżi li juru li l-Kummissjoni naqset meta llimitat ruħha li tivverifika b’mod superfiċjali l-motivazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja invokata insostenn tar-rifjut tagħha tat-talba għal aċċess. Huma jsostnu li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li teżamina, b’mod konkret u individwali, l-imsemmija motivazzjoni u li tispjega, fil-każ ta’ rifjut, ir-raġuni għalfejn l-aċċess għad-dokument kontenzjuż seta’ jikser id-dispożizzjoni invokata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, jiġifieri t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, permezz ta’ dan l-ilment, ir-rikorrenti jqajmu l-kwistjoni tan-natura u tal-intensità tal-eżami li għandu jsir u dik tal-motivazzjoni li għandha tingħata mill-Kummissjoni meta hija tiddeċiedi tinvoka l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu ġustament li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, bħala prinċipju, li, sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li l-iżvelar tiegħu jkun intalab, ma huwiex biżżejjed li dan id-dokument jaqa’ taħt attività msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tagħti wkoll spjegazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni dwar kif l-aċċess għall-imsemmi dokument jista jippreġudika konkretament u effettivament l-interess protett b’eċċezzjoni prevista f’dan l-artikolu (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-139/07 P" PAGE.ECR="I-5885" YEAR="2010">C-139/07 P, Ġabra p. I-5885</REF.DOC.ECR>, punt 53; tal-<DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, L‑Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-514/07 P+C-528/07 P+C-532/07 P" PAGE.ECR="I-8533" YEAR="2010">C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P, Ġabra p. I-8533</REF.DOC.ECR>, punt 72, u tal-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, LPN vs Il‑Kummissjoni, C‑514/11 P u C‑605/11 P, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li l-obbligu ta’ eżami konkret u individwali li jirriżulta mill-prinċipju ta’ trasparenza kif stabbilit fil-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq ma japplikax meta t-talba għal aċċess tirrigwarda dokument li joriġina minn Stat Membru skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punti 53 u 55 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li, fil-kuntest tal-proċess ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess, il-Kummissjoni għandha sempliċiment tiżgura ruħha, minn naħa, jekk l-Istat Membru kkonċernat ibbażax l-oppożizzjoni tiegħu fuq l-eċċezzjonijiet materjali previsti fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, min-naħa l-oħra, jekk immotivax debitament il-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, bi tweġiba għal argumenti simili għal dawk imressqa mir-rikorrenti f’dan il-każ, li ma hijiex l-istituzzjoni adita b’talba għal aċċess għal dokument li għandha d-dmir li twettaq evalwazzjoni eżawrjenti tad-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, billi twettaq kontroll li jmur lil hinn mill-verifika tas-sempliċi eżistenza ta’ motivazzjoni li tirreferi għall-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni vverifikat li l-oppożizzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet qiegħda tagħmel riferiment għall-eċċezzjonijiet materjali previsti fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u li l-imsemmija oppożizzjoni kienet ġiet immotivata debitament f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, hija, qabelxejn, osservat li l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu opponew għall-iżvelar tad-dokument kontenzjuż billi bbażaw ruħhom fuq l-eċċezzjoni, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni. F’dan ir-rigward, hija ċċitat ukoll litteralment it-test tat-tweġiba tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Sussegwentement, hija osservat li l-ispjegazzjonijiet ta’ din tal-aħħar kienu jidhru <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> fondati, kif mitlub, skontha, mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza L‑Isvezja vs Il‑Kummissjoni,<?PAGE NO="14"?> iċċitata iktar ’il fuq. Fl-aħħar nett, hija wieġbet għall-argumenti li r-rikorrenti ressqu fit-talba tagħhom għal deċiżjoni konfermattiva tas-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE> (ara l-punt 19 iktar ’il fuq) kontra l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ssodisfat l-obbligu tagħha ta’ eżami diliġenti billi osservat il-livell ta’ intensità meħtieġ mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha fil-kuntest tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 u l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni lment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jallegaw, prinċipalment, li l-Kummissjoni ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha għal dak li jirrigwarda l-ineżistenza ta’ interess superjuri fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Sussidjarjament, huma jqisu li l-Kummissjoni ma wettqitx ibbilanċjar korrett tal-interessi kunfliġġenti fil-każ ineżami u jikkontestaw, għalhekk, il-konklużjoni li tgħid li ebda interess superjuri għall-interess tal-proċedura EU Pilot ma seta’ jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż. Essenzjalment, huma jsostnu li l-iskop ta’ protezzjoni tas-saħħa kellu jieħu preċedenza fuq l-interess partikolari tal-Kummissjoni li tkompli l-investigazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi osservat li, anki fil-każ fejn, bħal fil-każ ineżami, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 sabiex tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba, il-possibbiltà li jintwera li jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-imsemmija dokumenti bis-saħħa tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament ma hijiex eskluża. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 49 iktar ’il fuq, il-proċess deċiżjonali stabbilit mill-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirrikjedi li l-istituzzjoni u l-Istat Membru kkonċernati josservaw l-eċċezzjonijiet materjali previsti fl-Artikolu 4(1) sa (3) tal-istess regolament, li jinkludi neċessarjament l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2).</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, skont il-ġurisprudenza, hija dik il-persuna li tallega l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li għandha tinvoka b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding, C‑477/10 P, punt 68; Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62; L‑Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 103, u LPN vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 94).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-espożizzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ natura purament ġenerali ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li interess pubbliku superjuri għandu jipprevali fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ żvelar tad-dokument inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza LPN vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 93).</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interess pubbliku superjuri li jista’ jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokument ma għandux neċessarjament ikun distint mill-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punti 74 u 75, u LPN vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 92).</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li ebda interess pubbliku superjuri ma kien jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, għaliex l-aħjar mod li jintlaħaq l-interess ġenerali f’dan il-każ kien li tiġi konkluża l-proċedura EU Pilot mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Skont il-Kummissjoni, li rrepetiet, essenzjalment, il-motivazzjoni mogħtija f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet Ġermaniżi fl-ittra tagħhom tad-<DATE ISO="20110819">19 ta’ Awwissu 2011</DATE> (ara l-punt 18 iktar ’il fuq kif ukoll il-punti 3 u 6 tad-deċiżjoni kkontestata), dan jippermetti li jiġi vverifikat jekk id-dritt tal-Unjoni kienx ġie effettivament miksur fid-dawl tal-fatti allegati mir-rikorrenti fl-ilment tagħhom kontra l-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ma hija vvizzjata b’ebda żball.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, għandu jitqies li, hekk kif jirriżulta mill-punt 94 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni mmotivat il-konklużjoni tagħha li tgħid li interess pubbliku superjuri, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ma setax jiġġustifika, f’dan il-każ, l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż. Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti, ħlief għal allegazzjonijiet ġenerali dwar in-neċessità ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u dwar il-fatt li t-trattamenti tal-klinika privata kkawżaw il-mewt ta’ diversi pazjenti fil-Ġermanja, ma jistabbilixxux ir-raġunijiet konkreti li jiġġustifikaw, f’dan il-każ, l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż. B’mod partikolari, ma jispjegawx sa fejn l-iżvelar ta’ dan id-dokument lir-rikorrenti, jiġifieri t-tweġiba tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot inkwistjoni, iservi l-interess li tiġi protetta s-saħħa pubblika. Issa, għandu jiġi enfasizzat li, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 91 u 92 iktar ’il fuq, għalkemm, fl-applikazzjoni tal-eċċezzjoni fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, hija l-istituzzjoni li tinvoka l-imsemmija eċċezzjoni li għandha l-oneru tal-prova, min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, huma dawk li jeċċepixxu interess pubbliku superjuri fis-sens tal-aħħar sentenza tal-imsemmija dispożizzjoni li għandhom jipproduċu prova ta’ dan.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>It-tielet nett, anki li kieku l-allegazzjonijiet ġenerali dwar l-eżistenza ta’ interess ġenerali għall-protezzjoni tas-saħħa kellhom jintlaqgħu, l-iżvelar tad-dokumenti mitluba, f’dan il-każ, ma jistax jitqies bħala li jippermetti li tali interess jiġi ssodisfatt. Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li ma humiex ir-rikorrenti li għandhom jistabbilixxu sa fejn id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament Nru 1394/2007, kienx ġie osservat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fid-dawl tal-kuntest fattwali espost fl-ilment tagħhom. Għall-kuntrarju, għandha tiġi milqugħa l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-interess pubbliku li jiġi kkjarifikat, minnha stess, jekk id-dritt tal-Unjoni kienx ġie osservat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kien jikkostitwixxi l-iktar mod effikaċi sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-dokument kontenzjuż huma ta’ natura li jagħtu lok għal azzjoni sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali li eventwalment ikunu jistgħu jressqu quddiem il-qrati nazzjonali Ġermaniżi. Essenzjalment, it-talba tar-rikorrenti hija intiża li jiksbu d-dokumenti ta’ prova insostenn tal-azzjoni tagħhom sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà billi jużaw għal dan il-għan lill-Kummissjoni u s-setgħat ta’ investigazzjoni tagħha li hija għandha bħala gwardjan tat-Trattat FUE. Issa, l-interess tar-rikorrenti li jipproduċu dokumenti ta’ prova quddiem il-qorti nazzjonali ma jistax jitqies li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>interess pubbliku superjuri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, iżda interess privat (ara, f’dan is-sens,<?PAGE NO="16"?> is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding, iċċitata iktar ’il fuq, punt 86). Għaldaqstant, ma jistax jiġi permess li l-Kummissjoni tiġi strumentalizzata sabiex jinkiseb l-aċċess għal provi li ma jkunux disponibbli permezz ta’ mezzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, minkejja li l-fatti li l-azzjoni tar-rikorrenti quddiem il-qorti Ġermaniża u Ewropea tqajjem huma ċertament deplorevoli u joħolqu dispjaċir, il-Kummissjoni enfasizzat korrettament li r-rikorrenti għandhom iressqu azzjoni ġudizzjarja billi jużaw ir-rimedji ġudizzjarji u l-mezzi ta’ kisba tal-provi mogħtija lilhom mill-ordinament ġuridiku nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni ma tathomx l-aċċess għad-dokument kontenzjuż, fid-dawl tal-interess pubbliku invokat, anki wara l-għeluq tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, biżżejjed jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, il-legalità ta’ att ikkontestat għandha tiġi evalwata skont il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li kienu jeżistu fid-data li fiha l-att ġie adottat (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, T‑432/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 43, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-għeluq tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO seħħ wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>F’kull każ, ma jistax jiġi eskluż li, hekk kif jirriżulta, minn naħa, mill-punt 12 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, LPN vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, u, min-naħa l-oħra, mill-indikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni waqt is-seduta, l-aċċess sħiħ jew parzjali għad-dokumenti involuti f’dan il-każ ikun jista’ jingħata lir-rikorrenti, sa fejn l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma tkunx iktar applikabbli wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tittiħidx azzjoni fuq ilment, bil-kundizzjoni li l-imsemmija dokumenti ma kinux koperti b’eċċezzjoni oħra fis-sens ta’ dan ir-regolament. Issa, dan ikun possibbli biss jekk il-Kummissjoni tkun adita b’talba ġdida għal aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma wettqet la ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u lanqas żball ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret id-dritt tagħhom li jiksbu aċċess parzjali għad-dokument kontenzjuż.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali bis-saħħa tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-istess statut, u l-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura, kull rikors għandu jindika s-suġġett tal-kawża u sunt tar-raġunijiet imressqa. Din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed sabiex tippermetti<?PAGE NO="17"?> lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. Sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa meħtieġ li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ir-rikors ikun ibbażat jirriżultaw, minn tal-inqas b’mod sommarju, iżda b’mod koerenti u li jinftiehem, mit-test tar-rikors stess (digrieti tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19930428">28 ta’ April 1993</DATE>, De Hoe vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-85/92" PAGE.ECR="II-523" YEAR="1993">T-85/92, Ġabra p. II-523</REF.DOC.ECR>, punt 20, u tal-<DATE ISO="20050711">11 ta’ Lulju 2005</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-294/04" PAGE.ECR="II-2719" YEAR="2005">T-294/04, Ġabra p. II-2719</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, ħlief għal riferiment astratt, fil-kuntest tar-rikors, għal motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara b’mod partikolari l-punt 91 tar-rikors), ir-rikorrenti ma jiżviluppaw ebda argument insostenn ta’ dan. Fil-fatt, huma jillimitaw ruħhom li jindikaw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>il-Kummissjoni kellha tindika b’mod preċiż l-awtur tad-dokument kontenzjuż, it-tul ta’ dan tal-aħħar kif ukoll l-annessi tiegħu, ir-referenza tiegħu, etc., sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni tal-imsemmi dokument<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>fl-assenza ta’ tali identifikazzjoni tad-[dokument kontenzjuż] tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>awtoritajiet Ġermaniżi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>, […] ma jkunx hemm proċedura ekwa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Issa, sa fejn din l-allegazzjoni ma għandha ebda relazzjoni mal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 fil-każ ineżami, iżda iktar mal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ġie eżaminat fil-punti 78 sa 86 iktar ’il fuq, hija għandha titqies irrilevanti sabiex tikkostitwixxi bażi għal għal dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitqies li l-argumenti mressqa mir-rikorrenti fl-istadju tar-replika lanqas ma jistgħu jiġu eżaminati, peress li, b’mod partikolari, huma bbażati fuq elementi tad-deċiżjoni kkontestata li kienu magħrufa fid-data tal-preżentata tar-rikors (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Umbach vs Il‑Kummissjoni, T‑474/08, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom jew għal raġunijiet eċċezzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, għandu jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wetter</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20140925">25 ta’ Settembru 2014</DATE>.</P><?PAGE NO="18"?><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>