<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑427/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0427</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:122">EU:C:2013:122</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130228">28.2.2013</DATE> - KAWŻA C-427/11</P><P>KENNY <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikolu 141 KE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 75/117/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni indiretta</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni oġġettiva</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-427/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court (L-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110816">16 ta’ Awwissu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Margaret Kenny,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Patricia Quinn,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nuala Condon,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Eileen Norton,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ursula Ennis,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Loretta Barrett,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Joan Healy,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kathleen Coyne,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sharon Fitzpatrick,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Breda Fitzpatrick,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sandra Hennelly,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marian Troy,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antoinette Fitzpatrick,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Helena Gatley</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister for Justice, Equality and Law Reform,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Minister for Finance,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Commissioner of An Garda Síochána,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), li qed taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, K. Lenaerts, E. Juhász, T. von Danwitz u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Kenny <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn G. Durkan, SC, A. Murphy, solicitor, u M. Honan, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent, assistit minn M. Bolger, SC, u de A. Kerr, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Enegren u C. Gheorghiu, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 141 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill75/117/KEE, tal-<DATE ISO="19750210">10 ta’ Frar 1975</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 179).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. Kenny u tlettax-il uffiċjal ieħor u l-Minister for Justice, Equality and Law Reform (Ministru tal-Ġustizzja, tal-Ugwaljanza u tar-Riformi Leġiżlattivi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Minister<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Minister for Finance u l-Commissioner of An Garda Síochána dwar differenza fir-remunerazzjoni bejn ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u grupp ieħor ta’ uffiċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 75/117 jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa [Ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa] deskritt fil-qosor fl-Artikolu 119 tat-Trattat, il-quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>prinċipju ta’ paga ndaqs<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>[<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>prinċipju tal-ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>], ifisser, għall-istess xogħol jew għal xogħol li għalih huwa attribwit valur indaqs [ugwali], it-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess għar-rigward ta’ l-aspetti kollha u kondizzjonijiet ta’ ħlas.</ALINEA><ALINEA>Partikolarment, fejn sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ impjiegi hija wżata biex tistabbilixxi paga [remunerazzjonijiet], għandha tkun bażata fuq l-istess kriterji kemm għall-irgiel u għan-nisa u hekk imfassla li teskludi kull diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom ineħħu għal kollox kull diskriminazzjoni bejn irġiel u nisa li toħroġ minn liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi, li huma kuntrarji għall-prinċipju ta’ paga ndaqs [prinċipju tal-ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li disposizzjonijiet li jidhru fi ftehim kollettiv, skali ta’ paga, ftehim fuq pagi jew kuntratti ta’ impjieg individwali li huma kuntrarji għall-prinċipju ta’ paga ndaqs [prinċipju tal-ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet], għandhom jew jistgħu jiġu dikjarati nulli u bla effett jew jistgħu ikunu emendati.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi tal-1998 dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg (Employment Equality Act of 1998) ħassret u ssostitiwixxiet il-leġiżlazzjoni preċedenti li kienet ittrasponiet fid-dritt Irlandiż id-Direttiva 75/117.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1)(a) ta’ din il-liġi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Suġġett għall-paragrafu (b), għall-finijiet ta’ din il-Parti, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>A<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>B<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>jirrapreżentaw żewġ persuni tas-sess oppost li, fejn A hija mara, B huwa raġel, u viċi versa.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1), (4), u (5) tal-imsemmija liġi, fl-istess verżjoni, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun terminu tal-kuntratt li taħtu A hija impjegata li, suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, A għandha fi kwalunkwe żmien tkun intitolata għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għax-xogħol li A tkun impjegata li tagħmel bħal B li, f’dak iż-żmien jew fi kwalunkwe ħin ieħor, ikun impjegat li jagħmel l-istess xogħol [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>like work<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>] mill-istess persuna li timpjega jew persuna assoċjata.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><?PAGE NO="4"?><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Id-diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta dispożizzjoni li tkun tidher newtrali tqiegħed lil persuni ta’ sess partikolari (li huma A jew B) fi żvantaġġ partikolari fir-rigward tar-remunerazzjoni meta mqabbla ma’ impjegati oħra tal-istess persuna li timpjega.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Fejn japplika l-paragrafu (a), il-persuni msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu trattati kollha għall-finijiet tal-paragrafu 1, bħala li jikkonformaw, skont il-każ, jew li ma jikkonformawx mad-dispożizzjoni kkonċernata, skont liema twassal għall-ogħla remunerazzjoni, sakemm id-dispożizzjoni ma tkunx oġġettivament iġġustifikata b’għan leġittimu u l-mezzi biex jinkiseb dan l-għan ikunu xierqa u meħtieġa.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe proċeduri, l-istatistiċi huma ammissibbli għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk dan il-paragrafu japplikax b’rabta ma’ A jew B.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Suġġett għall-paragrafu 4, xejn f’din il-parti ma jipprekludi lil persuna li timpjega milli tħallas, fuq raġunijiet oħra apparti l-bażi tas-sess, remunerazzjonijiet differenti lil impjegati differenti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma uffiċjali impjegati mal-Minister u li huma assenjati sabiex iwettqu kompiti amministrattivi fl-An Garda Síochána (il-Pulizija Nazzjonali). Skont dawn ir-rikorrenti, huma jagħmlu xogħol ekwivlenti għal dak ta’ impjegati oħra rġiel tal-An Garda Síochána assenjati wkoll għall-istess kompiti amministrattivi f’pożizzjonijiet speċifiċi rriżervati għall-membri tagħha, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>pożizzjonijiet indikati<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>pożizzjonijiet irriżervati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Bejn l-2000 u l-2005, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqu, permezz tar-rappreżentant tas-sindakat tagħhom, talbiet quddiem l-Equality Tribunal. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, din il-qorti laqgħet it-talbiet ta’ seba’ minn dawn ir-rikorrenti u ċaħdet it-talbiet tas-seba’ l-oħra. Il-partijiet kollha fil-proċeduri appellaw mid-deċiżjoni tal-Equality Tribunal quddiem il-Labour Court.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Labour Court ikkonstatat li l-proporzjonijiet ta’ rġiel u ta’ nisa fil-gruppi kkonċernati wrew, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, diskriminazzjoni indiretta fis-salarju, peress li, meta tressqu t-tmien talbiet inizjali, fix-xahar ta’ Lulju 2000, kien hemm, minn naħa, 353 pożizzjoni indikata okkupati mill-uffiċjali tal-pulizija, li minnhom 279 aġent kienu rġiel u 74 aġent kienu nisa, u, min-naħa l-oħra, 761 kienu l-parti l-kbira uffiċjali amministrattivi nisa. Il-Labour Court iddeċidiet ukoll li, fiż-żmien tas-seduta miżmuma quddiemha f’Mejju 2007, in-numru ta’ pożizzjonijiet indikati kien jammonta għal 298 u li l-politika tal-konvenuti kienet li jitnaqqas dan in-numru għal 219.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Bi ftehim bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Labour Court iddeċidiet li teżamina preliminarjament il-kwsitjoni tal-ġustifikazzjoni oġġettiva tal-eżistenza <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-salarju kkonstatata u għaldaqstant meħuda bħala ipoteżi li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-persuni ta’ referenza magħżula jagħmlu xogħol simili (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>like work<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), skont l-Artikolu 7(1) tal-Liġi tal-1998 dwar l-ugwaljanza fl-impjieg, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali. Għalhekk, l-imsemmija qorti talbet lil Minister sabiex jipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ din il-ġustifikazzjoni oġġettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-Minister, il-kollakament ta’ membri tal-An Garda Síochána f’impjiegi amministrattivi rriżervati, jiġifieri pożizzjonijiet indikati, huma ġġustifikati fid-dawl li jiġu sodisfatti bżonnijiet operazzjonali u kien xieraq u neċesarju biex jiġu sodisfatti dawn il-bżonnijiet li tingħata lill-uffiċjali tal-pulizija assenjati f’dawn il-pożizzjonijiet ir-rata ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-grad bħala membri tal-An Garda Síochána.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Barra dan, in-numru ta’ pożizzjonijiet indikati kien ġie ddeterminat permezz ta’ ftehim bejn il-maniġment u l-korpi rappreżentattivi tal-persunal tal-An Garda Síochána fil-kuntest ta’ proċess ta’ tnaqqis ta’ tali pożizzjonijiet, li huwa magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>civilianisation<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Għalkemm il-Minister ammetta li kien hemm numru żgħir ta’ pożizzjonijiet indikati li fir-rigward tagħhom ma kien hemm ebda bżonn operazzjonali, madankollu huwa allega li dawn il-pożizzjonijiet ma kinux rappreżentattivi tal-ġeneralità tal-pożizzjonijiet indikati, li għalihom l-għarfien u l-esperjenza fil-pulizija huma rekwiżiti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20070727">27 ta’ Lulju 2007</DATE>, il-Labour Court laqgħet l-appell tal-Minister u ċaħdet dak tal-partijiet l-oħra. Skont din id-deċiżjoni, il-kollokament ta’ membri tal-An Garda Síochána f’impjiegi amministrattivi jissodisfa jew il-bżonnijiet operazzjonali tagħha, jew il-bżonn li jitkompla l-proċess ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>civilianisation<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> b’mod u b’ritmu li tinkiseb l-adeżjoni tal-korpi rappreżentattivi tal-persunal tal-An Garda Síochána. Barra dan, permezz tal-imsemmija deċiżjoni, il-Labour Court ikkonstatat li l-għoti lil min jokkupa dawn il-pożizzjonijiet ta’ rati ta’ remunerazzjoni li jikkorrispondu għal dawk mogħtija lil-membri tal-An Garda Síochána jissodisfa l-għan mixtieq, peress li jkun inġust u mhux prattiku li jitnaqqas is-salarju tal-membri tal-An Garda Síochána assenjati għall-imsemmija impjiegi. Skont l-istess deċiżjoni, min-numru mnaqqas tal-pożizzjonijiet indikati jirriżulta li ż-żamma ta’ dan il-ftehim matul it-tlestija tal-proċess ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>civilianisation<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> huwa proporzjonali għall-bżonnijiet operazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal-Labour Court kienet is-suġġett ta’ appell li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-High Court iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi fejn <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta fuq bażi ta’ sess li tkun taffettwa l-paga [ir-remunerazzjoni], bi ksur tal-Artikolu 141 KE [...] u tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117 [...], sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ġustifikazzjoni fir-rigward tar-rekl[u]taġġ [tal-kollokament] ta’ ħaddiema li jissostitwixxu [persuni ta’ referenza] fil-pożizzjonijiet okkupati minnhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ġustifikazzjoni għall-ħlas ta’ paga [rata ta’ remunerazzjoni] bbażata fuq rata ogħla lill-ħaddiema li jissostitwixxu [persuni ta’ referenza]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ġustifikazzjoni għal ħlas ta’ paga bbażata fuq rata iktar baxxa lir-rikorrenti [fil-kawża prinċiapli]?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi fejn <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta fuq bażi ta’ sess li tkun taffettwa l-paga [r-remunerazzjoni], sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi ġustifikazzjoni fir-rigward:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tal-ħaddiema speċifiċi li jissostitwixxu [persuni ta’ referenza speċifiċi] msemmija mir-rikorrenti u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tal-ġeneralità tal-pożizzjonijiet li jiġu ssostitwiti [ta’ referenza]?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 2(b) tkun fl-affermattiv, il-ġustifikazzjoni oġġettiva xorta tkun stabbilita minkejja li tali ġustifikazzjoni ma tkunx tapplika għall-ħaddiema magħżula li jissostitwixxu [persuni ta’ referenza magħżula]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-Labour Court wettqet żball, skont id-dritt Komunitarju, meta aċċettat li setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>interessi ta’ relazzjonijiet industrijali tajba<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fid-determinazzjoni jekk min iħaddem jistax jiġġustifika b’mod oġġettiv id-differenza fil-paga [remunerazzjoni]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi fejn <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta fuq bażi ta’ sess li tkun taffettwa l-paga, tista’ tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva abbażi tat-tħassib min-naħa tal-konvenut fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali? Tali tħassib għandu jkollu xi rilevanza fir-rigward ta’ evalwazzjoni ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari dwar l-oneru tal-prova u l-kunċett tal-istess xogħol jew għal xogħol li għalih huwa attribwit valur ugwali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ir-regoli normali fil-qasam tal-produzzjoni tal-provi, huwa, fil-prinċipju, il-ħaddiem li jqis ruħu bħala vittma tad-diskriminazzjoni fir-remunerazzjoni fuq bażi ta’ sess li għandu jistabbilixxi, quddiem il-qorti nazzjonali, li l-kundizzjonijiet li jippermettu l-preżunzjoni ta’ inugwaljanza ta’ remunerazzjoni pprojbita mill-Artikolu 141 KE u mid-Direttiva 75/117 huma sodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20010626">26 ta’ Ġunju 2001</DATE>, Brunnhofer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-381/99" PAGE.ECR="I-4961" YEAR="2001">C-381/99, Ġabra p. I-4961</REF.DOC.ECR>, punti 52, 53 u 57).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-imsemmi ħaddiem li għandu jipprova bi kwalunkwe mezz legali li huwa jirċievi remunerazzjoni inqas minn dik imħallsa mill-persuna li timpjegah lill-kollegi ta’ referenza tiegħu u li hu jagħmel fir-realtà l-istess xogħol jew xogħol ta’ valur ugwali, komparabbli għal dak imwettaq minn dawn tal-aħħar, b’tali mod li ikun għalhekk, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, vittma ta’ diskriminazzjoni li ma tistax tiġi spjegata ħlief bid-differenza fuq bażi ta’ sess (ara s-sentenza Brunnhofer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’każ fejn il-ħaddiem jipproduċi l-prova li l-kriterji, fir-rigward tal-eżistenza ta’ differenza fil-remunerazzjoni bejn ħaddiema mara u ħaddiem raġel kif ukoll ta’ xogħol li huwa komparabbli, huma sodisfatti f’dan il-każ tkun teżisti diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>. Għaldaqstant, hija l-persuna li timpjega li jkollha tipprova li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet, billi tistabbilixxi b’kull mezz legali, b’mod partikolari, li l-attivitajiet realment eżerċitati miż-żewġ ħaddiema kkonċernati ma humiex fil-fatt komparabbli jew li d-differenza fir-remunerazzjoni kkonstatata hija ġġustifikata minn fatturi oġġettivi u li ma humiex relatati ma’ kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Brunnhofer, iċċitatat iktar ’il fuq, punti 59 sa 62).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jitilqu mill-premessa li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, teżisti, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, diskriminazzjoni fis-salarju indiretta fuq bażi ta’sess.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fost il-kundizzjonijiet li jippermettu l-preżunzjoni tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-salarju fuq bażi ta’ sess, jidher li hija biss l-eżistenza ta’ differenza fil-remunerazzjoni li ġiet stabbilta fil-kawża prinċipali. Fir-rigward tal-kundizzjoni tax-xogħol komparabbli, kif ukoll jirriżulta mill-punt 12 ta’ din is-sentenza, il-Labour Court iddeċidiet, bi ftehim mal-partijiet fil-kawża prinċipali, li teżamina minn qabel l-eventwali eżistenza ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva ta’ din id-differenza fir-remunerazzjoni, bi tluq mill-premessa li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-persuni ta’ referenza jagħmlu effettivament l-istess xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja, ċertament, diġà ddeċidiet li, f’tali ipoteżi, hija tista’ tiddeċiedi fuq id-domandi preliminari li jirrigwardaw il-ġustifikazzjoni ta’ differenza fir-remunerazzjoni mingħajr ma tiġi ddeterminata minn qabel l-ekwivalenza tal-funzjonijiet inkwistjoni (ara f’dan is-sens, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni Brittannika, is-sentenza tas-<DATE ISO="19931027">27 ta’ Ottubru 1993</DATE>, Enderby, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/92" PAGE.ECR="I-5535" YEAR="1993">C-127/92, Ġabra p. I-5535</REF.DOC.ECR>, punt 11).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-prinċipju tal-ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet skont l-Artikolu 141 KE u l-Artikolu 1 tad-Direttiva 75/117 jippresupponi li l-ħaddiema rġiel u nisa li jibbenefikaw minnu jinsabu f’sitwazzjonijiet identiċi jew komparabbli għandu jiġi vverifikat jekk il-ħaddiema kkonċernati jagħmlux l-istess xogħol jew xogħol li għalih jista’ jiġi attribwit valur ugwali (ara s-sentenza Brunnhofer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Kif ukoll ġie rrilevat matul is-seduta, din il-verifika tkun neċessarja fil-kuntest tal-kawża prinċipali fil-każ li l-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-Labour Court wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat id-differenza fir-remunerazzjoni bħala oġġettivament iġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-verifika neċessarja dwar jekk il-ħaddiemi kkonċernati jagħmlux l-istess xogħol jew xogħol li għalih jista’ jiġi attribwit valur ugwali, għandha ssir mill-qorti nazzjonali, li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti, fir-rigward tan-natura konkreta tal-attivitajiet eżerċitati mill-persuni kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20000330">30 ta’ Marzu 2000</DATE>, JämO, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-236/98" PAGE.ECR="I-2189" YEAR="2000">C-236/98, Ġabra p. I-2189</REF.DOC.ECR>, punt 48, u Brunnhofer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49). Madankollu, fil-kuntest ta’ rinviju preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja, imsejħa biex tipprovdi risposti utli lill-qorti nazzjonali, hija madankollu kompetenti sabiex tipprovdi indikazzjonijiet ibbażati fuq il-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll osservazzjonijiet li ġew sottomessi lilha li jistgħu jippermettu lill-qorti tar-rinviju sabiex tiddeċiedi (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="19990209">9 ta’ Frar 1999</DATE>, Seymour-Smith u Perez, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/97" PAGE.ECR="I-623" YEAR="1999">C-167/97, Ġabra p. I-623</REF.DOC.ECR>, punti 67 u 68).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet kemm-il darba li, sabiex jiġi evalwat jekk il-ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol jew xogħol li għalih jista’ jiġi attribwit valur ugwali, għandu jiġi eżaminat jekk dawn il-ħaddiema, fid-dawl tal-fatturi kollha, bħalma huma n-natura tax-xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol, jistgħu jiġu kkunsidrati li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19990511">11 ta’ Mejju 1999</DATE>, Angestelltenbetriebsrat der Wiener Gebietskrankenkasse, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-309/97" PAGE.ECR="I-2865" YEAR="1999">C-309/97, Ġabra p. I-2865</REF.DOC.ECR>, punt 17, u Brunnhofer, iċċitat iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, meta attività li apparentament tkun identika tiġi eżerċitata minn gruppi differenti ta’ ħaddiema li ma jkollhomx l-istess taħriġ jew kwalifiki professjonali sabiex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom, għandu jiġi vverifikat jekk, fid-dawl tal-elementi li jirrigwardaw in-natura tal-kompiti li jistgħu jingħataw lil kull wieħed minn dawn il-gruppi ta’ ħaddiema rispettivament, il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ meħtieġa għall-eżerċizzju tagħhom u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol li taħthom huma jitwettqu, dawn il-gruppi differenti ta’ ħaddiema jagħmlux l-istess xogħol skont l-Artikolu 141 KE (is-sentenza Angestelltenbetriebsrat der Wiener Gebietskrankenkasse, iċċitatat iktar ’il fuq, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-taħriġ professjonali ma jikkostitwixxix biss wieħed mill-fatturi li jistgħu jiġġustifikaw oġġettivament id-differenza fir-remunerazzjonijiet mogħtija lil ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol. Huwa wkoll wieħed minn numru ta’ kriterji li jippermettu li jiġi vverifikat jekk il-ħaddiema jagħmlux jew le l-istess xogħol. (is-sentenza Angestelltenbetriebsrat der Wiener Gebietskrankenkasse, iċċitat iktar ’il fuq, punt 19)</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-taħriġ jew il-kwalifika professjonali tal-uffiċjali amministrattivi minn naħa, u tal-membri tal-An Garda Síochána assenjati għall-pożizzjonijiet indikati, min-naħa l-oħra, juru xi differenzi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tikkonstata l-assenza ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva tad-differenza fir-remunerazzjoni inkwistjoni, din il-qorti jew il-Labour Court għandhom jivverifikaw jekk, fid-dawl tal-elementi li jirrigwardaw in-natura tal-kompiti li jistgħu jingħataw lil kull wieħed minn dawn il-gruppi ta’ ħaddiema rispettivament, tal-kundizzjonijiet ta’ taħriġ meħtieġa għall-eżerċizzju tagħhom u tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol li taħthom huma jitwettqu, dawn il-gruppi ta’ ħaddiema jagħmlux l-istess xogħol skont l-Artikolu 141 KE u tad-Direttiva 75/117</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-fajl li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha u mill-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali jirriżulta li dawn tal-aħħar ma jaqblux f’dak li jirrigwarda n-numru ta’ membri tal-An Garda Síochána assenjati għal pożizzjonijiet indikati li jwettqu biss kompiti amministrattivi u li n-numru ta’ dawn li, barra dan, għandhom iwettqu kompiti ta’ natura operazzjonali, bħall-komunikazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Eurpol) jew l-Interpol, dawn il-kompiti tal-aħħar huma differenti minn dawk imwettqa minn uffiċjali amministrattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u matul is-seduta, l-Irlanda sostniet li l-membri kollha tal-An Garda Síochána assenjati għal pożizzjonijiet indikati jistgħu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jissejħu biex jaħdmu fuq barra minħabba bżonnijiet operazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha, skont il-każ, tivverifika jekk, fid-dawl tal-elementi dwar il-kompiti li jistgħu jingħataw, rispettivament, lill-membri tal-An Garda Síochána assenjati għal pożizzjonijiet indikati u għall-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ dawn il-membri, u fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ taħriġ meħtieġa għall-gruppi differenti ta’ ħaddiema inkwistjoni, l-attività apparentement identika mwettqa mill-membri tal-An Garda Síochána assenjati għal pożizzjonijiet indikati u mill-uffiċjali amministrattivi tistax tiġi kkwalifikata bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>istess xogħol<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> skont l-Artikolu 141 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fid-dawl tal-Artikolu 141 KE u tad-Direttiva 75/117, x’inhu l-għan li fuqu għandha tiġi bbażata l-ġustifikazzjoni tal-persuna li timpjega fir-rigward ta’ diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> indiretta fis-salarju fuq bażi ta’ sess, liema huma l-ħaddiema li għalihom tali ġustifikazzjoni għandha tiġi pprovduta u jekk l-interess ta’ relazzjonijiet industrijali tajbin jistax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-eżami ta’ din il-ġustifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-għan tal-imsemmija ġustifikazzjoni, għandu jiġi rrilevat li differenza fir-remunerazzjoni tal-ħaddiema nisa meta mqabbla mal-ħaddiema rġiel għall-istess xogħol jew għal xogħol li għalih huwa attribwit valur ugwali, għandu fil-prinċipju jiġi kkunsdirat bħala li jmur kontra l-Artikolu 141 KE u, konsegwentement, id-Direttiva 75/117. Ikun mod ieħor biss jekk id-differenza fit-trattament tkun iġġustifikata minn fatturi oġġettivi li ma humiex relatati ma’ xi diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess (ara s-sentenza Brunnhofer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-ġustifikazzjoni mogħtija għandha tkun ibbażata fuq għan leġittimu. Il-mezzi magħżula biex jintlaħaq dan l-għan għandhom ikunu xierqa u neċessarji għal dan il-għan (is-sentenza tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Cadman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/05" PAGE.ECR="I-9583" YEAR="2006">C-17/05, Ġabra p. I-9583</REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li l-qorti tar-rinviju tidher li qed tiddikjara, ma hijiex kwistjoni għalhekk li tiġi ġġustifikata r-rata ta’ remunerazzjoni mħallsa lil kull wieħed mill-gruppi ta’ referenza u lanqas li jiġi ġġustifikat il-kollokament tal-ħaddiema fi grupp wieħed jew fl-ieħor iżda pjuttost li tiġi ġġustifikata d-differenza fir-remunerazzjoni nnifisha.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija d-differenza fil-remunerazzjoni li għandha tiġi ġġustifikata mill-fatturi oġġettivi li ma humiex relatati mad-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Brunnhofer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, meta tirrigwarda diskriminazzjoni indiretta, l-oriġini tad-differenza fil-remunerazzjoni tista’ tkun differenti u l-ġustifikazzjoni ta’ tali differenza tista’ għalhekk tkun ukoll differenti u tista’ tirrelata b’hekk ma’ dispożizzjoni nazzjonali, ma’ ftehim li huwa intiż sabiex jirregola b’mod kollettiv l-impjieg bi ħlas jew ukoll ma’ prattika jew ma’ azzjoni unilaterali ta’ persuna li timpjega fir-rigward tal-persunal li hija timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fil-kuntest ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-salarju, hija l-persuna li timpjega li għandha tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva li tikkonċerna d-differenza fir-remunerazzjoni kkonstatata bejn il-ħaddiema li jħossuhom iddiskriminati u l-persuni ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-grupp ta’ ħaddiema li għalihom tali ġustifikazzjoni, għandha tiġi pprovduta, għandu jiġi rrilevat li, jekk ir-remunerazzjoni mħallsa għall-impjiegi ta’ grupp ta’ ħaddiema hija kunsiderevolment inqas minn dik imħallsa għall-impjiegi ta’ grupp ieħor u jekk l-ewwel ikunu kważi esklużivament eżerċitati minn nisa filwaqt li t-tieni jkunu prinċipalment okkupati minn irġiel, tali sitwazzjoni tirrileva diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima faciae</HT> fuq bażi ta’ sess, sakemm, għall-inqas, iż-żewġ funzjonijiet inkwistjoni kellhom valur ugwali u li l-istatistika li tikkaratterizza din is-sitwazzjoni hija valida (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Enderby, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk jistgħux jiġu kkunsidrati dawn l-istatistiċi, jiġifieri, jekk ikoprux biżżejjed individwi, jekk jurux fenomeni purament fortuwiti jew fuq żmien qasir, u jekk, b’mod ġenerali, jidhrux li huma sinjifikattivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitatati iktar ’il fuq, Enderby, punt 17, kif ukoll Seymour-Smith u Perez, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li paragun ma huwiex rilevanti meta jirrigwarda gruppi magħmula arbitrarjament b’mod li wieħed ikun fih essenzjalment nisa u l-ieħor ikun fih essenzjalment irġiel, u dan bil-għan li tinkiseb, permezz ta’ paraguni suċċessivi, l-uniformità tal-pagi ta’ grupp magħmul essenzjalment minn nisa ma’ dawk ta’ grupp ieħor li huwa wkoll ikun magħmul arbitrarjament b’mod li jkun fih essenzjalment irġiel (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19950531">31 ta’ Mejju 1995</DATE>, Royal Copenhagen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/93" PAGE.ECR="I-1275" YEAR="1995">C-400/93, Ġabra p. I-1275</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-ġustifikazzjoni mill-persuna li timpjega tad-differenza fir-remunerazzjoni li turi diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> fuq bażi ta’ sess għandha tirrelata mal-persuni ta’ referenza li, minħabba l-fatt li s-sitwazzjoni ta’ dawn il-persuni hija kkaratterizzata minn statistiċi validi li jirrigwardaw numru suffiċjenti ta’ persuni, li ma humiex l-espressjoni ta’ fenomenu purament fortuwitu jew fuq żmien qasir u li, b’mod ġenerali, jidhru sinjifikattivi, ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali sabiex tiġi kkonstatata l-imsemmija differenza.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward, tal-kwistjoni dwar jekk l-interessi ta’ relazzjonijiet industrijali tajbin jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġġustifikaw oġġettivament diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> indiretta fis-salarju fuq bażi ta’ sess, huwa importanti li jiġi enfasizzat li r-raġunijiet li jistgħu jipprovdu tali ġustifikazzjoni oġġettiva għandhom jissodisfaw bżonn reali tal-persuna li timpjega, f’dan il-każ il-Minister (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19860513">13 ta’ Mejju 1986</DATE>, Bilka-Kaufhaus,<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="170/84" PAGE.ECR="1607" YEAR="1986">170/84, Ġabra p. 1607</REF.DOC.ECR>, punti 36 u 37, kif ukoll Brunnhofer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra dan, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta b’mod ċar mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/117, il-ftehim kollettiv għandu, bħal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, josserva l-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 141 KE (ara s-sentenza Enderby, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 59 sa 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa paċifiku li, bħall-ftehim kollettiv, l-interess ta’ relazzjonijiet industrijali tajbin huwa suġġett għall-osservanza tal-prinċipju tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-remunerazzjoni bejn ħaddiema rġiel u nisa. Dan l-interess ma jikkostitwixxix, bħala tali, l-uniku bażi li tiġġustifika din id-diskriminazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tikkonstata l-fatt li l-elementi ta’ remunerazzjoni ġew iffissati permezz ta’ negozjar kollettiv jew permezz ta’ negozjar fuq livell lokali jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali bħala element li jippermettilha li tevalwa jekk id-differenzi bejn ir-remunerazzjonijiet medji ta’ żewġ gruppi ta’ ħaddiema humiex dovuti għal fatturi oġġettivi u li ma humiex relatati ma’ kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess (ara s-sentenza Royal Copenhagen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-interess ta’ relazzjonijiet industrijali tajbin jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali fost elementi oħra li jippermettulha li tevalwa jekk id-differenzi bejn ir-remunerazzjoni ta’ żewġ gruppi ta’ ħaddiema humiex dovuti għal fatturi oġġettivi u li ma humiex relatati ma’ kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u kif ukoll konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, u bħalma tfakkar fil-punti 41 u 45 ta’ din is-sentenza għall-partijiet l-oħra tad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, hija l-qorti nazzjonali li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti, li għandha tiddetermina wkoll sa fejn l-imsemmi interess jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-kawża prinċipali sabiex tiġi ġġustifikata diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> indiretta fis-salarju fuq bażi ta’ sess.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal preċedentement, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 141 u d-Direttiva 75/117 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ħaddiema jagħmlu l-istess xogħol jew xogħol li għalih huwa attribwit valur ugwali jekk, fid-dawl tal-fatturi kollha, bħan-natura tax-xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol, huma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, fatt li huwa l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa;</P></ITEM><ITEM><P>fil-kuntest ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-salarju, hija l-persuna li timpjega li għandha tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva li tirrigwarda d-differenza fil-fir-remunerazzjoni kkonstatata bejn il-ħaddiema li jħossuhom ddiskriminati u l-persuni ta’ referenza;</P></ITEM><ITEM><P>il-ġustifikazzjoni mill-persuna li timpjega tad-differenza fir-remunerazzjoni li tirrileva diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> fuq bażi ta’ sess għandha tirrelata mal-persuni ta’ referenza li, minħabba l-fatt li s-sitwazzjoni ta’ dawn il-persuni hija kkaratterizzata mill-istatistiċi validi li tirrigwarda numru suffiċjenti ta’ persuni, li ma humiex l-espressjoni ta’ fenomenu purament fortuwitu jew fuq żmien qasir u li, b’mod ġenerali, jidhru sinjifikattivi, ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali sabiex tiġi kkonstatata l-imsemmija differenza, u</P></ITEM><ITEM><P>l-interess għal relazzjonijiet industrijali tajbin jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali fost elementi oħra li jippermettulha li tevalwa jekk id-differenzi bejn ir-remunerazzjonijiet ta’ żewġ gruppi ta’ ħaddiema humiex dovuti għal fatturi oġġettivi u li ma humiex relatati ma’ kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u kif ukoll konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 141 KE u d-Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19750210">10 ta’ Frar 1975</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">ħaddiema jagħmlu l-istess xogħol jew xogħol li għalih huwa attribwit valur ugwali jekk, fid-dawl tal-fatturi kollha, bħan-natura tax-xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol, huma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, fatt li huwa l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">fil-kuntest ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-salarju, hija l-persuna li timpjega li għandha tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva li tirrigwarda d-differenza fil-fir-remunerazzjoni kkonstatata bejn il-ħaddiema li jħossuhom ddiskriminati u l-persuni ta’ referenza;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">il-ġustifikazzjoni mill-persuna li timpjega tad-differenza fir-remunerazzjoni li tirrileva diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> fuq bażi ta’ sess għandha tirrelata mal-persuni ta’ referenza li, minħabba l-fatt li s-sitwazzjoni ta’ dawn il persuni hija kkaratterizzata mill-istatistiċi validi li tirrigwarda numru suffiċjenti ta’ persuni, li ma humiex l-espressjoni ta’ fenomenu purament fortuwitu jew fuq żmien qasir u li, b’mod ġenerali, jidhru sinjifikattivi, ittieħdu inkunsiderazzjoni mill qorti nazzjonali sabiex tiġi kkonstatata l-imsemmija differenza, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">l-interess għal relazzjonijiet industrijali tajbin jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali fost elementi oħra li jippermettulha li tevalwa jekk id-differenzi bejn ir-remunerazzjonijiet ta’ żewġ gruppi ta’ ħaddiema humiex dovuti għal fatturi oġġettivi u li ma humiex relatati ma’ kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u kif ukoll konformi mal prinċipju ta’ proporzjonalità.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>