2007R0552 — MT — 31.10.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 552/2007

tat-22 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament

(ĠU L 131, 23.5.2007, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007

  L 284

11

30.10.2007




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 552/2007

tat-22 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikoli 64(2), 70(2), 110i(3) u (4), 143b(3) u 145(i) tagħhom,

Billi:

(1)

Għall-Istat Membru li jimplimenta l-Iskema ta' Pagament Uniku stabbilita f'Titlu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2007, il-limiti baġitarji għal kull pagament, imsemmija f'Artikoli 66 sa 69 ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati għall-2007 taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'Sezzjoni 2 ta' Kapitlu 5 ta' Titlu III ta' dak ir-Regolament.

(2)

Għall-Istati Membri li jużaw, fl-2007, l-għażla stabbilita bl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti baġitarji applikabbli għall-pagamenti diretti esklużi mill-Iskema ta' Pagament Uniku għandhom jiġu ffissati għall-2007.

(3)

L-ammont massimu ta' għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ imsemmija f'Artikolu 110i(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi aġġustat skond it-tnaqqis tal-koeffiċjent imsemmi fit-tielet subtitlu ta' l-istess dispożizzjoni u għall-ammont miżmum skond Artikolu 110i(4), notifikat mill-Istati Membri konċernati. Il-limiti massimi nazzjonali ta' l-Anness VIIIa għal dak ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ.

(4)

Għall-fini ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu ppubblikati l-limiti baġitarji għall-Iskema ta' Pagament Uniku għas-sena 2007 wara t-tnaqqis, mil-limiti ta' l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2007, tal-limiti stabbiliti għall-pagamenti imsemmija f'Artikoli 66 sa 70 ta' dak ir-Regolament.

(5)

Għall-Istati Membri li fl-2007 jimplimentaw l-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bit-Titlu IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-pakketti finanzjarji annwali għall-2007 għandhom jiġu ffissati skond Artikolu 143(b) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Għall-fini ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu ppubblikati l-limiti massimi tal-fondi disponibbli għall-Istati Membri li japplikaw għall-Iskema ta' Pagament Uniku għall-għoti ta' pagamenti separati għaz-zokkor fl-2007 skond Artikolu 143ba tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbiliti abbażi tan-notifiki tagħhom.

(7)

L-ammont massimu ta' għajnuna mill-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma mfassla minn organizzazzjonijiet ċertifikati ta' operaturi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa għandu jiġi dikjarat, skond il-koeffiċjent applikat għall-ammont miżmum skond Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, notifikat mill-Istati Membri konċernati.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jigi emendat kif meħtieġ.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Il-limiti baġitarji għall-2007 msemmija f'Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-limiti baġitarji għall-2007 msemmija f'Artikoli 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-limiti baġitarji għall-Iskema ta' Pagament Uniku għall-2007 msemmija f'Titlu III tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 huma stipulati f'Anness III ta' dan ir-Regolament.

4.  Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2007 msemmija f'Artikolu 143b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness IV ta' dan ir-Regolament.

5.  L-ammonti massimi ta' fondi disponibbli għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, għall-għoti ta' ħlas separat għaz-zokkor fl-2007, kif imsemmija f'Artikolu 143b(4) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 huma stipulati f'Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-ammont massimu ta' għajnuna mill-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma mfassla minn organizzazzjonijiet ta' operaturi ċertifikati fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jkun kif ġej:



EUR miljuni

Il-Greċja

11,098

Franza

0,576

L-Italja

35,991

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 110i(3), it-tabella tinbidel b'din it-tabella:



“EUR miljuni

Spanja

103,14

Ċipru

2,93”

(2) F'Anness VIIIa, il-kolonni li jikkonċernaw lil Malta u lis-Slovenja jinbidlu b'dan li ġej:



“Sena Kalendarja

Malta

Is-Slovenja

2005

670

35 800

2006

830

44 184

2007

1 668

59 026

2008

2 085

73 618

2009

2 502

87 942

2010

2 919

101 959

2011

3 336

115 976

2012

3 753

129 993

2013

4 170

144 110

2014

4 170

144 110

2015

4 170

144 110

2016 u s-snin ta' wara

4 170

144 110”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



LIMITI BAĠITARJI GĦAL PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM INGĦATAW SKOND ARTIKOLI 66 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni)

 

BE

DK

DE

EL

ES

FR

IT

NL

AT

PT

SI

FI

SE

UK

 

Flanders

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

L-Iskozja

Ħlasijiet taż-żona għall-għelejjel li jinħartu

 
 
 
 
 

372 670

1 154 046

 
 
 
 
 
 
 
 

Is-suppliment pagabbli għall-qamħ durum

 
 
 
 
 

42 025

14 820

 
 
 
 
 
 
 
 

Primjum għall-baqar mhux miftuma

77 565

 
 
 
 

►M1  261 153 ◄

733 137

 
 

70 578

►M1  78 695 ◄

 
 
 
 

Primjum addizzjonali għall-baqar mhux miftuma

19 389

 
 
 
 

►M1  26 000 ◄

1 279

 
 

99

►M1  9 462 ◄

 
 
 
 

Primjum speċjali għaċ-ċanga

 
 

33 085

 
 
 
 
 
 
 
 

5 038

24 420

37 446

 

Primjum għall-qtil, adulti

 
 
 
 
 

47 175

101 248

 

62 200

17 348

8 657

 
 
 
 

Primjum għall-qtil, għoġġiela

 

6 384

 
 
 

560

79 472

 

40 300

5 085

946

 
 
 
 

Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

 
 

855

 
 

183 499

 
 
 
 

21 892

346

600

 
 

Primjum għan-nagħaġ

 
 
 
 
 
 

66 455

 
 
 
 
 
 
 
 

Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż

 
 
 
 
 

55 795

 
 
 
 

7 184

119

200

 
 

Prjmjum supplimentari għan-nagħaġ

 
 
 
 
 
 

19 572

 
 
 
 
 
 
 
 

Għajnuna għal żona tal-ħops

 
 
 

2 277

 
 

98

 
 

27

 

99

 
 
 

l-Artikolu 69, is-setturi kollha

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

3 398

 

Artikolu 69, għelejjel li jinħartu

 
 
 
 

47 323

 
 

141 712

 
 

1 878

 

5 840

 
 

Artikolu 69, ross

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

150

 
 
 
 

Artikolu 69, ċanga u vitella

 
 
 
 

8 810

54 966

 

28 674

 
 

►M1  1 681 ◄

2 970

10 118

 

29 800

Artikolu 69,laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

 
 
 
 

12 615

 
 

8 665

 
 

616

 
 
 
 

Artikolu 69, qoton

 
 
 
 
 

13 432

 
 
 
 
 
 
 
 
 

Artikolu 69, żejt taż-żebbuġa

 
 
 
 

22 196

 
 
 
 
 

5 658

 
 
 
 

Artikolu 69, tabakk

 
 
 
 

7 578

2 353

 
 
 
 
 
 
 
 
 

Artikolu 69, zokkor

 
 
 
 

2 246

17 568

 

8 160

 
 

1 104

 
 
 
 

Artikolu 69, prodotti tal-ħalib

 
 
 
 
 

19 763

 
 
 
 
 
 
 
 
 

▼M1




ANNESS II



LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA' L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2007

(ammonti f'eluf ta' euro)

 

Il-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Olanda

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Artikolu 70(1)(a)

Għajnuna għaż-żrieragħ

1 397

1 400

10 347

2 310

13 321

726

272

1 150

L-Artikolu 70(1)(b)

Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu

 
 

23

 
 
 
 
 

Għajnuna għal-legumi tal-ħbub

 
 

1

 
 
 
 
 

Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross

 
 
 

3 053

 
 
 
 

Għajnuna għat-tabakk

 
 
 
 
 
 

166

 

Primjums għall-prodotti tal-ħalib

 
 
 
 
 
 

12 608

 

Pagamenti supplimentari għall-produtturi tal-ħalib

 
 
 
 
 
 

6 254

 

▼B




ANNESS III



LIMITI BAĠITARJI GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni)

Stat Membru

 

Il-Belġju

488 660

Id-Danimarka

987 356

Il-Ġermanja

5 693 330

Il-Greċja

2 069 049

Spanja

3 542 583

Franza

6 107 448

L-Irlanda

1 337 919

L-Italja

3 612 988

Il-Lussemburgu

37 051

Malta

1 668

L-Olanda

730 632

L-Awstrija

643 956

Il-Portugall

►M1  413 774 ◄

Is-Slovenja

50 454

Il-Finlandja

521 285

L-Iżvezja

714 201

Ir-Renju Unit

3 931 186




ANNESS IV



PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni)

Stat Membru

 

Il-Bulgarija

202 097

Ir-Repubblika Ċeka

355 384

L-Estonja

40 503

Ċipru

19 439

Il-Latvja

55 815

Il-Litwanja

147 781

L-Ungerija

509 562

Il-Polonja

1 145 834

Ir-Rumanija

440 635

Ir-Repubblika Slovakka

147 342




ANNESS V



L-AMMONT MASSIMU TA' FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TA' PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 143ba TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni)

Stat Membru

 

Ir-Repubblika Ċeka

24 490

Il-Latvja

5 164

Il-Litwanja

8 012

L-Ungerija

31 986

Il-Polonja

122 906

Ir-Rumanija

1 930

Ir-Repubblika Slovakka

14 762



( 1 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).