|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4690 |
22.8.2025 |
SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Ġunju 2025
dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(KAŻ AT.40795 — FOOD DELIVERY SERVICES)
(notifikat permezz tad-dokument numru C(2025) 3304 final)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4690)
Fit-2 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem it-“Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE inkluż no-poach, l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva u l-kondiviżjoni tas-suq fis-settur tal-ordnar online u l-konsenja ta’ ikliet, merċa u prodotti oħra fiż-ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet legali li ġejjin (imsejħin kollettivament “destinatarji” jew individwalment “destinatarju”): Delivery Hero SE (“Delivery Hero”), u Glovoapp23 SA (“Glovo”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(3) |
Id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tikkonċerna każ ex officio skattat minn informazzjoni tas-suq riċevuta minn diversi sorsi. Il-Kummissjoni wettqet żewġ settijiet ta’ spezzjonijiet għal għarrieda. L-ewwel spezzjoni saret f’Ġunju-Lulju 2022 f’Berlin (għal Delivery Hero) u Barċellona (għal Glovo), liema spezzjoni kompliet f’Ottubru 2022, u t-tieni f’Novembru 2023 fl-istess binjiet. |
|
(4) |
Fit-22 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti kontra Delivery Hero u Glovo skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2) u l-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 u d-destinatarji talbu l-bidu ta’ diskussjonijiet ta’ riżolviment. Id-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment saru mill-ħarifa tal-2024 sar-rebbiegħa tal-2025. Id-destinatarji mbagħad ippreżentaw it-talba formali tagħhom għal riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament Nru 773/2004 (is-“sottomissjoni għar-riżolviment”). |
|
(5) |
Aktar tard, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (id-“DO”) indirizzata lil Delivery Hero u Glover. Id-destinatarji wieġbu għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet billi kkonfermaw li kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li kienu għadhom impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ riżolviment. |
|
(6) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-26 ta’ Mejju 2025. |
|
(7) |
Fis-26 ta’ Mejju 2025, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ rapport finali. |
2.2. Sommarju tal-ksur
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda każijiet ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, inkluż: (1) ftehim/prattika miftiehma biex ma jiġux avviċinati l-impjegati ta’ xulxin; (2) ftehim/prattika miftiehma biex jiskambjaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva; u (3) ftehim/prattika miftiehma ta’ qsim tas-suq. Il-kartell kopra ż-ŻEE kollha. |
|
(9) |
Fis-17 ta’ Lulju 2018, Delivery Hero akkwistat sehem minoritarju mingħajr kontroll fi Glovo. Dan l-investiment inizjali kien segwit minn ċikli addizzjonali ta’ investimenti minoritarji mingħajr kontroll bejn l-2018 u l-2021. Finalment, fl-4 ta’ Lulju 2022, Delivery Hero ħabbret l-akkwist tal-kontroll esklużiv fuq Glovo. Filwaqt li parteċipazzjoni inkroċjata bejn impriżi kompetituri ma hijiex illegali fiha nnifisha skont id-dritt tal-Unjoni, id-destinatarji użaw ir-relazzjoni azzjonarja biex tkun possibbli l-imġiba taħt investigazzjoni. |
|
(10) |
Minn Lulju 2018, id-destinatarji qablu dwar klawżoli de facto reċiproċi ta’ ebda ingaġġ inklużi fil-ftehimiet azzjonarji tagħhom konklużi fil-kuntest tal-investimenti mingħajr kontroll ta’ Delivery Hero fi Glovo. Dawn il-klawżoli kienu limitati għal impjegati ewlenin/maniġerjali, kellhom durata bla limitu u kienu japplikaw fiż-ŻEE kollha. Il-klawżoli ma ssodisfawx ir-rekwiżiti biex jikkwalifikaw bħala restrizzjonijiet anċillari. F’Ottubru 2018, id-destinatarji daħlu fi ftehim usa’ ieħor ta’ nonsolleċitazzjoni applikabbli għall-impjegati kollha b’durata illimitata u li kien japplika fiż-ŻEE kollha. Dan ma kienx ikopri lis-sewwieqa. Abbażi tal-kontenut, l-objettiv u l-kuntest ekonomiku u legali, il-klawżoli u l-ftehim jikkwalifikaw bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-iskop. |
|
(11) |
Minn Settembru 2018 ’l hawn, id-destinatarji skambjaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva. L-informazzjoni skambjata kienet tikkonċerna parametri ewlenin tal-kompetizzjoni bħall-ipprezzar attwali u l-intenzjonijiet futuri tal-ipprezzar, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni attwali u futuri, l-istrateġija kummerċjali attwali jew futura, il-previżjonijiet tad-domanda u/jew bejgħ futuri u l-istruttura/l-elementi tal-kostijiet. Fil-perjodu bejn Diċembru 2018 u Diċembru 2019, kien hemm konsiderevolment inqas skambji bejn Delivery Hero u Glovo; dan kien ikkawżat b’mod partikolari minn diverġenza ta’ fehmiet rigward l-iżvilupp ġeografiku tal-attivitajiet tagħhom. Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva kellha seħħet fiż-ŻEE kollha. Dan jikkwalifika bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-iskop. |
|
(12) |
Minn Jannar 2020, Glovo allinjat ma’ Delivery Hero dwar il-prinċipju li tieqaf il-kompetizzjoni fiż-ŻEE u li jinqasmu s-swieq, bi tliet modi prinċipali. L-ewwel nett, id-destinatarji astjenew milli jidħlu fl-Istati Membri/Partijiet Kontraenti taż-ŻEE fejn kien preżenti d-destinatarju l-ieħor, u kkoordinaw il-komportament tagħhom fil-konfront tal-kompetituri. It-tieni, huma kkoordinaw l-istrateġija tagħhom rigward id-dħul fil-pajjiżi taż-ŻEE fejn l-ebda wieħed minnhom ma kien għadu preżenti. It-tielet, huma neħħew is-sovrappożizzjonijiet ġeografiċi fiż-ŻEE permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ fużjoni u akkwiżizzjoni. Dan jikkwalifika bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-iskop. |
2.3. Destinatarji u durata
|
(13) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni huma Delivery Hero u Glovo u t-tnejn jinżammu responsabbli għall-ksur għad-durata mis-17 ta’ Lulju 2018, meta Delivery Hero akkwistat sehem minoritarju fi Glovo, sa Lulju 2022, meta Delivery Hero akkwistat il-kontroll fuq Glovo u ż-żewġ kumpaniji ngħaqdu. Madankollu, il-kartell evolva maż-żmien f’dan il-perjodu ta’ ksur, li beda bi ftehim limitat ta’ ebda ingaġġ f’Lulju 2018, b’involviment ta’ skambji illegali ta’ informazzjoni minn Settembru 2018, ftehim komprensiv ta’ nuqqas ta’ solleċitazzjoni minn Ottubru 2018, b’espansjoni finali f’Jannar 2020 meta ġiet inkluża wkoll il-kondiviżjoni tas-suq. Bejn Lulju u Settembru 2018 u bejn Novembru 2018 u Jannar 2020 l-attività ta’ kartell kienet aktar limitata u inqas intensa. |
2.4. Multi
|
(14) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (3) u timponi multi fuq l-entitajiet kollha elenkati fil-punt (13) hawn fuq. |
2.4.1. Ammont bażiku tal-multa
|
(15) |
Fl-iffissar tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-medja tal-bejgħ dirett ta’ kull destinatarju fiż-ŻEE ta’ ordnijiet online u l-kunsinna ta’ ikliet u merċa għall-perjodu 2019–2021, il-gravità, in-natura u l-ambitu ġeografiku tal-ksur, it-tul tiegħu, u ammont addizzjonali li jiskoraġġixxi lill-impriżi milli jidħlu f’tali prattiki. Għall-perjodi ta’ intensità inqas tal-attivitajiet ta’ kartell intuża biss perċentwal tal-valur tal-bejgħ. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(16) |
Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti, u lanqas żieda għall-fini ta’ deterrenza. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(17) |
Għal Glovo, l-ammont bażiku tal-multa (qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis dovut għar-riżolviment) qabeż l-10 % tal-fatturat dinji totali tagħha fis-sena kummerċjali ta’ qabel id-data tad-Deċiżjoni li għaliha kienu disponibbli ċifri affidabbli. L-ammont bażiku tal-multa għal Glovo kien għalhekk limitat għal dan il-valur. Fir-rigward ta’ Delivery Hero, l-ammont tal-multa baqa’ taħt il-limitu ta’ 10 % tal-fatturat. |
2.4.4. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment
|
(18) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq id-destinatarji kompla jitnaqqas b’10 % oħra. |
3. KONKLUŻJONI
|
(19) |
Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1/oj) (minn hawn ’il quddiem, “ir-Regolament Nru 1/2003”).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/773/oj) (minn hawn ’il quddiem, “ir-Regolament Nru 773/2004”).
(3) Il-Linji Gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4690/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)