|
13.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1463
tat-12 ta’ Ottubru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2018/1542. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/1542, il-Kunsill irreveda l-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Jenħtieġ li tiġi aġġornata entrata waħda fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2, kif stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
L-entrata Nru 5 fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2 taħt is-subtitolu “A. Persuni fiżiċi”, kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542, hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
|
“5. Said SAID |
magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa’id Sa’id, Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000) tal-SSRC; Sess: raġel; Data tat-twelid: 11 ta’ Diċembru 1955 |
Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ armi kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019”. |