Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0046 - 0047
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 [1]. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1991/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 2002 li temenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun tal-forza tax-xogħol fil-Komunità [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 18a (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim: ", kif ġie emendat permezz ta': - 32002 R 1991: Regolament (KE) Nru 1991/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 2002 (ĠU L 308, tad-9.11.2002, p. 1)." Artikolu 2 It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1991/2002 fl-ilsna ta' l-Islanda u n-Norveġja, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, kemm il-darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3] in-Norveġja għandha tapplika l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mad-disposizzjonjiet tad-Direttiva mit-23 ta' Diċembru 2003. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ZEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 76. [2] ĠU L 308, tad-9.11.2002, p. 1. [3] Il-kondizzjonijiet kostituzzjonali meħtieġa huma indikati. --------------------------------------------------