02022R0095 — MT — 26.01.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/95

tal-24 ta’ Jannar 2022

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 016 25.1.2022, p. 36)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/674 tat-22 ta’ April 2022

  L 122

31

25.4.2022




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/95

tal-24 ta’ Jannar 2022

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

1.  
Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi u pajpijiet (għajr għal fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (eskluż l-azzar inossidabbli), b’dijametru estern massimu li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7307 93 11 , ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (kodiċi TARIC 7307931191 , 7307931193 , 7307931194 , 7307931195 , 7307931199 , 7307931991 , 7307931993 , 7307931994 , 7307931995 , 7307931999 , 7307998092 , 7307998093 , 7307998094 , 7307998095 u 7307998098 ) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2.  

Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:



Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju (%)

Kodiċijiet addizzjonali TARIC

Iċ-Ċina

Il-kumpaniji kollha

58,6

-

Artikolu 2

▼M1

1.  
Id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess fittings (attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet TARIC: 7307931191 ; 7307931991 ; 7307998092 ) ikkonsenjati mit-Tajwan (kodiċi addizzjonali TARIC A999), kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn Rigid Industries Co. Ltd, Kaohsiung (it-Tajwan) (kodiċi addizzjonali TARIC A099).

▼B

2.  
Id-dazju anti-dumping definittiv impost mill-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet (minbarra fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru estern li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 (il-kodiċi TARIC 7307931193 ), ex 7307 93 19 (il-kodiċi TARIC 7307931993 ), u ex 7307 99 80 (il-kodiċi TARIC 7307998093 ) ikkonsenjati mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indoneżja kif ukoll jekk le.
3.  
Id-dazju anti-dumping definittiv impost bl-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet (minbarra fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin) tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru estern li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 (il-kodiċi TARIC 7307931194 ), ex 7307 93 19 (il-kodiċi TARIC 7307931994 ), u ex 7307 99 80 (il-kodiċi TARIC 7307998094 ) ikkonsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le.
4.  
Id-dazju anti-dumping definittiv impost bl-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet (minbarra fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru estern li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 (il-kodiċi TARIC 7307931195 ), ex 7307 93 19 (il-kodiċi TARIC 7307931995 ), u ex 7307 99 80 (il-kodiċi TARIC 7307998095 ) ikkonsenjati mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Filippini kif ukoll jekk le.
5.  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.