11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/342


P9_TA(2021)0373

Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (COM(2020)0854 – C9-0433/2020 – 2020/0380(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 117/27)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0854),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 322 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0433/2020),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Frar 2021 (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Frar 2021 (2),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Marzu 2021 (3),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Ġunju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, maqbula fil-laqgħa speċjali tiegħu ta' bejn is-17 u l-21 ta' Lulju 2020, li jipprevedu l-istabbiliment ta' Riżerva ta' Aġġustament speċjali ġdida għall-Brexit,

—

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012,

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għas-Sajd,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0178/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 101, 23.3.2021, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 30.4.2021, p. 52.

(3)  ĠU C 175, 7.5.2021, p. 69.


P9_TC1-COD(2020)0380

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta 'Aġġustament għall-Brexit

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1755.)