Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AMGA vs Il-Kummissjoni (T‑300/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali awtorizzati mill-Italja favur impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma pubbliċi (ĠU L 77, p. 21).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Iride SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell.

3) Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mat-talba tas-sostituzzjoni tal-motivi.