12004V412

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Sezzjoni 4 - Disposizzjonijiet komuni - Artikolu III-412

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0178 - 0178


Artikolu III-412

1. Il-liġi Ewropea għandha tistabbilixxi:

a) r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-budget u għall-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet;

b) regoli li jorganizzaw il-kontroll tar-responsabbiltà ta' persuni involuti fil-finanzi, b'mod partikolari uffiċjali li jawtorizzaw u uffiċjali tal-kontijiet.

Il-liġi Ewropea għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Qorti ta' l-Awdituri.

2. Il-Kunsill għandu fuq proposta mill-Kummissjoni jadotta regolament Ewropew li jistabbilixxi l-metodi u l-proċeduri li permezz tagħhom id-dħul tal-budget previst taħt l-arranġamenti li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni għandhom isiru disponibbli għall-Kummissjoni, u l-miżuri li għandhom jiġu applikati, jekk ikun meħtieġ, biex jilħqu l-ħtiġiet ta' flus kontanti. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Qorti ta' l-Awdituri.

3. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu sal- 31 ta' Diċembru 2006 fil-każijiet kollha previsti f'dan l-Artikolu.

--------------------------------------------------