|
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta' Settembru 2009
li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-bixafen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6771)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/700/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. |
|
(2) |
Tressaq dossier għas-sustanza attiva bixafen minn Bayer CropScience lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-8 ta' Ottubru 2008 b'applikazzjoni għall-kisba tal-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq investigazzjoni preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl sussegwentement intbagħat mill-applikant rispettiv lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u tressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
|
(4) |
Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell Komunitarju li l-fajl meqjus li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun ta’ ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq dejta jew informazzjoni ulterjuri biex jiċċara ċerti punti fil-fajl. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bla ħsara għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II għal dik id-Direttiva.
Il-fajl jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stabbiliti fl-Anness III għal dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jqis l-użi proposti.
Artikolu 2
L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall id-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kondizzjoni għal dik l-inklużjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn perjodu ta' sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI
|
Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC |
Applikant |
Data tal-applikazzjoni |
Stat Membru Relatur |
|
Bixafen Nru-CIPAC: għadu ma ngħatax |
Bayer CropScience |
8 ta' Ottubru 2008 |
UK |