Brussell, 16.3.2023

COM(2023) 150 final

2023/0080(BUD)

Proposta għal

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 1
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2023

Aġġustamenti tekniċi li jirriżultaw mill-ftehimiet politiċi milħuqa dwar diversi proposti leġiżlattivi, inkluż fir-rigward tar-REPowerEU, il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera u l-programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura


Wara li kkunsidrat:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,

–Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, kif adottat fit-23 ta’ Novembru 2022 3 ,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 1 tal-baġit tal-2023.

BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

It-tibdil fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima Individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

Werrej

1.    Introduzzjoni    

2.    REPowerEU    

3.    il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM)    

4.    Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura    

5.    Aġenziji deċentralizzati    

5.1    Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)    

5.2    L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)    

5.3    L-Aġenzija għal Appoġġ għall-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (l-Uffiċċju BEREC)    

5.4    L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)    

6.    Aġenziji eżekuttivi    

6.1    Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA)    

7.    Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (EDPS)    

8.    Kumpanija    

9.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    



MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Introduzzjoni

L-għan tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 1 għas-sena 2023 (ABE 1) huwa li jintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa għall-baġit tal-2023 li jirriżultaw mill-ftehimiet politiċi li ntlaħqu dwar diversi proposti leġiżlattivi, b’mod partikolari fir-rigward tar-REPowerEU, il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) u l-programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura.

B’mod partikolari, l-ABE 1 ikopri l-elementi li ġejjin:

·aġġustament tan-nomenklatura baġitarja u rimarki wara l-adozzjoni tal-pjan REPowerEU 4 u tar-Regolament 5 b’emendi mmirati għar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) 6 , id-Direttiva dwar l-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) 7 kif ukoll ir-Regolament dwar ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (RAB) 8 ;

·it-trasferiment tal-linja operazzjonali tas-CBAM mill-intestatura 1 għall-intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), f’konformità mal-ftehim finali li ntlaħaq f’Diċembru 2022 mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar l-istabbiliment tas-CBAM, filwaqt li jiġu aġġustati l-approprjazzjonijiet tal-persunal u approprjazzjonijiet amministrattivi oħra taħt l-intestatura 7 skont id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva (LFS) riveduta;

·it-tisħiħ tal-programm ta’ Konnettività Sigura Spazjali għal ammont ta’ EUR 50 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, sabiex jitlesta l-finanzjament tal-programm għall-perjodu sa tmiem l-2027 9 ;

·l-aġġustament tal-kontribuzzjoni tal-UE u/jew tal-għadd tal-persunal tal-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA), tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), tal-Aġenzija għall-appoġġ tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) biex jitqiesu l-bidliet fil-mandati tagħhom;

·l-aġġustament tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA) biex titqies bidla minuri fl-istruttura tal-persunal tal-aġenzija eżekuttiva;

·żieda fil-livell ta’ approprjazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) biex jiġu ffinanzjati tariffi legali wara żieda ta’ kawżi ta’ litigazzjoni relatati mal-applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 10 .

B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 1 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 52,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn. Ma tintalab l-ebda approprjazzjoni ta’ pagament addizzjonali.

2.REPowerEU

Il-kuntest ġeopolitiku nbidel b’mod konsiderevoli mill-adozzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“RRF”) 11 . Biex tindirizza sfidi ġodda, fit-18 ta’ Mejju 2022 il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ il-qawwa tal-RRF permezz tal-pjan REPowerEU.

Ir-Regolament 12 dwar il-ħolqien ta’ kapitoli ddedikati tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jiddefinixxi objettivi speċifiċi tar-REPowerEU li jenħtieġ li jiġu indirizzati mill-investimenti u r-riformi li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRPs”) eżistenti. Barra minn hekk, ir-Regolament jipprevedi sorsi addizzjonali ta’ finanzjament iddedikat għall-finanzjament tal-miżuri rilevanti. Dan jinkludi dħul addizzjonali mill-irkant ta’ kwoti mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE kif ukoll minn trasferimenti volontarji mir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (RAB). L-appoġġ finanzjarju addizzjonali relatat mal-kapitoli tar-REPowerEU se jiġi żborżat flimkien mal-bqija tal-kontribuzzjoni finanzjarja inizjali tal-RRF u, fejn applikabbli, mal-appoġġ fil-forma ta’ self skont skeda komuni ta’ pagamenti parzjali.

Fl-1 ta’ Frar 2023 13 , il-Kummissjoni ppubblikat gwida ġdida dwar il-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza. Sabiex tiġi żgurata introduzzjoni rapida tal-miżuri REPowerEU, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jissottomettu l-RPPs modifikati tagħhom li jinkludu l-kapitoli tar-REPowerEU sat-30 ta’ April 2023. Dan huwa qabel l-iskadenza legali tal-31 ta’ Awwissu 2023, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-iskadenza biex jiġu impenjati l-ammonti disponibbli taħt it30 % li jifdal tal-allokazzjoni tal-għotja hija tmiem l-2023. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel l-impenji baġitarji fil-ħin mal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni tipproponi li tagħmel l-aġġustamenti addizzjonali kollha meħtieġa għan-nomenklatura tal-baġit u r-rimarki tal-baġit fl-ABE 1. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li toħloq linja baġitarja ġdida 16 02 04 “Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza — Kontribuzzjoni mir-RAB” kif ġej:

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

16 02 04

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza -Kontribuzzjoni mir-RAB

p.m.

p.m.

Totali    

p.m.

p.m.

Barra minn hekk, huwa propost li titħassar il-linja baġitarja 08 03 05 “Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza - Kontribuzzjoni mill-FAEŻR” u li jiġu inklużi stimi fir-rigward tal-finanzjament addizzjonali mir-REPowerEU ETS għall-baġit Kapitolu 06 02 – Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u Strument ta’ Appoġġ Tekniku.

Ir-rimarki korrispondenti tal-baġit huma stabbiliti fl-anness baġitarju.

3.il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM)

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) 14 kienet ibbażata fuq mudell ta’ governanza deċentralizzata b’involviment sostanzjali tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu. Kif stabbilit fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva oriġinali (LFS) li takkumpanja l-proposta, dan kien ikun jeħtieġ l-iżvilupp ta’ sistema tal-IT relattivament modesta (li l-Kummissjoni pproponiet li tiffinanzja fl-Abbozz ta’ Baġit 2023 taħt l-intestatura operattiva 1 Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali) u riżorsi umani limitati fil-Kummissjoni (massimu ta’ tmien karigi fil-pjan ta’ stabbiliment b’ritmu normali sħiħ, li għandhom jiġu ffinanzjati taħt l-intestatura 7 Amministrazzjoni Pubblika Ewropea).

Madankollu, il-ftehim finali li ntlaħaq mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f’Diċembru 2022 dwar l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu huwa bbażat fuq mudell ta’ governanza ċentralizzata, li jirrikjedi involviment qawwi tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ sistema tal-IT sostanzjali. Fl-istess ħin, il-koleġiżlaturi ma żammewx l-għażla li jiffinanzjaw is-CBAM minn dħul assenjat estern li jakkumula mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Għalhekk, iż-żieda fil-kostijiet għas-sistema tal-IT se jkollha tiġi ffinanzjata mill-marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 3 (Riżorsi Naturali u Ambjent), filwaqt li l-persunal addizzjonali tal-Kummissjoni se jkollu jiġi ffinanzjat taħt l-intestatura 7.

Fl-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni bagħtet LFS rivedut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistabbilixxi l-impatt baġitarju tal-mudell il-ġdid ta’ governanza li jkopri l-perjodu 2023-2027. Il-Kummissjoni tipproponi li tinkludi l-impatt għas-sena finanzjarja 2023 fl-ABE 1, b’xi tnaqqis żgħir ta’ approprjazzjonijiet meta mqabbel mal-istimi fl-LFS rivedut għall-2023. B’mod partikolari, minħabba l-ħtieġa li jiġu aċċellerati t-tħejjijiet għall-ħolqien tas-sistema tal-IT, il-Kummissjoni setgħet tkopri EUR 7,7 miljun tal-ħtiġijiet tas-CBAM identifikati fl-LFS rivedut permezz ta’ approprjazzjonijiet disponibbli taħt il-programmi Dwana u Fiscalis fl-2023.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li tinħoloq linja baġitarja ġdida għas-CBAM fl-intestatura 3 b’livell ta’ EUR 4,1 miljun rispettivament f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament u li titħassar il-linja baġitarja eżistenti fl-intestatura 1, filwaqt li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet mal-marġni korrispondenti taħt l-intestatura 1, kif ġej:

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 20 03 02)

-2 250 000

-2 250 000

09 20 04 01

Il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri

4 150 000

1 565 679

Totali    

1 900 000

-684 321

Fir-rigward tal-persunal, il-Kummissjoni kienet kompletament lesta li tindirizza l-ħtiġijiet inizjali ta’ persunal sa tmien karigi taħt il-mudell ta’ governanza deċentralizzata permezz ta’ riallokazzjoni u prijoritizzazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi fi ħdan l-istituzzjoni, f’konformità mal-politika ta’ persunal stabbli li l-Kummissjoni implimentat mill-bidu tal-QFP attwali. Madankollu, huwa stmat li se jkunu meħtieġa 90 membru tal-persunal biex tiġi żgurata l-ġestjoni ċentralizzata tas-CBAM b’veloċità kostanti sħiħa, li minnhom 16 kariga u erba’ membri tal-persunal estern fl-2023. Barra minn hekk, minħabba li l-Kummissjoni ssodisfat il-ħtiġijiet ta’ oqsma ta’ prijorità oħra fi ħdan il-politika stabbli tagħha dwar il-persunal matul dawn l-aħħar snin, bħar-rispons għall-COVID-19, il-kriżi tal-enerġija u l-ħidma estensiva fir-rigward tal-Ukrajna, mhuwiex possibbli li jinstab għadd kbir ta’ persunal bħal dan permezz ta’ riallokazzjoni, mingħajr ma jiġu pperikolati attivitajiet kritiċi oħra li għaddejjin bħalissa. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni unilaterali dwar il-finanzjament tar-riżorsi umani għas-CBAM fl-1 ta’ Frar 2023:

Il-Kummissjoni tfakkar li l-ftehim finali li ntlaħaq mill-koleġiżlaturi dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) evolva b’mod sinifikanti f’termini ta’ riżorsi umani meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni, meta mqabbel mad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta oriġinali (COM(2021) 564 final tal-14.07.2021), li kienet ibbażata fuq mudell deċentralizzat ta’ implimentazzjoni.

Ir-riżorsi umani addizzjonali tal-Kummissjoni meħtieġa mill-ftehim finali approvat mill-koleġiżlaturi mhux se jippermettu li l-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju ta’ persunal stabbli u se jirrikjedu riżorsi addizzjonali, li għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali flimkien mal-approprjazzjonijiet baġitarji relatati.

Mingħajr mezzi addizzjonali, bħad-dħul assenjat estern li jakkumula mill-ETS, mhuwiex faċli li jinstabu opzjonijiet biex jiġu ffinanzjati l-kostijiet amministrattivi meħtieġa (il-persunal u l-IT) tas-CBAM. L-intestatura 7 Amministrazzjoni Pubblika Ewropea tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 issejset fuq il-prinċipju ta’ persunal stabbli, u ma hemmx marġni għall-finanzjament ta’ uffiċjali addizzjonali.

Fil-prinċipju, il-marġni fl-Intestatura 3 Riżorsi naturali u Ambjent jista’ jakkomoda n-nefqa relatata mal-IT, soġġett għal-limiti tiegħu. It-tnaqqis tad-disponibbiltajiet fil-qafas tal-intestatura se jillimita il-kapaċità tal-baġit tal-UE biex jiffinanzja prijoritajiet politiċi ġodda.”

Huwa f’dan l-isfond li l-Kummissjoni issa qed titlob 16 post addizzjonali fil-pjan ta’ stabbiliment operattiv tagħha u erba’ aġenti kuntrattwali fl-2023, kif ukoll ammont korrispondenti ta’ EUR 1,5 miljun biex tiġi koperta n-nefqa amministrattiva relatata fl-intestatura 7, jekk wieħed jassumi reklutaġġ fuq medja ta’ nofs is-sena.

Dan il-persunal addizzjonali se jkun qed iwettaq kompiti marbuta kemm mal-implimentazzjoni tas-CBAM kif ukoll mal-proġett tal-IT. Bħala tali, 12 kariga AD se jindirizzaw l-ammont ta’ xogħol tal-2023 relatat ma’ diversi atti delegati u ta’ implimentazzjoni, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati, is-sorveljanza tar-responsabbiltà finanzjarja u l-kuntratti u r-rapporti. Il-persunal tal-Kummissjoni se jkun meħtieġ ukoll jirrieżamina u jivvaluta l-funzjonament tas-sistema tas-CBAM u jimplimenta s-sistema tal-IT. Barra minn hekk, l-importanza strateġika, il-kobor u l-kumplessità tal-proġett tal-IT tas-CBAM jeħtieġu tim tal-IT iddedikat tas-CBAM stmat għal total ta’ 15 FTE għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni u l-operazzjonijiet ġenerali tal-proġett. Il-Kummissjoni diġà qassmet mill-ġdid internament seba’ FTEs għal dan l-għan. Tmien FTEs oħra, li minnhom erba’ karigi AD u erba’ aġenti kuntrattwali, huma għalhekk meħtieġa fl-2023.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

20 01 02 01

Rimunerazzjoni u gratifiki — Kwartieri u uffiċċji ta’ Rappreżentanza

764 000

764 000

20 01 02 02

Spejjeż u gratifiki konnessi mar-reklutaġġ, trasferimenti u terminazzjoni tas-servizz — Kwartieri u uffiċċji ta’ Rappreżentanza

181 000

181 000

20 02 01 01

Persunal bil-Kuntratt

122 591

122 591

20 02 06 01

Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet

75 000

75 000

20 02 06 02

Laqgħat, gruppi ta’ esperti u spejjeż tal-konferenzi

 200 000

 200 000

20 02 06 03

Laqgħat tal-kumitati

27 000 

27 000 

20 02 06 04

Studji u konsultazzjonijiet

 100 000

 100 000

Totali    

1 469 591

1 469 591

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa ppreżentat fl-anness baġitarju.

4.Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura

Fit-trilogu finali tat-23 ta’ Novembru 2022, il-koleġiżlaturi qablu li jżidu l-finanzjament tal-inizjattiva tal-Unjoni għal Konnettività Sigura b’EUR 50 miljun mill-marġni mhux allokat taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-Intestatura 1. Sabiex jiġi implimentat dan il-ftehim, il-Kummissjoni tipproponi li fl-ABE 1 jiġi inkluż ammont ta’ EUR 50 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li se jikkontribwixxu għat-tnedija ta’ proċeduri ta’ akkwist fl-2023. Il-livell attwali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2023 huwa meqjus suffiċjenti biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ pagament ta’ din is-sena.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

04 03 01

Konnettività Sigura tal-Unjoni — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 1

50 000 000

0

Totali    

50 000 000

0

5.Aġenziji deċentralizzati

5.1    Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)

Il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita l-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) 15 ipprevediet il-bidu tal-attivitajiet fl-2023. Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont previst ta’ EUR 1 085 270 għall-2023 iddaħħal fir-riżerva (it-titolu tal- “provvedimenti”). Madankollu, minħabba negozjati itwal dwar il-proposta, l-attivitajiet mhux se jibdew fl-2023 u għalhekk l-ammont fir-riżerva jista’ jiġi kkanċellat. Il-marġini fl-intestatura 1 ser jiżdied b’mod korrispondenti.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 10 05)

- 1 085 270

- 1 085 270

Totali    

- 1 085 270

- 1 085 270

5.2    L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

Il-mandat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) huwa propost li jiġi estiż biż-żewġ inizjattivi ġodda li ġejjin.

L-ewwel nett, ir-Regolament tal-Kunsill li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, skambji tal-gass bejn il-fruntieri u kompiti affidabbli ta’ parametri referenzjarji tal-prezzijiet 16 tal-ACER bil-ħolqien ta’ għodda oġġettiva għall-valutazzjoni tal-prezzijiet, u maż-żmien punt ta’ riferiment, tal-importazzjonijiet tal-LNG tal-UE billi tinġabar informazzjoni f’ħin reali dwar it-tranżazzjonijiet kollha ta’ kuljum. Sabiex l-aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompiti l-ġodda tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li żżid il-kontribuzzjoni tal-UE lill-ACER b’EUR 1,83 miljun fl-2023. Dan jinkludi l-finanzjament ta’ ħames karigi addizzjonali fil-pjan ta’ stabbiliment tal-aġenzija. Iż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-ACER hija proposta li tiġi kkumpensata mill-programm FNE-Enerġija.

It-tieni nett, ir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq biex jipproteġi liċ-ċittadini u l-ekonomija kontra prezzijiet eċċessivament għoljin 17 jipprevedi li l-ACER ser teżerċita appoġġ fil-monitoraġġ, l-attivazzjoni u s-sospensjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq. Dan jinvolvi kompiti addizzjonali inkluż fir-rigward tal-funzjonament tas-swieq tal-komoditajiet u s-sigurtà tal-provvista, li bħalissa mhumiex parti mir-rwol tal-Kummissjoni. Sabiex l-aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompiti l-ġodda tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li żżid il-kontribuzzjoni tal-UE lill-ACER b’EUR 942 000 fl-2023. Dan jinkludi l-finanzjament ta’ sitt karigi addizzjonali fil-pjan ta’ stabbiliment tal-aġenzija. Iż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-ACER hija proposta li tiġi kkumpensata mill-programm FNE-Enerġija.

L-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

02 10 06

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

2 772 000

2 772 000

02 03 02

FNE Enerġija

- 2 772 000

- 2 772 000

Totali    

0

0

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa ppreżentat fl-anness baġitarju.

5.3    L-Aġenzija għal Appoġġ għall-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (l-Uffiċċju BEREC)

Wara d-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom l-Aġenzija għall-appoġġ tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (l-Uffiċċju BEREC) biex jalloka għadd suffiċjenti ta’ karigi ta’ aġenti temporanji għall-funzjonijiet ewlenin ta’ ġestjoni u amministrattivi tiegħu, il-Kummissjoni tipproponi li żżid kariga waħda fil-pjan ta’ stabbiliment. Il-kariga ta’ stabbiliment addizzjonali se tiġi ffinanzjata fi ħdan il-kontribuzzjoni eżistenti tal-UE.

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa ppreżentat fl-anness baġitarju.

5.4    L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji 18 pproponiet li jiġu assenjati kompiti ġodda lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – Direttivi ambjentali u konvenzjonijiet internazzjonali (ECHA), li kienet mistennija tirrikjedi ammont ta’ EUR 602 000 fl-2023, ikkumpensat mill-programm LIFE. Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, dan l-ammont iddaħħal fir-riżerva (it-titolu tal-“provvedimenti”). Madankollu, wara ċ-ċirkolazzjoni ta’ LFS rivedut, l-impatt finanzjarju korrispondenti ġie pospost għall-2024. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tirritorna l-allokazzjoni tal-2023 għall-programm LIFE kif ġej:

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 09 10 01)

- 602 000

- 602 000

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

602 000

602 000

Totali    

0

0

6.Aġenziji eżekuttivi

6.1    Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA)

Il-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA) jeħtieġ li jiġi emendat biex jakkomoda bidla fl-istruttura tal-persunal fl-aġenzija. Għalhekk qed jintalab aġġornament baġitarju newtrali ta’ kariga AST waħda f’kariga AD waħda, mingħajr ebda impatt fuq in-nefqa amministrattiva tal-aġenzija għall-2023.

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa ppreżentat fl-anness baġitarju.

7.Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Ir-rwol tal-KEPD fl-applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 19 jeħtieġ tisħiħ tal-baġit tiegħu b’EUR 300 000, sabiex jiffinanzja tariffi legali wara żieda ta’ kawżi ta’ litigazzjoni.

Peress li l-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data (DPA) qed jiżviluppaw l-attivitajiet ta’ infurzar tagħhom, aktar tilwim jeħtieġ intervent mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EPDB), responsabbiltà unika fix-xenarju tal-governanza regolatorja diġitali tal-UE. Id-deċiżjonijiet vinkolanti tal-EDPB għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tal-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-GDPR mill-Awtoritajiet Superviżorji nazzjonali. Deċiżjonijiet vinkolanti jindirizzaw kwistjonijiet transfruntiera fuq skala kbira, u ġeneralment jindirizzaw suġġetti kumplessi fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa minn atturi ewlenin. Għaldaqstant, dawn huma kkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali. L-azzjonijiet mill-kontrollur fil-mira tal-investigazzjoni jitqiesu inammissibbli wara l-ordni tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-709/21 WhatsApp vs EDPB. Madankollu, dak id-digriet bħalissa jinsab taħt appell, li jfisser li l-eżenzjoni tal-EDPB minn dak il-fluss ta’ litigazzjoni għadha mhijiex finali u se tiddependi fuq jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hijiex se tikkonferma l-ordni tal-Qorti Ġenerali.

Dalwaqt se jitnedew aktar azzjonijiet u sa Marzu 2023, l-EDPB se jkollu jittratta disa’ każijiet ta’ litigazzjoni b’mod parallel. Is-sottomissjonijiet għall-proċedimenti tal-EDPB jeħtieġu assistenza minn ditta legali peress li ġeneralment jindirizzaw kwistjonijiet legali ġodda u/jew kumplessi dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u tal-GDPR li jirrikjedu parti mill-ħidma ta’ litigazzjoni. Il-livell totali ta’ approprjazzjonijiet meħtieġa għall-appoġġ legali fl-2023 huwa stmat għal EUR 600 000. Wara valutazzjoni bir-reqqa tal-ispazju għal riallokazzjoni interna fi ħdan it-Titolu 3 tal-baġit tal-KEPD, EUR 150 000 jistgħu jiġu riallokati minn linji baġitarji oħra. Għalhekk, kif ukoll meta jitqies il-livell inizjali ta’ approprjazzjonijiet ta’ EUR 150 000 disponibbli fuq il-linja baġitarja korrispondenti, huwa propost li jiżdied il-livell ta’ approprjazzjonijiet għal dan l-għan b’EUR 300 000.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

3 0 4 5

Konsulenza u studji esterni

300 000

300 000

Totali    

300 000

300 000

8.Kumpanija

B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 1 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 52,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn. Ma tintalab l-ebda approprjazzjoni ta’ pagament addizzjonali.



9.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

F’EUR

 

Baġit 2023

Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2023

Baġit 2023 (inkluż ABE 1/2023)

CA

PA

CA

PA

CA

PA

1.

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

21 548 391 859

20 901 427 344

46 664 730

-3 335 270

21 595 056 589

20 898 092 074

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

21 727 000 000

 

 

 

21 727 000 000

 

 

Marġni

178 608 141

 

-46 664 730

 

131 943 411

 

2.

Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

70 586 704 063

58 058 661 399

 

 

70 586 704 063

58 058 661 399

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

182 220 073

 

 

 

182 220 073

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

280 000 000

 

 

 

280 000 000

 

 

Limitu

70 137 000 000

 

 

 

70 137 000 000

 

 

Marġni

12 516 010

 

 

 

12 516 010

 

2a.

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

62 926 483 990

50 874 959 229

 

 

62 926 483 990

50 874 959 229

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

62 939 000 000

 

 

 

62 939 000 000

 

 

Marġni

12 516 010

 

 

 

12 516 010

 

2b.

Reżiljenza u valuri

7 660 220 073

7 183 702 170

 

 

7 660 220 073

7 183 702 170

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

182 220 073

 

 

 

182 220 073

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

280 000 000

 

 

 

280 000 000

 

 

Limitu

7 198 000 000

 

 

 

7 198 000 000

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

3.

Riżorsi Naturali u Ambjent

57 259 258 225

57 455 744 586

4 150 000

1 565 679

57 263 408 225

57 457 310 265

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

57 295 000 000

 

 

 

57 295 000 000

 

 

Marġni

35 741 775

 

-4 150 000

 

31 591 775

 

 

Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

40 692 211

40 698 181 356

 

 

40 692 211

40 698 181 356

 

Sottolimitu tal-FAEG

41 518 000 000

 

 

 

41 518 000 000

 

 

Arrotondament tad-differenza eskluża għall-kalkolu tas-sottomarġni

800 000

 

 

 

800 000

 

 

Trasferimenti netti bejn il-FAEG u l-FAEŻR

-825 800 000

 

 

 

-825 800 000

 

 

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sottolimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR)

40 693 000 000

 

 

 

40 693 000 000

 

 

Sottomarġni tal-FAEG

789 000

 

 

 

789 000

 

4.

Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

3 727 311 518

3 038 380 252

 

 

3 727 311 518

3 038 380 252

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

3 814 000 000

 

 

 

3 814 000 000

 

 

Marġni

86 688 482

 

 

 

86 688 482

 

5.

Sigurtà u Difiża

2 116 636 829

1 208 374 612

 

 

2 116 636 829

1 208 374 612

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

170 636 829

 

 

 

170 636 829

 

 

Limitu

1 946 000 000

 

 

 

1 946 000 000

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

6.

Viċinat u d-Dinja

17 211 879 478

13 994 937 845

 

 

17 211 879 478

13 994 937 845

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

882 879 478

 

 

 

882 879 478

 

 

Limitu

16 329 000 000

 

 

 

16 329 000 000

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

7.

Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

11 311 349 927

11 311 349 927

1 769 591

1 769 591

11 313 119 518

11 313 119 518

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

 

 

 

 

 

 

 

Limitu

11 419 000 000

 

 

 

11 419 000 000

 

 

Marġni

107 650 073

 

-1 769 591

 

105 880 482

 

 

li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

8 743 830 451

8 743 830 451

1 769 591

1 769 591

8 745 600 042

8 745 600 042

 

Sottolimitu

8 772 000 000

 

 

 

8 772 000 000

 

 

Sottomarġni

28 169 549

 

-1 769 591

 

26 399 958

 

Approprjazzjonijiet għall-intestaturi

183 761 531 899

165 968 875 965

52 584 321

0

183 814 116 220

165 968 875 965

 

Limitu

182 667 000 000

168 575 000 000

 

 

182 667 000 000

168 575 000 000

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

1 235 736 380

948 114 733

 

 

1 235 736 380

948 114 733

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)

280 000 000

 

 

 

280 000 000

 

 

Marġni

421 204 481

3 554 238 768

-52 584 321

0

368 620 160

3 554 238 768

 

Strumenti speċjali tematiċi

2 855 153 029

2 679 794 000

 

 

2 855 153 029

2 679 794 000

Total tal-approprjazzjonijiet

186 616 684 928

168 648 669 965

52 584 321

0

186 669 269 249

168 648 669 965

(1)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom, ĠU L 424, 15.12.2020.
(2)      Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018.
(3)      ĠU L 58, 23.2.2023.
(4)      COM(2022) 230, tat-18.5.2022.
(5)      COM(2022) 231, tat-18.5.2022.
(6)      ĠU L 57, 18.2.2021.
(7)      Id-Direttiva 2003/87/KE.
(8)      ĠU L 357, 8.10.2021.
(9)      COM(2022) 57, tal-15.2.2022.
(10)      ĠU L 119, 4.5.2016.
(11)      ĠU L 57, 18.2.2021.
(12)      COM(2022) 230, tal-18.5.2022.
(13)      C(2023)876 Anness.
(14)      COM(2021) 564, tal-14.7.2021.
(15)      COM(2021) 421, tal-20.07.2021.
(16)      ĠU L 335, 29.12.2022, p. 1-35.
(17)      ĠU L 335, 29.12.2022, p. 45-60.
(18)      COM(2020) 798, tal-10.12.2020.
(19)      ĠU L 119, 4.5.2016.