|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3166 |
19.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3166
tat-18 ta’ Diċembru 2024
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u għall-ħnieżer nisa, l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae, għall-ħnienes mhux miftuma tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae u għall-ħnieżer nisa tal-ispeċijiet minuri tas-Suidae (detentur tal-awtorizzazzjoni: Kemin Europa N.V.), li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/366 u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, (UE) Nru 787/2013 u (UE) 2017/2276
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti, il-modifika u t-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737, li qabel kien identifikat tassonomikament bħala Bacillus subtilis ATCC PTA-6737, kien awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani li jitrabbew għat-tnissil mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 (2), għall-ħnienes miftuma u Suidae miftuma minbarra Sus scrofa domesticus mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013 (3), għall-ħnieżer nisa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2276 (4) u għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għajr pollam minuri għall-bajd mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) (UE) 2023/366 (5). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil,, fejn ġie mitlub li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”. Dik l-applikazzjoni kienet tinkludi proposta biex jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni oriġinali, li tikkonsisti f’żieda tal-konċentrazzjoni minima tal-aġent attiv fil-preparat minn 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv għal 8 × 1010 CFU/g ta’ addittiv u żieda tal-possibbiltà li jintuża l-addittiv flimkien mal-koċċidjostat alofuġinon. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni oħra għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u għall-ħnieżer nisa, fejn ġie mitlub li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”. Dik l-applikazzjoni kienet tinkludi proposta biex jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet oriġinali, li tikkonsisti f’żieda tal-konċentrazzjoni minima tal-aġent attiv fil-preparat minn 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv għal 8 × 1010 CFU/g ta’ addittiv u, fir-rigward tal-użu għall-ħnieżer nisa, fi tneħħija tar-restrizzjonijiet għall-użu fil-ħnieżer nisa, minn tliet ġimgħat qabel ma jwelldu għall-perjodu kollu tat-treddigħ. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda tal-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dik l-applikazzjoni kienet tikkonċerna estensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-preparat bħala addittiv tal-għalf għas-Suidae, għall-ħnieżer nisa u għall-ispeċijiet porċini riproduttivi minuri kollha li qed jikbru, li tikkorrispondi għal użu ġdid għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae, għall-ħnienes mhux miftuma tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae u għall-ħnieżer nisa tal-ispeċijiet minuri tas-Suidae. L-applikazzjoni talbet li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabilizzaturi tal-flora intestinali” u kien akkumpanjat mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/366 fir-rigward tal-użu għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għajr għall-bajd. Dik l-applikazzjoni kienet tikkonċerna talba biex jiżdied il-kontenut minimu tal-addittiv minn 1 × 107 CFU/kg ta’ għalf komplet għal 1 × 108 CFU/kg ta’ għalf komplet u biex tiżdied il-possibbiltà li l-addittiv jintuża flimkien mal-koċċidjostat alofuġinon. |
|
(7) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-5 ta’ Jannar 2024 (6) u tat-2 ta’ Frar 2024 (7), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet attwali tal-użu awtorizzati u meta jitqies il-fatt li l-kompożizzjoni u l-proċess tal-manifattura tal-addittiv ma ġewx modifikati sostanzjalment, il-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 jibqa’ sikur għall-ispeċijiet kollha tal-pollam, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u għall-ħnieżer nisa, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa sikur għas-Suidae kollha, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat mhuwiex irritant tal-ġilda u tal-għajnejn, iżda li jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju, filwaqt li ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal li l-addittiv jista’ jkun sensitizzatur tal-ġilda. L-awtorità qieset li l-addittiv għandu l-potenzjal ikun effikaċi fil-pollam tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd/għat-tnissil (“il-pollam kollu li qed jikber”) fil-livell tal-użu minimu ta’ 1 × 108 CFU/kg ta’ għalf komplet u fis-Suidae kollha li jikbru (il-kategoriji tal-ħalib, tal-ftim u tas-simna) fil-livell minimu ta’ inklużjoni ta’ 1 × 107 CFU/kg ta’ għalf komplet u fil-ħnieżer nisa u fl-ispeċijiet minuri ta’ Suidae riproduttivi b’1 × 108 CFU/kg ta’ għalf komplet. Fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Frar 2024 dwar l-użu tal-addittiv għall-pollam, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kompatibbli mal-koċċidjostat alofuġinon. L-Awtorità ma kkunsidratx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni mwettqa fir-rigward tal-metodu ta’ analiżi Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf fil-kuntest tal-awtorizzazzjonijiet preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjonijiet attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (8), mhux meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(9) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u għall-ħnieżer nisa. Barra minn hekk, l-użu tal-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae, għall-ħnienes mhux miftuma tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae u għall-ħnieżer nisa tal-ispeċijiet minuri tas-Suidae. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. Jenħtieġ li dawk il-miżuri protettivi jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
(10) |
Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 xorta tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 meta timmodifika t-termini tiegħu fir-rigward tal-użu għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għajr għall-bajd, billi żżid il-kontenut minimu tal-addittiv għal 1 × 108 CFU/kg ta’ għalf komplet u billi żżid il-possibbiltà li jintuża l-addittiv flimkien mal-koċċidjostat alofuġinon. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/366 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u għall-ħnieżer nisa, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, (UE) Nru 787/2013 u (UE) 2017/2276 jitħassru. |
|
(12) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għajr għall-bajd, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u għall-ħnieżer nisa, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid jew mill-modifika tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-preparat speċifikat fl-Anness I, li jifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzaturi tal-flora intestinali”, hija mġedda għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u għall-ħnieżer nisa, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness I, li jagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae, għall-ħnienes mhux miftuma tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae u għall-ħnieżer nisa tal-ispeċijiet minuri tas-Suidae, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/366
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/366 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Tħassir
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, (UE) Nru 787/2013, u (UE) 2017/2276 huma mħassra.
Artikolu 5
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf Bacillus velezensis ATCC PTA-6737, kif awtorizzat mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, (UE) Nru 787/2013, (UE) 2017/2276 u (UE) 2023/366 u l-premixxeli li fihom dawk l-addittiv, li jkunu maħsuba għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għajr għall-bajd, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u ħnieżer nisa, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Lulju 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Jannar 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjal tal-għalf li jkun fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, maħsuba għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għajr għall-bajd, għall-ħnienes miftuma, għas-Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus, u ħnieżer nisa, u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Jannar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Jannar 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
Artikolu 6
Id-Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 tas-16 ta’ Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/787/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013 tat-2 ta’ April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) għall-ħnienes miftuma u Suidae miftuma minbarra Sus scrofa domesticus (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/306/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2276 tat-8 ta’ Diċembru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparat ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 326, 9.12.2017, p. 50, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2276/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta’ pollam għajr għal skopijiet ta’ bajd, u l-awtorizzazzjoni tagħha għall-għasafar ornamentali, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 107/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2011 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 50, 17.2.2023, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/366/oj).
(6) EFSA Journal; 2024;22:e8562.
(7) EFSA Journal; 2024;22:e8650.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS I
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||
|
4b1823i |
Kemin Europa N.V. |
Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 li jkun fih minimu ta’ 8 × 1010 CFU/g addittiv Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar (EN 15784) Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis, PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA |
Ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet Suidae kollha Ħnienes tal-ispeċijiet Suidae kollha |
— |
1 × 107 |
— |
|
It-8 ta’ Jannar 2035 |
||||||
|
Ħnieżer nisa tal-ispeċijiet Suidae kollha Dundjani għas-simna u dundjani mrobbija għat-tnissil |
|
1 × 108 |
|
||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt
ANNESS II
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||
|
4b1823i |
Kemin Europa N.V. |
Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 li jkun fih minimu ta’ 8 × 1010 CFU/g addittiv; Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar (EN 15784) Identifikazzjoni: Il-metodu ta’ Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA |
Tiġieġ għas-simna Tiġieġ imrobbija għall-bajd Speċijiet minuri ta’ pollam għajr pollam minuri għall-bajd |
— |
1 × 108 |
— |
|
Id-9 ta’ Marzu 2033. |
||||||
|
Għasafar ornamentali |
|
1 × 107 |
|
||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3166/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)