|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/766 |
16.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/766
tat-8 ta’ April 2026
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis u mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu rispettivament, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. Dan japplika mill-20 ta’ April 2021 u jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali biex ikopri r-regoli tal-Unjoni mħassra u sostitwiti minnu. F’dak ir-rigward, l-Artikolu 270(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 iħassar, inter alia, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi, u l-Artikolu 277 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li r-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jkompli japplika sal-21 ta’ April 2026 fir-rigward tal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi, minflok il-Parti VI tar-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 (4) ġew adottati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis fil-klieb maħsuba għall-movimenti mhux kummerċjali fit-territorju jew f’partijiet mit-territorju ta’ ċerti Stati Membri, inkluż r-regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri, sabiex jiġi evitat li l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis tinfirex lejn partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala ħielsa minn dik il-marda. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878 jelenka l-Istati Membri, jew il-partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis fil-klieb. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard elenkat, iddefinit fl-Artikolu 4, il-punt 18, tiegħu u msemmi fl-Artikolu 5(1) tiegħu, u jispeċifika kif dawk ir-regoli jridu jiġu applikati għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll l-approvazzjoni jew l-irtirar mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tiegħu. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu l-programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b), tiegħu u l-programmi tal-eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (c), tiegħu, u li l-Kummissjoni tapprova dawn il-programmi. |
|
(4) |
L-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis hija marda elenkata u, f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, hija marda ta’ rilevanza għal xi Stati Membri, li għaliha huma meħtieġa miżuri tas-saħħa tal-annimali biex jiġi evitat li tinxtered lejn partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa minn dik il-marda. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (5) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429, u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom. |
|
(6) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 reċentement ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/134 (6) biex jipprovdi regoli dettaljati dwar is-sorveljanza, inklużi l-metodi dijanjostiċi, u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Echinococcus multilocularis u għaż-żamma ta’ tali status ta’ ħelsien mill-mard. |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, kif emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2026/134, jistabbilixxi l-miżuri għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard eżistenti fir-rigward tal-mard tal-annimali elenkat, inkluż għall-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis b’referenza għall-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi status approvat ta’ ħelsien minn dik il-marda elenkata mogħti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Peress li ċerti Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis u ġew elenkati kif xieraq fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878, jenħtieġ li jiġi żgurat ukoll li l-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi status approvat ta’ ħelsien mill-mard qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/689 jitqiesu li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard approvat f’konformità ma’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (7) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard elenkat, imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, tal-annimali, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod partikolari, dan jelenka fl-Annessi tiegħu l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom bl-istatus approvat ta’ ħelsien mill-mard, u bil-programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi approvati eżistenti. Minħabba l-emendi reċenti tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 bir-Regolament Delegat (UE) 2026/134 fir-rigward tar-regoli dwar l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis, jixraq li jiddaħħal Artikolu 19a ġdid fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 dwar l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis, u Anness XIX ġdid li jelenka l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Peress li l-emendi li saru lir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 bir-Regolament Delegat (UE) 2026/134 japplikaw mit-22 ta’ April 2026, l-emendi li saru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 b’dan ir-Regolament dwar l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis jenħtieġ li japplikaw ukoll minn dik id-data. |
|
(11) |
Barra minn hekk, peress li l-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878 qed jiġu sostitwiti bil-listi stabbiliti fl-Anness XIX il-ġdid tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, minħabba l-emendi li saru b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878 jitħassar. |
|
(12) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jipprevedi li l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) għandhom jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/293 (8) emenda t-tabella stabbilita fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, billi elenka diversi żoni fil-Polonja bħala żoni mingħajr status ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV. Madankollu, issa nstab żball peress li dawn iż-żoni għadhom jikkonformaw mal-kriterji biex jinżamm l-istatus ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV. Għalhekk jeħtieġ li l-entrata għall-Polonja fil-Parti I tal-Anness VIII tiġi kkoreġuta kif xieraq. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jenħtieġ li jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu 19a li ġej: “Artikolu 19a Infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis għandhom jiġu elenkati fl-Anness XIX.” |
|
(2) |
jiżdied Anness XIX ġdid f’konformità mal-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620
Il-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huwa kkoreġut f’konformità mal-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/878
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 jitħassar.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1 u 3 għandhom japplikaw mit-22 ta’ April 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/576/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1152/2011 (ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/772/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta’ Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/878/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/134 tal-20 ta’ Jannar 2026 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard minn infestazzjoni ta’ Echinococcus multilocularis (ĠU L, 2026/134, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/134/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/293 tad-9 ta’ Frar 2026 li jemenda l-Annessi I sa IV, VII, VIII, XI u XIII u li jikkoreġi l-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 fir-rigward tal-approvazzjoni jew tal-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri, żoni jew kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat (ĠU L, 2026/293, 10.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/293/oj).
ANNESS
PARTI A
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiżdied l-Anness XIX li ġej:
ANNESS XIX
INFESTAZZJONI BL-ECHINOCOCCUS MULTILOCULARIS
PARTI I
L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V, il-Parti V, it-Taqsima 2, il-punt (1), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689
|
Stat Membru |
Territorju |
|
Malta |
It-territorju kollu |
PARTI II
L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V, il-Parti V, it-Taqsima 2, il-punt (2), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689
|
Stat Membru (*1) |
Territorju |
|
Il-Finlandja |
It-territorju kollu |
|
L-Irlanda |
It-territorju kollu |
|
Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
L-Irlanda ta’ Fuq |
|
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
|
PARTI B
Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620
Fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, l-entrata għall-Polonja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Il-Polonja |
It-territorju kollu tal-Polonja ħlief:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/766/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)