European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5156

6.10.2026

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12548 – VITAMIN WELL GROUP / EMPWR NUTRITION GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/5156)

1.   

Fil-25 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Vital Bidco AB (“Vital”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn Cinven Limited (ir-Renju Unit),

—

EMPWR Nutrition Group (“EMPWR”, il-Belġju), ikkontrollat minn Waterland Private Equity Investments B.V. (il-Belġju).

Vitol se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ EMPWR kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Vital hija kumpanija azzjonarja u parti mill-Vitamin Well Group, li hija kumpanija tal-ikel u x-xorb funzjonali li tikkummerċjalizza u tbigħ snack bars tal-proteini, xarbiet funzjonali u xarbiet enerġetiċi, kif ukoll shakes u xarbiet b’livell għoli ta’ proteini lesti biex jinxtorbu fiż-ŻEE u globalment,

—

EMPWR hija żviluppatur attiv globalment u manifattur b’kuntratt ta’ snack bars funzjonali għas-sidien tad-ditti u għall-bejjiegħa bl-imnut.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12548 — VITAMIN WELL GROUP / EMPWR NUTRITION GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5156/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)