Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens tal-Artikolu 238 KE, intiża sabiex New Acoustic Music Association u A. Hildur Hildibrandsdottir jiġu kkundannati jħallsu lura lilha parti mis-somma mħallsa bil-quddiem kif ukoll l-interessi moratorji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2003-1895/001-001, għall-implementazzjoni tal-proġett “CLT2003/A1/GB-317 - European Music Roadwork”, fil-kuntest tal-programm-qafas “Culture 2000”, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 508/2000/KE, tal-14 ta’ Frar 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, P. 97).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa inammissibli sa fejn huwa dirett kontra New Acoustic Music Association.
2) A. Hildur Hildibrandsdottir, bħala membru tal-partenarjat New Acoustic Music Association, hija kkundannata tħallas lura, lill-Kummissjoni Ewropea, is-somma ta’ EUR 31 136.23, flimkien mal-interessi moratorji b’rata ta’ 7.7 % fis-sena, mill-4 ta’ Jannar 2008 sakemm id-dejn jitħallas lura kompletament.
3) A. Hildur Hildibrandsdottir hija kkundannata għall-ispejjeż.
4) It-talba għal għajnuna legali ta’ A. Hildur Hildibrandsdottir hija miċħuda.