Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 13 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il‑konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) - Transpożizzjoni inkompleta - Derogi - Rekwiżiti.
Dispożittiv
1) Ir-Repubblika Taljana għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi tar-Regione Lombardia Nru 24, tat-30 ta’ Lulju 2008, li tirregola s‑sistema ta’ deroga prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal‑Kunsill 79/409/KEE, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, b’applikazzjoni tal-Liġi Nru 221, tat-3 ta’ Ottubru 2002 (Disciplina del regime di deroga previsto dall’articolo 9 della Direttiva 79/409/CEE del Consiglio, del 2 aprile 1979, concernente la conservazione degli uccelli selvatici, in attuazione della legge 3 ottobre 2002, n. 221), kif emendata għall-istaġun tal-kaċċa 2009/2010 bil-Liġi tar-Regione Lombardia Nru 21, tas-16 ta’ Settembru 2009.
2) L-ispejjeż huma rriżervati.