|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5286 |
27.8.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11641 — KKR / SUPERSTRUCT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5286)
1.
Fil-21 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Dance Bidco S.à r.l. (“Dance Bidco”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti), |
|
— |
LMF Holdco S.à r.l. (il-Lussemburgu) u HV Holding S.à r.l. (flimkien, “il-Mira”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Providence Holdco International GP Ltd (“Providence”, il-Gżejjer Cayman). |
KKR se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
KKR hija ditta tal-investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet għas-swieq finanzjarji u tal-assikurazzjoni, |
|
— |
Il-Mira tikkontrolla b’mod indirett Superstruct Holding S.à.r.l. (Flimkien mas-sussidjarji tagħha, “Superstruct”). Superstruct huwa negozju ta’ divertiment “live” li jippossjedi u jopera festivals tal-mużika fl-Ewropa u fl-Awstralja u jipprovdi servizzi lil festivals tal-mużika u avvenimenti diretti inklużi soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni, servizzi tal-palk u ta’ produzzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.11641 — KKR / SUPERSTRUCT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5286/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)